Legislature:
Category:
Reset
Active:

Triq tal-Barrani — Traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jara x’inhi r-raġuni li fi Triq tal-Barrani limiti taż-Żejtun u fil-Marsa, f’ċertu ħinijiet qed jerġa’ jinġabar it-traffiku wara li l-Gvern investa bil-kbir fl-underpass ta’ Santa Luċija u flyovers fil-Marsa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Awtorità tat-Trasport qed tagħmel dak kollu li tista’ sabiex fi-peak hours tikkontrolla kemm jista jkun it-traffiku biex jonqos l-inkovenjent fit-toroq. Apparti pjan ħolistiku imħejji u li permezz tiegħu numru ta’ Uffiċjali tat-traffiku qegħdin ikunu f’diversi postijiet fejn normalment jinġemgħa t-traffiku, l-Awtorità tieħu ħsieb ukoll li tipprovdi servizz ta’ Tow Trucks li jkunu qegħdin stand by fil-viċinanzi sabiex jekk ikun hemm bżonn dawn jintervjenu fl-anqas żmien possibli. Iżda jekk minkejja dawn il-mi¿uri kollha, jinqalgħu inċidenti fit-toroq fejn anke jistgħu iweġġgħu in-nies l-Awtorita’ jkollha taġixxi skond iċ-ċirkostanzi ta’ dak il-ħin. Nassigura lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ se tibqa issegwi u tagħmel dak kollu li tista’ sabiex jittieħdu l-miżuri li jkun hemm bżonn biex it-traffiku jkun wieħed mexxej.

Iż-Żejtun – Triq il-President Anton Buttigieg

Question

Jista’ l-Ministru jara permezz tal-esperti konċernati, x’jista jsir aktar u aħjar fi Triq il-President Anton Buttigieg fiż-Żejtun, ħalli jonqos il-periklu ta’ aktar inċidenti tat-traffiku?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tat-Trasport se tkun qed tiltaqa' mal Kunsill Lokali biex tinstab soluzjoni ħalli jonqos il-periklu ta’ aktar inċidenti tat-traffiku.

Parkeġġ riservat u personalizzat għal persuna b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx policy li tirregola x'jiġri f'każ fejn ikun hemm parkeġġ riservat u personalizzat għal persuna b'diżabilità u dan ma jkunx quddiem darha, u fil-post fejn ikun hemm dan il-parkeġġ aktar tard jinġieb permess biex jinfetaħ garage? Jekk hemm policy, x'inhi, x'għandu jiġri u x'inhi l-proċedura li wieħed għandu jsegwi biex dan il-parkeġġ jiċċaqlaq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tat-Trasport dejjem tipprova tagħmel il-parkeġġ riservat l-eqreb possibbli tal-persuna li tkun qiegħda tressaq l-applikazzjoni. Jekk ma jkunx possibbli li l-parkeġġ riservat isir quddiem id-dar ta’ l-applikant, il-parkeġġ ikollu jsir quddiem id-dar ta’ xi ħadd ieħor li mhuwiex l-applikant. Jekk jinħareġ permess mill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex fejn ikun hemm il-parkeġġ riservat, jinfetaħ jew jinbena garage, l-Awtorità tat-Trasport jkollha ssib post alternattiv għall-persuna b’diżabilità. Sabiex l-Awtorità tat-Trasport tipproċedi, trid ssir talba bil-miktub u akkumpnajata bid-dokumenti li juru b’mod ċar il-permess maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Mellieħa — Triq il-Wied ta’ Ruman – sink hole

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'azzjoni qed tittieħed biex tissolva s-sink hole fi Triq il-Wied ta’ Ruman fil-Mellieħa, u jgħid jekk din taqax taħt Infrastructure Malta jew Waters Services peress li s-sitwazzjoni saret perikoluża għal dawk kollha li jgħaddu minn din it-triq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq indikata inbniet mill-Kunsill Lokali konċernat u minn żviluppatur privat li kellu żvilupp ta’ bini residenzjali biswitha. Infrastructure Malta ma wettqet l-ebda xogħlijiet f’din it-triq. Din il-mistoqsija għandha tiġi referuta lill-entitajiet konċernati.

