Transport Malta – Masterplan – tħejjija ta’ proġetti ta’ toroq
Question
B’referenza għall-Masterplan 2015 ta’ Transport Malta dwar it-tħejjija ta’ proġetti ta’ toroq li kienu mitluba mill-Unjoni Ewropea biex jingħataw fondi, b’mod partikolari għal paġna 225, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni li t-triq arterjali ta’ Ħ’Attard li kienet fl-aħħar tal-lista issa hi prijorità tal-Ministeru biex issir minnufih? Xi studji kienu saru dak iż-żmien meta kienet qed tiġi ppreparata l-lista tat-toroq biex issir il-klassifikazzjoni ta’ prijorità li għandhom jingħataw? Dan għadu jgħodd?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropeja 1315/2013 dwar il-linji gwida għall-iżvilupp tan-network tat-trasport trans-Ewropea, l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea huma mitluba jlestu il-kumplament tal-partijiet tan-network TEN-T fit-territorju tagħhom sas-sena 2030 (TEN-T core network) u sas-sena 2050 (TEN-T comprehensive network).
F’Malta nsibu 29 proġett fuq in-network TEN-T li jridu jitlestew, skont il-kriterji tal-Unjoni Ewropea. It-Transport Masterplan indikat fil-fatt issemmi 29 proġett jew intervent li jeħtieġ isiru (paġni 257-260). Saret multi-criteria analysis ta’ dawn il-proġetti TEN-T sabiex issir lista’ ta’ prioritajiet b’mod oġġettiv. Hekk kif ix-xogħlijiet fuq numru ta’ proġetti ta’ toroq TEN-T ikklassifikati fuq nett ta’ din il-lista saru jew qed jitwettqu, bħall-proġetti tal-Kappara Junction u l-Marsa Junction, il-Gvern issa qed jiffoka fuq l-implimentazzjoni ta’ proġetti oħra TEN-T li jingħataw priorità f’din il-lista. Dawn il-proġetti jinkludu t-titjib ta’ Vjal Santa Luċija, kif ukoll l-inħawi ta’ Ħ’Attard, ir-Rabat u l-inħawi, li qed jiġu inklużi fis-Central Link Project. Dawn l-interventi huma fil-fatt imniżżla bħala t-12-il prijorità tal-lista ta’ proġetti TEN-T. Ta’ min isemmi li bħalissa u fis-snin li għaddew saru diversi tipi ta’ interventi fuq ħafna mill-proġetti li qegħdin f’din il-lista u l-proġett in kwistjoni huwa wieħed minnhom.
Dawn l-interventi jvarjaw minn studji, disinji ta’ toroq u saħansitra kostruzzjoni ta’ toroq u junctions ġodda jew bini mill-ġdid tagħhom. Minn żmien għal żmien ikun hemm proġetti li jibdew qabel oħrajn, minkejja li fil-Masterplan kienu mniżżlin b’ordni differenti, minħabba li l-ippjanar u d-disinji jkunu iktar avvanzati, jew inkella minħabba kwistjonijiet ta’ mmaniġġar tat-traffiku jew id-disponibilità tal-fondi allokati.
Awtorità tal-Ippjanar – Pjan Lokali taċ-Ċentru ta’ Malta — sottomissjonijiet li saru mill-pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali taċ-Ċentru ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta’ riżorsi meħtieġa, hu meqjus diffiċli ħafna, jekk mhux prattikament impossibbli, li tali informazzjoni tinġabar fi żmien raġjonevoli. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iżjed speċifiku.
Awtorità tal-Ippjanar – Pjan Lokali ta’ Għawdex u Kemmuna — sottomissjonijiet li saru mill-pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali ta' Għawdex u Kemmuna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta’ riżorsi meħtieġa, hu meqjus diffiċli ħafna, jekk mhux prattikament impossibbli, li tali informazzjoni tinġabar fi żmien raġjonevoli. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iżjed speċifiku.
Awtorità tal-Ippjanar – Pjan Lokali tal-Port il-Kbir — sottomissjonijiet li saru mill-pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Port il-Kbir?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta’ riżorsi meħtieġa, hu meqjus diffiċli ħafna, jekk mhux prattikament impossibbli, li tali informazzjoni tinġabar fi żmien raġjonevoli. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iżjed speċifiku.
Binjiet ta’ kostruzzjoni – għeluq ta’ aċċess pedonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’kull lokalità f’Malta u Għawdex kemm-il binja ta’ kostruzzjoni teżisti fejn l-iżviluppaturi bnew ħajt tal-bricks bħala boundary wall u għalhekk ingħalaq l-aċċess pedonali tal-bankina?
Response (BORG, IAN)
L-Onor. Interpellant japprezza li fil-preżent hemm madwar 1,750 lant miftuħa u għaldaqstant mhux possibbli li jsiru żjarat lil kull lant biex jinġabar tali tagħrif meta wieħed jikkunsidra li r-riżorsi tal-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini huma daqstant limitati.
