Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #5427 Sitting 107 2018-05-02 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Żona tal-lukanda f’Selmun

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess sabiex tkun żviluppata ż-żona ta’ fejn illum hemm, dik li qabel kienet il-lukanda f’Selmun?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qiegħed fi stadju avvanzat iħejji preparamenti dwar din il-materja.
Leg 13 PQ #5428 Sitting 107 2018-05-02 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Lukanda f’Selmun u l-Palazz – intenzjonijiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-intenzjonijiet tal-Gvern fir-rigward ta’ dik li qabel kienet il-lukanda f’Selmun flimkien mal-Palazz biswit l-istess struttura?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5427.
Leg 13 PQ #4939 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura mill-Ministeru tat-Turiżmu mill-elezzjoni sal-lum hija din: 31 membru fejn 7 minnhom huma nisa – 23%. Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.
Leg 13 PQ #5351 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Żejtun — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi proġett jew żvilupp partikolari li se jsir mill-Ministeru jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu inkonessjoni mal-Kunsill Lokali taż-Żejtun jew ġewwa l-imsemmija belt tul din is-sena, u jekk iva jista’ jgħid x’tip se jkunu dawn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor, Interpellant li bħalissa m'hemm l-ebda proġett jew żvilupp partikolari li se jsir mill-Ministeru jew mid-dipartiment tiegħu inkonnessjoni maż-Żejtun.
Leg 13 PQ #5352 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Ħal Għaxaq — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi proġett jew żvilupp partikolari li se jsir mill-Ministeru jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu inkonessjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq jew ġewwa l-imsemmi raħal tul din is-sena, u jekk iva jista’ jgħid x’tip se jkunu dawn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa m'hemm l-ebda proġett jew żvilupp partikolari li se jsir mill-Ministeru jew mid-dipartiment tiegħu inkonnessjoni ma’ Ħal Għaxaq.
Leg 13 PQ #5411 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Mellieħa – Il-Bajja tal-Għadira – xogħol ta’ tkabbir

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi kollha approvati sabiex ikun jista’ jibda x-xogħol tat-tkabbir tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għadu għaddej.
Leg 13 PQ #5412 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Bajja tal-Għadira – xogħol ta’ tkabbir — studji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti kollha li saru b’rabta mal-istudji sabiex tkun tista’ titkabbar il-Bajja tal-Għadira?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċessi għadhom għaddejjin.
Leg 13 PQ #5413 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Bajja tal-Għadira – xogħol ta’ tkabbir

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni jibda u jitlesta x-xogħol tat-tkabbir tal-Bajja tal-Għadira?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-data ta’ meta se jinbeda u jitlesta l-proġett tiddependi mid-data ta’ meta se jinħarġu l-permessi meħtieġa.
Leg 13 PQ #5414 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Bajja tal-Għadira – xogħol ta’ tkabbir — konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u ma’ min ikkonsulta dwar il-proġett tat-tkabbir tal-Bajja tal-Mellieħa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Projects Malta Limited ikkonsultat ma’ bosta entitajiet dwar dan il-proġett fosthom mall-ERA, KNPD, Enemalta, Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, SCH, OHSA, Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, Kunsill lokali tal-Mellieħa, Transport Malta u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Leg 13 PQ #5415 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Bajja tal-Għadira – xogħol ta’ tkabbir — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġej jiswa l-proġett tat-tkabbir tal-Bajja tal-Għadira, mil-liema fond ser jitħallas u jekk hux diġà ħarġu s-sejħiet għall-offerti sabiex isir ix-xogħol li ser ikun hemm bżonn isir?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li la darba jiġu ffinaliżżati l-permessi toħroġ stima finali skont il-parametri li jkunu approvati.
Leg 13 PQ #5416 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Bajja tal-Għadira – xogħol ta’ tkabbir

Question

Jista’ l-Ministru jindika kif mistenni jsir ix-xogħol sabiex tkun tista’ titkabbar il-Bajja tal-Għadira?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata wara li jintemmu l-istudji.
Leg 13 PQ #5432 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Eco-tax — proġetti

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5326 jista' l-Minsitru jgħid kemm inġabru flus mill-eco tax mill-bidu tagħha, sa Frar 2018? Jista' jgħid b'dawn il-flus xi proġetti saru? Jista' jgħid kemm minnhom inġabru miż-żona tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra, Buġibba u n-naħa tal-Imtarfa? Jista' jgħid kemm minnhom intefqu f'dawn iż-żoni msemmija fit-tielet mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Leg 13 PQ #5433 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Dubai – sid/sidien ta’ kumpanija

