Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika li jagħtu lista sħiħa tal-persuni kollha li mietu fil-gżejjer Maltin minn Jannar sa Ottubru tal-2018, tal-2019 u tal-2020, bil-break down tal-"underlying cause" tal-mewt tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul Jannar sa Ottubru tal-2018, tal-2019 u Jannar sa April ta’ din is-sena kien hemm 3068, 3090 u 1414 imwiet rispettivament f’residenti ta’ Malta u Għawdex. L-underlying cause hija kif tidher fit-tabella hawn taħt.
Underlying Cause of Death
2018
2019
2020 (minn Jannar sa April)
Mard ċirkolatorju inklużi attaki tal-qalb u puplesija
1027
1054
442
Kanċer
898
796
330
Mard tas-sistema respiratorja
321
387
198
Kundizzjonijiet mentali (priċipalment dimenzja
212
193
118
Kundizzjonijiet endokrinali (prinċiplament dijabete)
178
183
100
Mard tas-sistema diġestiva
80
97
54
Imwiet minħabba aċċidenti, suwiċidju u omiċidju
98
90
34
Mard tas-sistema neuroloġika
82
88
33
Mard tal-Kliewi u tal-bużżieqa tal-awrina
70
73
27
Imwiet minħabba infezzjonijiet li jeskludu infezzjonijiet respiratorji
39
42
22
Imwiet minn Covid-19
0
0
3
Imwiet minħabba kawżi oħra
63
87
53
Total
3068
3090
1414
Persuni li kienu pożittivi għal COVID-19 u tpoġġew fuq ventilatur
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il persuna li rriżultat pożittiva bil-COVID-19 tqiegħdet fuq ventilatur, u kemm minn dawn li tqiegħdu fuq ventilatur irnexxielhom ifiequ, u kemm minnhom mietu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-bidu tal-pandemija kien hemm 33 pazjent pożittiv għal-COVID-19 li rċieva ventilazzjoni mekkanika. Minn dawn 11 mietu, 8 ġew rilaxxati f'xi sala oħra u 14 għadhom fuq ventilator.
Persuni pożittivi għall-COVID-19 li ħadu l-vaċċin tal-Influwenza
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti n-numru tal-persuni li rriżultaw pożittivi għall-COVID-19 li ħadu l-vaċċin tal-influwenza, jew fl-2019 jew fl-2020, u li fiequ, u kemm minnhom li ħadu l-imsemmi vaċċin u mietu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni mhux disponibbli.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega liema miżuri ttieħdu sabiex tiġi mħarsa s-saħħa tal-membri tal-pubbliku, il-membri tal-istaff u l-membri tal-Ġudikatura, fid-dawl tal-fatt li qed ikun hemm diversi inċidenti fejn ta’ spiss qed jinstabu diversi individwi pożittivi għall-virus tal-COVID-19 fil-Qrati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kKmra kopja tal-linji gwida tas-Sovintendenza tas-Saħħa Pubblika dwar l-operat sikur tal-qrati tagħna li ġew komunikati fil-bidu ta’ Ġunju 2020 u li fuqhom tfasslu l-protokolli tat-tmexxija mill-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati. Matul dawn l-erba’ xhur saru laqgħat ta’ kjarifika fuq punti u pariri tekniċi mas-Sovrintendenza, liema laqgħat kienu jinkludu il-Ministeru tal-Ġustizzja, l-Uffiċċju tal-Prim Imħallef, l-Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati u l-Kamra tal-Avukati.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex fil-parti tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex li qed tintuża bħala Outpatients (Skola ta' Barts) ma hemmx sistema ta' wi-fi li tista' tintuża mill-pazjenti li jkunu qed jistennew għall-appuntamenti tagħhom liema pazjenti ġieli jdumu anke sigħat jistennew? Jista' jara li jsir wi-fi aċċessibbli f'din il-parti għall-użu ta' dawk li jkunu qed jistennew?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sistema ta’ wi-fi mingħajr ħlas hija diġa aċċessibli għal pubbliku fil-parti msemmija minnu fl-isptar Ġenerali t’Għawdex,
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm oqbra fiċ-Ċimiterju Addolorata? Kemm minnhom huma battala u jekk hemmx xi ħsieb li jiġu użati?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fiċ-Ċimiterju Santa Marija Addolorata preżentement hemm madwar sittax-il elf (ċirca 16,000) qabar li minnhom elf u mitejn (1,200) qabar huma tal-komun u amministrati mill-Awtorita` tas-Saħħa.
Il-kumplament tal-oqbra huma kollha tal-privat u allura huma amministrati mis-sidien tal-oqbra nfushom.
Mill-oqbra li huma proprjetà tal-gvern ma hemmx oqbra vojta.
