Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #17616 Sitting 229 2010-05-31 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Bar f'Tas-Sliema — liċenzja

Question

B’riferenza għall-bar f’Windsor Street f’Tas-Sliema, li ismu qed jintbagħat separatment, peress li jidher li dan is-sit se jkun night club, jista’ l-Ministru jinfurmani taħt liema liċenzja se jiftaħ dan in-night club u jekk hux ammissibbli li jinfetaħ night club f’area residenzjali? Saru xi studji dwar l-impatt ta’ parkeġġ biswit il-post u dwar il-ħsejjes li jinħarġu mill-post? Hemm il-liċenzji neċessarji mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta u mill-Pulizija? X’kienu l-kummenti mill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema dwar dan il-post?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #16759 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — safar Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar safar minn uffiċjali ta' korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2009? Min kien li siefer? X'kienet ir-raġuni wara s-safra u fejn kienet? X'kienet l-ispiża għal kull safra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15955.
Leg 11 PQ #17204 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

każijiet ta' vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' vjolenza domestika rapportati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 169 każ ta' vjolenza domestika, li 10 minnhom kienu f'Għawdex.
Leg 11 PQ #17205 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

vjolenza fuq minorenni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' vjolenza fuq minorenni rapportati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmta illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 58 każ ta' xi tip ta' vjolenza kriminali fuq persuni taħt it-18-il sena. Minn dawn kien hemm każ wieħed f'Għawdex.
Leg 11 PQ #17206 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

każijiet ta' vjolenza fuq l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' vjolenza fuq l-anzjani rapportati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew irrpurtati 65 każ ta' xi tip ta' vjolenza fuq persuni ta' sittin sena jew aktar li 2 minnhom kienu f'Għawdex.
Leg 11 PQ #17207 Sitting 228 2010-05-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

każijiet ta' kuntrabandu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' kuntrabandu rapportati lill-Pulizija matul l-ewwel erba' xhur tas-sena f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati 9 każijiet ta' kuntrabandu lill-Pulizija. Infurmat ukoll li dawn il-każijiet kienu kollha f'Malta.
Leg 11 PQ #17198 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

serq fi stabbilimenti kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet ta' serq fi stabbilimenti kummerċjali matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 106 każ ta' serq minn retail outlets, li minnhom kien hemm 5 każijiet f'Għawdex.
Leg 11 PQ #17199 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

serqiet rapportati minn djar privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rapportati minn djar privati matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena f'Malta u Għawdex separatament?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena ġew irrapurtati lill-Pulizija 219 każ ta' serq minn djar privati, li minn dawn kien hemm 14 f'Għawdex.
Leg 11 PQ #17323 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dipartiment tal-Informazzjoni — programmi tal-Unjoni Ewropea sospiżi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pulizija hux qed tinvestiga persuni dwar tmexxija ta’ programmi tal-Unjoni Ewropea li ġew sospiżi riċentement mill-istess unjoni skont stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nru. 867?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija ma kellha ebda rapport dwar il-każ imsemmi.
Leg 11 PQ #17374 Sitting 227 2010-05-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — segretarjat privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies impjegati fis-segretarjat privat tad-dekasteru tiegħu? Min huma u xi kwalifiki għandhom? Kemm jitħallsu fix-xahar u x'perkaċċi għandhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-Segretarjat tal-Ministeru hemm 14-il ħaddiem li tagħhom qed inqiegħed lista fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward il-kumplament tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Membru li l-kuntratti ta' dawn l-impjegati huma konformi mal-Guidelines for the Engagement of Staff in Ministers' Private Secretariat approvat mill-Kabinett u li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fl-4 ta' Ġunju tal-2008.
Leg 11 PQ #16750 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-intern — vettur

