Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bord Mediku tal-Kummissjoni Elettorali — Testijiet mediċi fuq l-anzjani

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru testijiet sa issa mill-Bord Mediku tal-Kummissjoni Elettorali stabbilit skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali u bi tħejjija għall-elezzjonijiet li ser isiru fit-8 ta’ Ġunju 2024 fid-djar tal-anzjani u f’kull sptar jew faċilità oħra? Jista’ jelenka fejn saru dawn it-testijiet u kemm testijiet saru f’kull dar tal-anzjani, sptarijiet jew faċilitajiet? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ anzjani f’kull dar tal-anzjani, sptar jew faċilità li ma baqgħux eletturi u isimhom ġie mħassar jew ser jiġi mħassar mir-reġistri elettorali?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor.Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17818.

Bord Mediku tal-Kummissjoni Elettorali — Test mediku fuq l-anzjani li jiddetermina għandhomx jibqgħu eletturi - Proċeduri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċeduri stabbiliti mill-Bord Mediku tal-Kummissjoni Elettorali li jintużaw sabiex isir it-test mediku fid-djar tal-anzjani, fl-isptarijiet u fil-faċilitajiet li fihom hemm l-anzjani li jiddetermina jekk anzjan/a għandhomx jibqgħu eletturi skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor.Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17818.

Koperattivi tas-Sajd — Laqgħat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17006, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kellux talbiet mill-Koperattivi tas-Sajd biex bħala Prim Ministru jiltaqa’ magħhom, sena b'sena, mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm fil-fatt iltaqa’ ma’ dawn il-koperattivi?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17006.

Settur ċivili u s-settur pubbliku – Remote work

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm uffiċjali fis-settur ċivili u fis-settur pubbliku jibbenefikaw minn remote work u f'liema gradi? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-persentaġġ tal-ġimgħa li huwa ddedikat għal remote work minn ġimgħa ta’ 40 siegħa?

Response (ABELA, ROBERT)

Nireferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15166.

Is-sede tal-Aġenzija Ewropea kontra l-Ħasil ta’ Flus

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala l-Gvern Malti m’applikax biex Malta tospita s-sede tal-Aġenzija Ewropea kontra l-Ħasil ta’ Flus li twaqqfet xahar ilu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15915.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Għażla għal Director General

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn wasal l-eżitu tal-għażla għal Director General (Major Projects) fil-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-proċessi tal-għażla għal diretturi fis-Servizz Pubbliku jinsabu għaddejjin skont proċeduri stabbiliti.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Mobile jew Telephone Line Allowances

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi għad-dokument anness mat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 184.

Bordijiet — Diretturi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16501 u jagħti n-numru ta' diretturi nisa appuntati mill-Gvern fuq bordijiet tal-pajjiż bejn l-2013 u l-2023? Jista’ jgħid ukoll x'kien in-numru totali ta' irġiel u nisa li kienu f'din il-kariga fl-istess snin?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra fejn jikkonċerna l-bordijiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Koperattivi tas-Sajd — Laqgħat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kellux talbiet mill-Koperattivi tas-Sajd biex jiltaqa’ magħhom, sena b'sena, mill-2020 sal-ġuranta li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm fil-fatt iltaqa’ ma’ dawn il-koperattivi?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-Gvern jiltaqa’ u dispost jiltaqa’ ma’ kulħadd inkluż il-Koperattiva tas-Sajd li qed issemmi int. Fil-fatt diġa saru wkoll laqgħat mal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Advisory Cost Limit għal ġbir ta’ informazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-advisory cost biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'dik il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru 18788 tal-Leġislatura 13.

Karozzi tal-Gvern — Linji gwida fuq l-użu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kap taċ-Ċivil ippubblikax il-linji gwida fuq l-użu tal-karozzi tal-Gvern kif kien rakkomandat mill-Kummissarju għall-Istandards u jekk dawn jinkludux linji gwida lill-Ministri u Membri tal-Kabinett? Jekk iva, jista’ jgħid meta ġew ippubblikati? Jekk le, meta se jiġu ppubblikati?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-Gvern jevalwa r-rakkomandazzjonijiet kollha li jsirulu mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Il-Kodiċi tal-Etika għall-Ministri diġà jipprovdi l-gwida neċessarja fuq standards bħas-sens ta' servizz, id-diliġenza u l-kontabbiltà.

PSC — Sospensjoni kawtelatorja

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li mill-1 ta' Ottubru 2023 il-Public Service Commission (PSC) adottat proċedura ġdida u aħjar, li min ikun taħt sospensjoni kawtelatorja tibda tinqatagħlu 20% biss mill-paga minflok 50%, din il-miżura għandhiex tapplika wkoll għal każijiet ta' qabel dik id-data għax hemm impjegati tas-Servizz Pubbliku li qed ikollhom jgħixu b’€550 biss fix-xahar?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li r-regolamenti tal-proċedura ta’ dixxiplina tal-kummissjoni dwar is-servizz pubbliku 2023 ġew fis seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2023 u huma applikabbli għal proċessi dixxiplinarji li nbdew minn tali data jew wara. Minkejja dan wara li ġew fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda nbeda eżerċizzju li l-għan tiegħu hu li l-każijiet ta’ uffiċċjali pubbliċi li huma sospiżi b’mod prekawzjonarju għal perjodu ta’ aktar minn 6 xhur jiġu riveduti perjodikament.

Kummissjoni dwar l-Impjiegi — Kawżi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inbdew kawżi quddiem il-Kummissjoni dwar l-Impjiegi mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jipprovdi lista ta' dawn il-kawżi, bid-dettalji tar-rikorrenti u tal-intimati u jgħid f'liema minn dawn il-kawżi l-Kummissjoni diġà tat is-sentenza tagħha? Jista' jgħid liema minn dawn il-kawżi twaqqfu mir-rikorrenti u liema minn dawn il-kawżi għadhom qed jinstemgħu mill-Kummissjoni dwar l-Impjiegi? Jista' jgħid ukoll liema minn dawn il-kawżi qed jistennew li tingħata s-sentenza u jgħid, għal kull waħda minn dawn il-kawżi, kemm ilhom pendenti biex tingħata s-sentenza mill-Kummissjoni dwar l-Impjiegi?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Massage Parlours — Liċenzji

Question

B'referenza għar-rapport “Trafficking in Persons Report” maħruġ mill-US State Department 2023, fejn fost oħrajn jingħad: “The (Maltese) government did not effectively … make concrete efforts to increase oversight and regulation of massage parlors where there was a higher incidence of trafficking indicators.” jista' l-Prim Ministru jgħid għandux pjan li l-Gvern idaħħal liċenzji għall-Massage Parlours f'pajjiżna?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar – Massage Parlours approvati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ massage parlours (jew attività oħra simili) li ġew approvati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, lokalità b’lokalità, mill-2013 sa’ 2023?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Airtime u Programmi - Nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?

Response (ABELA, ROBERT)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li ngħataw in-Nazzjonalità Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il individwu ngħata n-Nazzjonalità Maltija kull sena mill-2013 sal-2023 maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll minn liema pajjiżi kienu dawn l-individwi?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15419.

Uffiċjali pubbliċi sospiżi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il uffiċjal pubbliku kien hemm sospiż bejn l-1 ta’ Jannar 2020 sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċjali pubbliċi – Sospensjonijiet kawtelatorji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il sospensjoni kawtelatorja b’nofs paga minħabba proċeduri kriminali maħruġa fil-konfront ta’ uffiċjali pubbliċi tneħħiet, meta l-proċeduri għadhom għaddejjin mill-1 ta’ Ottubru 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.