Trasport Pubbliku – residenti ta’ San Pawl il-Baħar ma’ Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux qed isir xi tibdil mit-Trasport Pubbliku ta' Malta biex jakkomoda lir-residenti ta' San Pawl il-Baħar biex jaslu l-Isptar Mater Dei peress li x-Xarabank 250 li titlaq mill-Mellieħa, hija dejjem mimlija, u r-residenti ta' San Pawl il-Baħar qed jitħallew l-art?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interprellant li hemm ippjanat li sa Jannar tas-sena 2023 ha jkun hemm żieda fir-rotot 41 u 42 (Ċirkewwa lejn il Belt Valletta ). Hu maħsub li b’din iż-żieda din il-problema tiġi solvuta.

Kirkop – Triq Danny Cremona – xogħol fuq il-bus stop Barrieri

Question

Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji biex il-bus stop bl-isem Ħal Kirkop – Barrieri, li tinsab fi Triq Danny Cremona f'Ħal Kirkop faċċata taċ-Ċentru tas-Saħħa, issir aċċessibbli għal kull min ikun irid jagħmel użu minnha, peress li meta tagħmel ix-xita tant jgħaddi ilma tax-xita man-naħa tat-triq fejn jinsab dan il-bus stop li ħadd ma jkun jista’ jaqsam it-triq, u dan anke fid-dawl li min jagħmel użu mit-trasport pubbliku biex iżur iċ-Ċentru tas-Saħħa f'din il-lokalità ma jkunx jista’ jagħmel dan meta tkun nieżla x-xita? Meta jaħseb il-Ministru li ser jibda dan ix-xogħol?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1257 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Birżebbuġa – Triq tal-Ġebel – ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u minn min ser jittranġaw il-ħitan tas-sejjieħ li jinsabu fi Triq tal-Ġebel f’Birżebbuġa peress li parti minnhom jinsabu mwaqqgħin u qed ikunu ta’ periklu għal kull min juża din it-triq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1260 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Is-Siġġiewi – Triq li tagħti għal Għar Lapsi – Miżuri ta' Sigurtà

Question

B’referenza għar-ritratti li jinsabu annessi rigward il-kwistjoni tal-istat li tinsab fiha parti mit-triq li tagħti għal Għar Lapsi fis-Siġġiewi, u peress li s-saħħa u s-sigurtà tan-nies għandhom ikunu ta’ prijorità, jista’ l-Ministru jgħid xi studju sar dwar l-istat ta' din it-triq? X'azzjoni se tittieħed biex il-periklu li jista' jkun hemm jitneħħa u x'se jsir biex ir-riskji jkunu mitigati? Hemm target dates in place? Saret konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi dwar dan?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija se tigi mwiegba seduta ohra

Raħal Ġdid: Triq iċ-Ċimiterju — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jikkonsidra li billi għadu għaddej ix-xogħol fi Triq iċ-Ċimiterju, Raħal Ġdid, sakemm tkun lesta Triq Ħal-Saflieni tiġi one way minn Triq Palma billi preżentement hija two way u qiegħda tikkaġuna perikolu għal min ikun dieħel u jsib vetturi oħrajn ġejjin biex joħroġ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2128 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapitali — encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks (INDIS Malta)

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks li saret INDIS Malta u li kienu qegħdin iħallsu pagamenti kull xahar però wara ċertu żmien dan l-encroachment agreement temmewh mingħajr qatt ma ntużaw il-binjiet li għalihom kienet qed titħallas il-kera, mill-2018 'il quddiem u jekk ittiħditx azzjoni fejn sar infiq bla bżonn u ħela?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru konċernat.

Trasport pubbliku — Proġett pilota ta’ autonomous buses

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 882, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi fil-proġett pilota ta’ autonomous buses u jagħti indikazzjoni taż-żmien meta l-proġett ikun jista’ jibda?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija se tigi mwiegba seduta ohra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 2384.