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'vetturi jagħmlu użu minnhom kull awtorità u korporazzjoni li taqa' taħtu? Meta ġiet akkwistata, kemm qamet u minn fejn inxtrat?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 15955.
Leg 11 PQ #17315 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni li nqabdu jpejpu ġo stabbilimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, xahar b'xahar, kemm inqabdu nies ipejpu ġo stabbilimenti meta dan mhux permess? F'liema lokalitajiet? X'passi ttieħdu kontra dawn il-persuni u kontra s-sidien? Inqabdu persuni taħt it-18-il sena jixtru s-sigaretti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li nqabdu jpejpu f'postijiet fejn it-tipjip huwa pprojbit matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena huwa kif ġej:- Jannar 230 Frar 198 Marzu 220 April 186 Dawn il-persuni nqabdu f'dawn il-lokalitajiet:- Valletta, Floriana, Qormi, Ħaż-Żebbuġ, Paola, Cospicua, M'Skala, B'Buġia, M'Xlokk, Gżira, San Ġiljan, Sliema, Msida, Ħamrun, Marsa, Rabat, B'Kara, Lija, Naxxar, Gharghur, Qawra, Marsalforn u Victorja. Infurmat ukoll illi l-Pulizija qed tieħu l-passi skont il-liġi kontra dawn il-persuni.
Leg 11 PQ #17365 Sitting 226 2010-05-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — xogħol ta' natura legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta' natura legali fl-aħħar sitt xhur? Lil min ingħata? Ingħata b'direct order jew sejħiet għall-applikazzjoni? X'kienet il-biċċa xogħol u kemm kien il-ħlas għal kull biċċa xogħol?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li fis-sitt xhur li għaddew ma ngħataw ebda inkarigu ġdid ta' natura legali.
Leg 11 PQ #17102 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — ċifra globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali f'ċifra ta' flus li ntnefqet fil-hospitality mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu matul Jannar, Frar, Marzu u April ta' din is-sena? Kemm tħallsu minnhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għal Mistoqsija Parlamentari numru 15996. Ninsab infurmat li ċ-ċifra għax-xahar ta' April għadha qed tinġabar.
Leg 11 PQ #17313 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni akkużati bi frodi

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17027 fejn qed nirreferi għal dawk li ftit xhur ilu ġew akkużati li ffrodaw id-Dipartiment tal-VAT, jista' l-Ministru jagħti tweġiba?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mit-33 persuna li ġew akkużati quddiem il-Qrati tal-Maġistrati (Malta) li ffrodaw lid-Dipartiment tal-VAT, ġew sentenzjati 12-il persuna. Infurmat ukoll illi l-proċedura fil-konfront tal-21 persuni oħra għadhom għaddejjin.
Leg 11 PQ #17314 Sitting 225 2010-05-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Persuni taħt is-17-il sena li nqabdu jixorbu

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, xahar b'xahar, kemm inqadbu persuni taħt l-età ta' 17-il sena jiffrekwentaw postijiet fejn huwa servut l-alkoħol bħal night clubs, bars eċċ.? F'liema lokalitajiet? X'passi ttieħdu kontrihom? X'passi ttieħdu kontra s-sidien?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena il-Pulizija qabdet 74 persuna taħt is-17-il sena ġewwa postijiet ta' divertiment fejn huwa servut l-alkaħol u fejn dawn iż-żgħażagħ m'għandhomx jitħallew jidħlu. Dawn kienu maqsuma kif ġej:- Infurmat ukoll li l-Pulizija qed tieħu passi quddiem il-Qorti skont kif previst fir-regolamenti, kontra l-persuni responsabbli mill-post ta' divertiment fejn instabu dawn iż-żgħażagħ kif ġej:- Jannar 11 Frar 12 Marzu 12 April 8

Pulizija — danger money

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pulizija għandhomx xi tip ta' kumpens u/jew danger money għax-xogħol li jagħmlu kemm fuq l-art, fuq il-baħar jew fl-ajru u li dan ix-xogħol jista' jipperikola ħajjithom u/jew il-livell ta' kapaċità tagħhom u allura b'konsegwenza ta' xi sitwazzjoni li jistgħu jissuċċiedu dawn ikunu anki qed ipoġġu fil-periklu li jiġi affettwat il-livell ta' għajxien tad-dependenti tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi dawk il-membri tal-Korp li jagħmlu xogħol li huwa aktar ta' riskju, huma intitolati għal special duty allowance. Oltre dan, naturalment huma intitolati għall-benefiċċji dovuti taħt l-Att tal-1956 Dwar is-Sigurtà Nazzjonali u l-Att Dwar il-Pulizija, fejn fost affarijiet oħra l-membri tal-Korp tal-Pulizija huma koperti fuq mard, invalidità, mewt u diżabilità li jsofru waqt li jkunu xogħol.