Bħalissa qed issir estenzjoni ta’ dan iċ-Ċimiterju li fih qed jinbnew 2880 qabar ġdid. Dawn hemm minnhom li diġa saru konvenji ma’ persuni li kienu applikaw għal sit ta’ qabar, u oħrajn li l-pubbliku għadu jista’ japplika għal sit ta’ qabar u jintbgħat għalihom sabiex ikun jista’ jsir konvenju.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm oqbra fiċ-Ċimiterji tal-Mosta, Ħ’Attard u Burmarrad u kemm hemm vojta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fiċ-Ċimiterju tal-Mosta hemm 761 qabar privat u 40 qabar li huma tal-komun filwaqt li fiċ-Ċimiterju tal-Ħniena Divina ġewwa Burmarrad, għall-parti taċ-Ċimiterju li tappartjeni l-Gvern hemm 288 qabar privat u 43 qabar tal-komun. L-oqbra tal-komun jintużaw sabiex jindifnu nies li m’għandhomx qabar privat.
Mill-oqbra li huma propjeta’ tal-gvern ma hemmx oqbra vojta.
Iċ-Ċimiterju ta’ Ħ’Attard huwa ċimiterju tal-Knisja u għaldaqstant hu amministrat mill-Parroċċa tal-lokal għan-nom tal-Kurja.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm koppji fuq waiting list jistennew li ssirilhom l-IVF mill-2017 sal-lum? Kemm saru interventi fl-istess żmien u kemm kienu ta’ suċċess?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 164 persuna/koppja li qed tistenna biex issirilha/issirilhom l-intervent tal-IVF ġewwa l-IVF Clinic f’ Mater Dei.
Skont ir-reġistri tal-Awtorita’ għall-Protezzjoni tal-Embrijun mill-2015 (minn meta bdiet topera l-klinika tal-IVF) sal-24 ta’ Ottubru ta’ din is-sena saru 1053 ċiklu tal-IVF f’Mater Dei. Minn dawn il-1053 ċikli s’issa twieldu 203 tarbija (113 bniet u 90 subien) filwaqt li 9 koppji oħra qed jistennew li jwelldu tarbija.
Sptar Mater Dei – ċittadini ta’ pajjiżi terzi rikoverati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm jew kien hemm ċittadini ta’ pajjiżi terzi rikoverati fl-Isptar Mater Dei u jekk ħallsux għal dan, bejn l-2017-2019?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2017 kien hemm 7,523 ċittadini ta’ pajjiżi terzi rikoverati fl-Isptar Mater Dei, fl-2018 8,797 filwaqt li fl-2019 kien hemm 12,761. Kull persuna barranija tiġi mitluba tħallas il-kont għat-trattament li ħadet ġewwa l-isptar Mater dei, ġaladarba hija ma tkunx tikkwalifika għat-trattament b’xejn skont l-Avviż Legali 201/2004.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm jew kien hemm ċittadini minn pajjiżi tal-UE rikoverati fl-Isptar Mater Dei bejn is-snin 2017-2019?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2017 kien hemm 8,853 ċittadini minn pajjiżi tal-UE rikoverati fl-Isptar Mater Dei, fl-2018 10,986 filwaqt li fl-2019 kien hemm 12,861.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Marzu sa Ġunju ta’ din is-sena waqt li kien hemm id-Direttiva 13 fis-seħħ kien hemm 176 impjegat (70 ragel u 106 mara) li jagħmlu parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa li kienu telework. Minn Ġunju sal-lum saru 32 talba għal telework (6 rgiel u 26 nisa) li minnhom 7 (5 nisa u 2 irgiel) ġew miċħuda. Tajjeb li ngħid li minn dawn kien hemm persuna li għamlet żewġ talbiet li waħda minnhom ġiet milqugħa u l-oħra miċħuda.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għas-Saħħa kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħu ma ħallsu xejn għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti fiż-żmien imsemmi minnu.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għalfejn mediċinali li jafu jtawlu l-ħajja għall-pazjenti tal-kanċer bħal Daratumumab (multiple myeloma), Venetoclax (chronic lymphocytic leukemia, small lymphocytic lymphoma and acute myeloid leukemia), Ruxolitinib (high-risk myelofibrosis), Rivaroxaban/Apixaban (anti-coagulant) u Polatuzumab (B-cell lymphoma) mhumiex jingħataw mill-Gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-Gvern ilu sa mill-2013 jaħdem biex mediċini ġodda jiġu introdotti fil-formularju tal-gvern, wara nuqqas ta’ ħafna snin milli jiġu introdotti mediċini ġodda minn-gvern nazzjonalista. Wara assessment li kien sar mal-imsieħba relevanti kienu ġew identifikati numru ta’ mediċini. Wara li beda’ l-proċess u ġew identifikati fondi apposta, bdew deħlin ftit ftit fil-formularju tal-gvern. S’issa mill-2013 sal lum daħlu 13-il mediċina ġodda għal diversi tipi ta kanċer differenti. B’investiment qawwi u kontinwu qed jitkompla l-proċess biex jiddaħlu iżjed mediċini b’xejn. Ninfurmah ukoll illi d-Daratumumab, Venetoclax, Ruxolitinib u Rivaroxaban / Apixaban qed jiġu kkunsidrati u qegħdin f’fażijiet differenti tal-proċess għall-introduzzjoni ta’ dawn il-mediċini fil-formularju tal-gvern.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fuq liema bażi jingħataw fondi għall-kura mill-Malta Community Chest Fund (MCCF) u mhux mill-gvern?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Community Chest Fund (MCCF) ma tagħmilx parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa.