Personalised reserved parking bays — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li bħalissa l-applikazzjonijiet għall-personalised reserved parking bay għall-blue badge holders u/jew communal reserved parking bay għall-blue badge holders, jinsabu sospiżi? Jekk iva, x’inhi r-raġuni għal dan?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li Transport Malta b’koordinament ma’ l-Agenzija Sapport, ghaddejjinkontinwament bl-evalwazzjoni u bl-implimentazzjoni ghallpersonalised reserved parking bays ghall Blue Badge Holders u/jew communal reserved parking bays ghall Blue Badge Holders. Wiehed irid jifhem li ghal kull applikazzjoni hemm process li jrid isir u li kultant jiehu fit-tul. Ta min jinnota li l-Awtorita’ tipprocessa madwar 200 applikazzjoni kull xahar. Għaldaqstant mhuwiex minnu dak li qed jipprova jagħti x’jifhem l-Onorevoli interpellant.

Bus Stops

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bus stops f’Malta u f’Għawdex? Kemm hemm bus stops mingħajr bus shelter u jista’ jgħid meta se jkunu kompluti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li f’Malta u Ghawdex hawn total ta’ 2,051 bus stops. Madwar 25% ta’ dawn il-bus stops għandhom bus shelter. Rigward il-programm tat-twaħħil ta’ bus shelters ġodda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Lift ta’ Bieb il-Belt – nefqa fit-tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq fit-tiswija tal-lift ta' Bieb il-Belt minn mindu fetaħ għall-użu pubbliku? Jista' jgħid kemm-il darba kellu ħsara minn mindu fetaħ għall-użu pubbliku? Jista' jgħid ukoll jekk għandux il-ħsieb li l-lift jibqa' pubbliku?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2684 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Birżebbuġa – Kunsill Lokali – talba għal trasport pubbliku fi Triq tal-Papa u Triq tal-Ġebel

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Kunsill Lokali Birżebbuġa ressaq talba sabiex it-trasport pubbliku f'din il-lokalità jibda jservi wkoll Triq tal-Papa u Triq tal-Ġebel? Jista' jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet u, jekk hemm xi intoppi, dawn x'inhuma? Jekk hemm xi deċiżjoni jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif ser jiġu riveduti r-rotot u d-dati meta s-servizz ser jibda?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta kellha taħdidiet ma' kunsillliera mill-kunsill lokali ta’ Birzebbuġia fejn kienet tresqet it-talba sabiex jibdew jiġu servuti Triq tal-Papa kif ukoll Triq tal-Ġebel. Għar-rigward l-akwata ta’ Tal-Papa, ir-rotta 82 kif ukoll 210 qegħdin jgħaddu minn Triq l-Imnarja li hija triq paralela ma dikta’ Triq Tal-Papa. Fil-każ ta' Triq tal-Gebel, Transport Malta qegħda tistudja kif din l-akwata tista' tkun servuta permezz tas-servizz tat-trasport publikku.

Karozza tal-linja numru 210 li mhux tidħol fil-Qajjenza

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jippubblika r-raġunijiet għaliex ir-rotta tal-karozza tal-linja bin-numru 210 mhux qiegħda tidħol fil-ħinijiet tagħha ġol-Qajjenza?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li wara investigazzjoni li wettqet Transport Malta fuq l-andament tar-rotot 210 bejn it-18 ta Settembru u it-3 t’ Ottubru 2022 irriżulta li kien hemm numru zgħir ta vjaġġi fejn dawn ma servewx l-inħawi tal-Qajjenza. Jirriżulta li dan ġara minħabba żball tax-xufiera. Infurmat ukoll li l-Operatur tat-Trasport Publiku ha il-passi neċessarji sabiex tnaqqas tali inċidenza.

Karozza tal-linja numru 119 li mhux tidħol fil-Qajjenza

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jippubblika r-raġunijiet għaliex ir-rotta tal-karozza tal-linja bin-numru 119 mhux qiegħda tidħol fil-ħinijiet tagħha ġol-Qajjenza?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li wara investigazzjoni li wettqet Transport Malta fuq l-andament tar-rotot 119 bejn it-18 ta Settembru u it-3 t’ Ottubru 2022 irriżulta li kien hemm numru zgħir ta vjaġġi fejn dawn ma servewx l-inħawi tal-Qajjenza. Jirriżulta li dan ġara minħabba żball tax-xufiera. Infurmat ukoll li l-Operatur tat-Trasport Pubbliku ha il-passi neċessarji sabiex tnaqqas tali inċidenza.