Pulizija — shifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju tax-shift li jaħdmu bih il-pulizija li per eżempju dawn iridu jkunu l-akkademja fil-għodu sa nofsinhar u jerġgħu jidħlu għax-shift ta' bil-lejl fl-istess ġurnata jiġifieri jerġgħu jkunu xogħol fid-9 ta' filgħaxija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-arranġamenti tax-shifts li qed jagħmel referenza għalihom l-Onorevoli Interpellant japplikaw biss għal żewġ nofs ta' nhari fix-xahar u bihom, bl-ebda mod ma jinqabeż l-ammont stabbilit ta' siegħat li dawn il-membri tal-Korp huma obbligati li jaħdmu fil-ġimgħa.

Korp tal-Pulizija — course dwar il-criminology

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-korsijiet li għandhom x'jaqsmu max-xogħol tal-pulizija bħalma hu l-course dwar il-criminology irid isir fil-ħin tal-kuntistabbli u spejjeż għalih? Jista' jara li fil-każ ta' korsijiet li jkunu ta' interess li membru fil-korp tajjeb li jagħmel, tibda tingħata xi tip ta' għajnuna ħalli iktar membri tal-korp jiġu mħajra jieħdu tagħlim akkademiku li fl-aħħar mill-aħħar riżultat ta' dan se jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi minnhom għaliex ikollu korp imħarreġ aktar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korp tal-Pulizija jemmen bis-sħiħ fit-taħriġ tal-membri tiegħu, tant hu hekk li għall-ewwel darba fl-istorja tal-Korp, qed ikun provdut lilhom taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija b’mod regolari ta’ żewġ nofs ta’ nhari kull xahar, mill-ħin tax-xogħol tagħhom. Barra min hekk, f’dawn l-aħħar sentejn, ninsab infurmat illi l-Korp anke iffinanzja kors ta’ studju ġewwa l-Universita’ ta’ Malta li jwassal għal Diploma fil-Policing. Dan il-kors kien intiż għall-ufficjali kadetti u membri oħra tal-Korp li xtaqu jattendu fil-ħin liberu tagħhom. Fir-rigward ta' membri li jagħmlu talbiet biex isegwu korsijiet oħra ta' taħriġ, il-Korp jikkunsidra dawn it-talbiet fuq bażi individwali u jiffaċilità jew le skont in-natura tal-kors ta' taħriġ li jkunu jridu jsegwu u r-relevanza tiegħu għal-ħtiġijiet tal-Korp.

Karozzi tal-pulizija — records

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-log book li fih jinżamm record ta' kemm-il darba matul is-sena 2008-2009 kull karozza tal-pulizija ngħatat service? Kemm-il darba matul dan l-istess perjodu ġew mibdula tyres tal-istess vetturi? Kemm għandhom żmien dawn il-vetturi u jekk dawn il-karozzi għandhomx aircondition, airbags u jekk humiex armati biex jagħtu l-iktar sigurtà lil dawk li jkunu qed jagħmlu użu minnhom biex jaqdu d-dmir tagħhom lejn in-nazzjon?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-vetturi kollha tal-Korp tal-Pulizija issirlhom il-manutenzjoni meħtieġa minn zmien għal żmien. Perà naħseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li minħabba n-numru ta’ vetturi li l-Korp tal-Pulizija għandu, jkun jeħtieġ ammont konsiderevoli ta’ ħin u volum mhux żgħir ta’ karti sabiex isiru l-kopji biex tingħata l-informazzjoni kif qed tintalab.