Malta Community Chest Fund – supplier tal-mediċini
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu s-supplier li jipprovdi l-mediċina lil Malta Community Chest Fund (MCCF)? Fuq liema bażi ntgħażel? Intgħażel b’direct order jew b’tender?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Malta Community Chest Fund (MCCF) ma tagħmilx parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa.
Baġit 2021 – miżuri fuq kura għall-ħajja itwal u ta’ kwalità għall-pazjenti tal-kanċer
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’ġie ppreżentat fil-Baġit 2021 rigward kura għall-ħajja itwal u ta’ kwalità għall-pazjenti tal-kanċer?
Response (FEARNE, CHRIS)
.Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dan il- badgit ġew ippreżentati tlett proposti fir-rigward ta’ kura għall-ħajja itwal u ta’ kwalità għall-pazjenti tal-kanċer, li huma żieda fl-investiment f’kura iktar ħolistika, se jkun qed jinfetaħ iċ-Ċentru San Mikiel – faċilita’ li tipprovdi għajnuna paljattiva professjonali – bi sħubija bejn il-Gvern u l-Hospice Malta u b’koerenza ma’ l-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Kura Paljattiva, kif ukoll se jitwessa’ s-servizz tal-Programm ta’ Sopravivenza li jagħti appoġġ lill-familjari u lill-pazjenti li għelbu l-marda tal-kanċer.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi provvediment għandu l-Gvern biex jagħti kura urġenti tal-kanċer li bħalissa ma jiġix offrut b’xejn speċjalment meta din lanqas il-Malta Community Chest Fund (MCCF) ma tkunx tista’ tħallas għal din il-kura imma jkun hemm rakkomandazzjoni ta’ tabib konsulent?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-gvern bħalissa għandu 110 mediċini differenti għall-kura ta ħafna tipi ta kanċer differenti. Dawn jinsabu fil-formularju tal-gvern u jingħataw lil dawk il-pazjenti kollha li jkollhom bżonn din il-kura, bla ħlas.
Apparti t-trattamenti mediċinali, pazjenti afftewati mill-marda tal-kanċer jistaw jagħmlu użu mir-radjoterapija, liema terapija ġiet sostnuta b’taħriġ speċjalizzat minn Medical Physicists u professjonisti oħra bħal tobba u infermiera. Fejn trattament ma jkunx disponibbli f’Malta, dawn jiġu riferuti f’ċentri l-Ingilterra jew saħansitra pajjiżi oħra fl-Ewropa.
Tajjeb li nsemmu li l-kura tal-kanċer f’Malta tat spinta aktar il-quddiem permezz tal-iscreening programme kif ukoll ta’ trattament kiruġiku fosthom it-trattament robotiku fuq il-prostata li mistenni jibda’ fi żmien li ġej, trattament ġdid li qed isir fil-fwied permezz tat- TACE( Trans Arterial Chemo Embolisation) kif ukoll trattament għal-kanċer tal-bużżieqa tal-urina permezz ta’ mediċina introdotta Mitomycin. F’mediċini speċjalizzati oħrajn l-konsulenti għandhom faċilita’ li jagħmlu applikazzjoni lill-kumitat għal-Exceptional Medicines għal konsiderazzjoni sabiex il-Gvern ikun jista’ jixtri u jipprovdi mediċina speċifika għal pazjenti bi ħtieġa ta’ mediċina partikolari.
MCAST — Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport – student ggradwati ingaġġati fl-isptarijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma l-Kamra jekk kemm-il-darba l-istudenti li issa ggradwaw mill-MCAST fil-kors intitolat Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport humiex ser jiġu ingaġġati jaħdmu fl-isptarijiet jew fis-servizzi mediċi ta’ pajjiżna?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull persuna li tkun eliġibbli tista’ tapplika għal sejħiet li joħroġ dan il-Ministeru.
MCAST — Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport – diffikultà għall-ingaġġ tal-istudenti
Question
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il-darba l-istudenti li daħlu għall-kors fl-MCAST intitolat Bachelor in Science in Exercise for Health and Sport humiex isibu diffikultajiet sabiex jiġu ingaġġati għax-xogħol f’setturi kliniċi u jekk iva x’inhuma kif ukoll x’passi qegħdin jittieħdu sabiex jiġu solvuti?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid preżentement kemm hemm infermiera fil-kwarantina? Kemm kien in-numru kull xahar minn Marzu sal-lum? Kemm minnhom kienu pożittivi għall-COVID-19 u kemm huma dawk qegħdin fil-kwarantina minħabba kuntatt ma' persuni infettat? Kemm minnhom ħadu l-virus minn fuq il-post tax-xogħol?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din l-informazzjoni qed tinġabar.