Tista' l-Ministru tgħid fuq liema kriterji ħaddiema li huma ġejjin minn barra l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jingħataw permess biex ikunu jistgħu jaħdmu f'Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 ‘l hawn:
a) kemm kien hemm nies jirreġistraw għax-xogħol, dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ‘il fuq minn 25 sena għalihom kif ukoll nisa għalihom u rġiel għalihom;
b) kemm kienet il-popolazzjoni tal-età tax-xogħol, nisa għalihom u rġiel għalihom u skont l-eta’, jiġifieri dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ‘il fuq minn 25 sena;
ċ) ir-rata ta’ attività, il-forza lavorattiva totali (
labour force
) bħala persentaġġ tal-popolazzjoni totali tal-eta’ tax-xogħol kif ukoll il-forza lavorattiva tal-irġiel bħala persentaġġ tal-irġiel tal-età tax-xogħol u l-forza lavorattiva tan-nisa bħala persentaġġ tan-nisa tal-età tax-xogħol;
d) in-numru ta’ nies inattivi, nisa għalihom u rġiel għalihom, u
e) l-paga medja
gross
annwali skont id-diversi setturi tal-attività ekonomika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tweġiba għall-mistoqsijiet a) u b). Nirreferi l-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsijiet ċ) u d) lill-Ministru kkonċernat.
Job description u funzjonijiet ta' Project Officer, Project Leader u Program Officer
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhu l-job description u l-funzjonijiet ta’ Project Officer, Project Leader u Programme Officer fuq proġetti tal-EU fi ħdan l-EUPU? X’inhuma l-grad u l-iskala ta’ dawn il-karigi komparati mal-iskali u l-gradi tas-Servizz Pubbliku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Aġenżija tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea (European Union Programmes Agency) ma għandiex impjegati fil-grad ta’
project leader.
Il-grad ta’
project officer
u
programme officer
huwa l-istess għax meta bdiet l-aġenżija kienu jissejjħu
project officers
u aktar tard bdew jissejjħu
programme officers
. Il-grad tal-
programme officer
huwa komparat fuq Skala 10
tas-Servizz Pubbliku
Il-
job description
tal-
programme officer
qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk huwiex minnu li s-salarji tal-managment tal-Public Broadcasting Services m’għadhomx jinħadmu fil-kumpanija, iżda qed jinħadmu għand xi kumpanija jew uffiċċju privat? Jekk, dan huwa minnu, tista’ tgħid min hija l-kumpanija li ngħatat dan l-inkargu u għalfejn inħasset il-ħtieġa li tittieħed din il-miżura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kumpanija Andrew Galea and Associates, li kienet irrakkmandata mill-awdituri tagħna, nqabdet tagħmel dan ix-xogħol għal żmien temporanju sakemm issir sejħa uffiċċjali. Din is-sejħa, mhux biss se tkopri s-salarji tal-managers iżda tal-impjegati kollha.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex it-tifel ta' 12-il-sena li d-dettalji dwaru qed jinbagħtu separatament, għadu ma ngħatax lura lil ommu, allavolja din ilha ħafna titlob li binha jiġi ritornat id-dar u anke ġiet infurmata li dan se jmur lura magħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità u għal raġunijiet skont il-gwidi stabbiliti mill-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-data (Kap 440) ma nistax nipprovdi din l-informazzjoni dwar il-minuri.
Il-ġenitur jista’ jikkuntattja l-Aġenzija Appoġġ fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali sabiex tingħata l-informazzjoni li tixtieq.