Question

Ladarba issa ġie żvelat li l-kumpanija reġistrata fid-Dubai, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament (a), kienet indikata bħala l-“klijent ewlieni” tal-kumpanija tal-Ministru tat-Turiżmu reġistrata fil-Panama li d-dettalji dwarha wkoll qed jingħataw separatament (b), u dan skont e-mail żvelata permezz ta’ Daphne Project li kopja tagħha qed tingħata separatament (c), jista’ l-Ministru jgħid min hu s-sid jew min huma s-sidien tal-kumpanija (a) li minn għandha kien mistenni jdaħħal $150,000 kull xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti tal-mistoqsijiet parlamentari 3994 u 5261.
Leg 13 PQ #2306 Sitting 105 2018-04-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — TV advertising - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 ’l hawn intefqu b’kemm jiswew €278,875 (mitejn, tmienja u sebgħin elf, tmien mija, ħamsa u sebgħin Ewro) fuq tv advertising. Kważi 90% tagħhom kienu reklami fuq l-istazzjon tal-Istat.
Leg 13 PQ #5346 Sitting 105 2018-04-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Gudja — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi proġett jew żvilupp partikolari li se jsir mill-Ministeru jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu, inkonessjoni mal-Kunsill Lokali tal-Gudja jew ġewwa l-imsemmi raħal tul din is-sena, u jekk iva jista’ jgħid x’tip se jkunu dawn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5337.
Leg 13 PQ #5347 Sitting 105 2018-04-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Raħal Ġdid — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi proġett jew żvilupp partikolari li se jsir mill-Ministeru jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu inkonessjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid jew ġewwa l-imsemmija belt tul din is-sena, u jekk iva jista’ jgħid x’tip se jkunu dawn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed isiru xogħlijiet ta’ tisbieħ fil-Ġnien Duminku Mintoff, liema xogħlijiet jinkludu ġibjun biex jinġabar l-ilma tax-xita u tittaffa l-problema tal-għargħar fl-akwata, orjentazzjoni ġdida u iktar moderna, kif ukoll diversi spazji ta’ rikreazzjoni għal persuni ta’ etajiet differenti. Apparti minn hekk Projects Malta bħalissa qegħdha taħdem fuq il-proġett tal-grawnd tar-rugby fl-inħawi ta’ Kordin. Intant il-GHRC hija nvoluta fit-tfassil tal-pjan ta’ riġenerazzjoni tal-ground ta’ Pace Grasso li minbarra l-Health Hub se jkun ukoll jinkludi faċilitajiet oħra għall-użu tal-komunità kemm lokali kif ukoll reġjonali.
Leg 13 PQ #5348 Sitting 105 2018-04-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Santa Luċija — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi proġett jew żvilupp partikolari li se jsir mill-Ministeru jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu inkonessjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija jew ġewwa l-imsemmi raħal tul din is-sena, u jekk iva jista’ jgħid x’tip se jkunu dawn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm l-ebda proġett jew żvilupp partikolari li se jsir mill-Ministeru jew mid-dipartiment tiegħu inkonnessjoni ma’ Santa Luċija.
Leg 13 PQ #5349 Sitting 105 2018-04-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Fgura — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi proġett jew żvilupp partikolari li se jsir mill-Ministeru jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu inkonessjoni mal-Kunsill Lokali tal-Fgura jew ġewwa l-imsemmi raħal tul din is-sena, u jekk iva jista’ jgħid x’tip se jkunu dawn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm l-ebda proġett jew żvilupp partikolari li se jsir mill-Ministeru jew mid-dipartiment tiegħu inkonnessjoni mal-Fgura.
Leg 13 PQ #5350 Sitting 105 2018-04-25 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali Wied il-Għajn — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm xi proġett jew żvilupp partikolari li se jsir mill-Ministeru jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu inkonessjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn jew ġewwa l-imsemmi raħal tul din is-sena, u jekk iva jista’ jgħid x’tip se jkunu dawn?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għaddejja b’sensiela ta’ xogħlijiet ta’ tisbieħ tul ix-xatt u l-bajjiet fil-lokalita’ ta’ Wied il-Għajn. Dawn jinkludu: · Immaniġjar tal-bajja tal-Fajtata; · Tindif tal-bajja tal-Fajtata minn ġebel u materjal ieħor; · Tibjid u tiswijiet madwar il-bajja tal-Fajtata; · Tisbieħ fuq il-latrini pubbliċi u showers fil-bajja tal-Fajtata; · CCTV cameras għas-sigurta’ tas-saħħa tal-għawwiema; · Tindif ta’ debris u materjal ieħor mill-bajja ta’ wara l-ex Jerma Hotel, fejn ser isiru aċċessi aktar komdi għall-bajja; · Tisbieħ ġenerali tul il-promenad ta’ Wied il-Għajn; · Tiżjin fi żmien il-Milied fiż-żoni kummerċjali.
Leg 13 PQ #5375 Sitting 104 2018-04-24 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Birgu – sparar fuq ħamiem — passi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5166 dwar il-qtil barbaru permezz ta’ sparar fuq ħamiem il-Birgu li deher f’filmat fuq Times of Malta online u dan quddiem turisti li baqgħu ddiżgustati b’dan l-att, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma dawn il-passi li se jittieħdu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.