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li Ordni tal-Ħarsien toħroġ għal raġunijiet serji, dejjem fl-interess tal-minuri. Waqt li l-għan ewlieni jibqa’ li t-tfal jingħaqdu mal-familja tagħhom fl-inqas żmien possibli, dan ma jseħħx jekk tkun nieqsa ċ-ċertezza li dan il-pass ikun fl-interess tal-minuri.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-każ ta' talba għall-akkomodazzjoni alternattiva tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li ilhom fuq il-waiting list għal dawn l-aħħar tliet snin u għandhom it-tifla li għandha kundizzjoni medika li minħabba fiha jeħtieġ tingħata l-għajnuna mill-Housing?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24923, tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont ta' djar li nbnew fuq plots tal-gvern li kienu għadhom fuq stadju ta' konvenju li reġgħu nbiegħu u għalhekk ġew trasferiti b'titolu legali mill-gvern? Kemm kien l-ammont ta' dawn id-djar u f'liema lokalitajiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li għal kull plot hemm mibnija dar għalhekk l-ammont tad-djar u l-lokalitajiet huma l-istess kif jidhru fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24923.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-ammont tad-dħul finanzjarju s'issa li sar minn djar tal-gvern li nbiegħu għall-iżvilupp u għalhekk ingħatat il-kontribuzzjoni finanzjarja biex is-sidien setgħu ibiegħu dawn id-djar? Tista' tgħid f'liema fond intefa' dan id-dħul finanzjarju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Meta dar tal-gvern tkun se tinbiegħ, l-Awtorità tad-Djar titlob lura s-sussidji mogħtija skont il-kundizzjonijiet tal-kuntratti relattivi. Dan japplika rrespettivament mir-raġunijiet tal-bejgħ.
Madankollu tajjeb wieħed jiċċara li sabiex dar tal-gvern tkun tista’ tiġi żviluppata l-Awtorità tad-Djar għandha
policy
fejn titlob pagament jew tesiġi li jkunu ffirmati ipoteki biex is-sidien jiġu rilaxxatti mill-klawsoli restrittivi tal-kuntratti.
Minn Ottubru 2002 sa Dicembru 2010 is-sidien li xtaqu jizvillupaw ħallsu l-ammont globali ta’ €2,571,806. Dawn il-flus intuzaw fl-operat tal-awtorità biex tiffinanzja l-iskemi varji.
Awtorità tad-Djar — sistema tal-allokazzjonijiet tal-appartamenti mikrija mill-gvern
Question
Tista' l-Ministru tgħid kif qed taħdem is-sistema tal-allokazzjonijiet tal-appartamenti mikrija mill-gvern jekk il-każijiet humiex jiġu deċiżi skont min għandu l-aktar punti jew inkella jekk hux qed jitressqu l-files quddiem il-bord u jiddeċiedu jingħatawx l-għajnuna jew le mill-Awtorità tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar talloka l-postijiet li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha lill-applikanti minn fuq il-waiting list għall-akkomodazzjoni alternattiva skont il-mertu tal-każ. Tingħata prijorità lill-persuni li jgħixu f’istituzzjonijiet sabiex dawn jingħataw fond sabiex jiġu rintegrati fis-soċjetà. Is-sistema tal-punti mhux dejjem tirrifletti l-bżonnijiet tal-applikanti u hija biss indikattiva.
Djar substandard — periklu minħabba problemi strutturali fid-djar
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex nies li qed jgħixu fi djar substandard jew fil-periklu minħabba problemi strutturali fid-djar tagħhom, m'għadhomx mitqiesa bħala każijiet ta' prijorità fl-allokazzjoni tal-appartamenti tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar tagħti attenzjoni lill-applikazzjonijiet kollha li għandha u tagħmel mill-aħjar biex tiddentifika soluzzjoni għal applikanti li jaqgħu taħt kategoriji differenti.
B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 25072, tista' l-Ministru tgħid x'esperjenza fil-qasam tax-xandir kellha l-persuna msemmija fit-tweġiba, qabel ma ġiet magħżula biex tibda tmexxi l-istazzjon?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-esperjenza tas-Sinjura Bernardette Azzopardi hu fil-qasam amminitrattiv u r-rwol tagħha fl-Education 22 huwa xogħol amministrattiv.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk il-kategoriji tas-soċjetà li huma intitolati għall-vouchers tal-enerġija? Xi jrid ikun id-dħul sabiex wieħed jibbenefika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-benefiċċju għall-Enerġija jingħata awtomatikament lil kap ta’ familja li jirċievi xi tip ta’ għajnuna soċjali, Pensjoni tal-Età mhux kontributorja u Pensjoni għall-Wens, lil kap ta’ familja li jkun qiegħed jirċievi l-allowance tat-Tfal jew l-Għajnuna Supplimentari jew Pensjoni għal Diżabilità kemm-il darba d-dħul totali ma jeċċedix € 8,158.81 fis-sena, kif ukoll lil kap ta’ familja li jikkwalifika fuq bażi umanitarja kemm-il darba d-dħul totali ma jeċċedix €30,911 fis-sena.
Tista' l-Ministru tgħid kemm irid ikun id-dħul sabiex wieħed jibbenefika mill-għajnuna supplimentari?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul totali annwali sabiex persuna miżżewwġa li qegħda tmantni lill-konjuġi tagħha jew ġenitur waħdu jikkwalifikaw għall-Għajnuna Supplimentari ma jridx jeċċedi €10,330 filwaqt li d-dħul totali annwali ta’ persuna waħedha ma jridx jeċċedi €8,162.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 22274, tista’ l-Ministru tgħid kemm qed jiswa kull kors li torganizza l-MCAST u mhux kemm qed jiswew lill-istudenti li jipparteċipaw f’dawn il-korsijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-MCAST jikkalkula l-prezz tal-korsijiet tiegħu bħala ammont globali għal kull istitut u mhux għal kull kors individwali.
Prezz medju tal-korsjiet għal kull istitut huwa dan:
Agribusiness Institute €3,937
Institute of Art & Design €2,780
Institute of Building & Construction Engineering €4,747
Institute of Business & Commerce Institute €2,999
Institute of Community Services €2,438
Institute of Electrical & Electronics Engineering €3,020
Institute of Information & Communication Technology €2,376
Maritime Institute €8,614
Institute of Mechanical Engineering €2,771
Gozo Centre €3,616
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport magħmul minn Bord ta’ Inkjesta mmexxi minn Dr. Andrew Azzopardi dwar is-sitwazzjoni prekarja tat-tfal delinkwenti f’pajjiżna? Twettqu xi rakkmandazzjonijiet imniżżla f’dan ir-rapport? Jekk iva, liema huma dawn ir-rakkmandazzjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
NSO Release tan-nefqa tal-Gvern fuq benefiċċji soċjali
Question
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 25251, tista' l-Ministru tagħti rendikont ta' nefqa ta' għajnuna soċjali fuq single parents u nefqa fuq min jitlef l-impjieg għas-snin 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Università ta' Malta — Enrolment of Foreign Students
Question
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra x'inhuma l-miri tal-gvern fejn għandu x'jaqsam ma' enrolment of foreign students fl-Università ta' Malta, sew fil-qasam ta' studenti mill-Unjoni Ewropea u sew fil-qasam ta' studenti li ġejjin minn pajjiżi terzi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Università ta' Malta tipparteċipa f’numru ta’ attivitajiet barra minn Malta, u nediet numru ta’ kollaborazjonijiet u proġetti bl-għan li tattira lejn Malta iktar studenti barranin. Bħalissa l-Università tikkonċentra l-isforzi tagħha fuq pajjiżi terzi. Madanakollu, l-Università tirċievi numru tajjeb ta’ applikazzjonijiet minn studenti Ewropej għal korsijiet undergraduate, u tilqa’ madwar 400 student kull sena fuq programmi ta’ skambju minn Universitajiet Ewropej. L-Università ta’ Malta tippromovi wkoll il-Joint Master Degrees ma’ universitajiet Ewropej, Dual Master Degrees ma’ universitajiet fl-Amerika ta’ fuq, kif ukoll korsijiet oħra post-graduate ma’ studenti barranin.
Tista' l-Ministru tara li tiġi ordnata reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li din qed tirċievi pensjoni baxxa ħdejn persuni oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu jew xi persuna tal-fiduċja tagħha biex tavviċina l-uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra liema huma l-assi immobbli li jinsabu għand l-Università ta' Malta b'titlu reali (teskludi l-proprjetà li tinsab għand l-Università b'titolu ta' ius ad personam)?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-assi immobbli li jinsabu għand l-Università ta’ Malta b’titlu reali jinkludu il-campus tal-Università f’Tal-Qroqq fl-Imsida, il-Valletta Campus fl-Old University Building fil-Belt, u l-bini tal-Medical School il-Qadima fl-isptar San Luqa fi G’Mangia.