B'referenza għal każ dwar espropriju ta' art fir-Rabat Għawdex, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-sidien ta' din l-art, wara li għaddew 30 sena minn meta din l-art ġiet esproprijata, għadhom ma tħallsux?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Frederick Azzopardi (PQ 6452), il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali jinsab infurmat li:
Il-każ in kwistjoni huwa relatat mal-Foss ta’ madwar iċ-Ċittadella ta’ Għawdex fejn il-Gvern, skont il-Gazzetta tal-Gvern numru 324 tat-2 ta’ Mejju 1997 iddikjara li għandu bżonn art għal skop pubbliku u cioe’ sabiex jinħoloq aċċess għall-istess Foss. Jidher li fuq l-art in kwistjoni hemm kontestazzjoni minn terzi persuni rigward it-titolu tal-art. Għalhekk, sakemm jiġi stabbilit minn huma s-sidien proprji, il-kumpens ma jistax jingħata.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi fuq ix-xogħol li hemm bżonn isir fuq il-Jetty tax-Xlendi? Jista’ jgħid jekk ix-xogħol hux se jibda matul dawn il-ġranet? Jista' jgħid x'prekawzjonijiet se jittieħdu issa li dalwaqt jibda s-sajf biex ma jkunx hemm periklu għal għawwiema u persuni oħra li jiffrekwentaw iż-żona?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Jetty tax-Xlendi ġarrab ħsarat estensivi kawża tal-maltemp, tant hu hekk li l-parti ta’ barra ta’ madwar 5 metri iġġarrfet għal kollox u kienet perikoluża. Din is-sezzjoni mgarrfa tneħħiet minn Transport Malta u it-tarf tal-Jetty ġie ibbarrikat u tpoġġew tabelli ta’ twissija għall- fini ta’ sigurta’.
Il-parti tal-Jetty li tneħħiet trid terġa tinbena mill-ġdid u jsir xogħol ieħor ta’ tiswija fil-partijiet l’oħra fejn hemm ħsarat. Dan ix-xogħol għandu jkompli fil-ġranet li ġejjin wara li jiġu konklużi l-eżaminazzjonijiet tekniċi u aġġornament ta’ disinnji mil-periti u tim tekniku ta’ Transport Malta.
Transport Malta flimkien mal-Ministerju ta’ Għawdex sejrin jieħdu il-prekawzjonijiet li hemm b¿onn biex jitnaqqas l-inkonvinjent u ma jkunx hemm periklu. Dawn jinkludu aċċess temporanju għas-sajjieda, moll alternattiv għall-imbarkazzjoni u diżimbarkazzjoni ta’ passiġġieri mid-dgħajjes, kontroll minn Enforcement Officers ta’ Transport Malta fuq il-baħar u fuq l-art matul ix-xogħol, li jsir ċertu xogħol matul il-lejl, u moniteraġġ u kontroll mill-uffiċċial inkarigat għas-saħħa u sigurta fuq il-post tax-xogħol.
In-Naxxar – Triq il-Qoton – xogħol ta’ resurfacing
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' resurfacing ta’ Triq il-Qoton fin-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, ser jiġu ppjanati b’mod gradwali meta din l-entità tiġi mwaqqfa fix-xhur li ġejjin.
L-aġenzija ser tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-uffiċċji tal-Awtorità tal-Ippjanar f'Għawdex ġew rilokati f’post ieħor ġewwa l-Victoria, u dan minkejja li l-permessi biex jitwaqqa’ l-bini eżistenti tal-Awtorità tal-Ippjanar għadu ma ħariġx? Jista' jgħid kemm hu l-ammont ta' kera li qed tħallas l-Awtorità għal dawn l-uffiċċji li qed tuża temporanjament u għal kemm-il sena jew xhur inkrew dawn l-uffiċċji? Il-kirja saret b'mod dirett jew wara sejħa pubblika?
Response (BORG, IAN)
Bi twegiba għal mistoqsija parlamentari 6149, l-Awtorità tal-Ippjanar irrilokat l-impjegati tagħha ghall-uffiċini l-ġodda fil-5 ta’ Marzu 2018. L-applikazzjoni għal permess ta’ żvilupp saret fis-17 ta’ Novembru 2017, u bħalissa qiegħda tiġi pproċessata.
L-ammont ta’ kera li qed tħallas l-Awtorità huwa ta’ €3,000 fix-xahar. Dawn l-ufficini inkrew għal perjodu ta’ tmintax-il xahar di fermo, liema perjodu beda fl-1 ta’ Marzu 2018. Fl-eventwalità li l-Awtorità ikollha bżonn l-uffiċini għal żmien iktar fit-tul, l-istess l-Awtorità għandha d-dritt ittawwal il-perjodu tal-kera sa massimu ta’ tnax-il xahar, bl-istess rati, termini u kundizzjonijiet. L-għażla tal-uffiċini saret wara sejħa pubblika li kienet miftuħa bejn il-25 ta’ Awwissu u l-15 ta’ Settembru 2017.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux possibbli li t-Telgħa t’Alla u Ommu fin-Naxxar tkompli tinbarax (kif diġà hi fil-parti ta' fuq) sa' isfel nett ċjoè sa fejn ir-round about, dan peress li varji persuni li jużaw din it-triq qed jilmentaw li qed isibuha perikoluża meta jsuqu għax faċilment jiskiddjaw mhux biss meta jkun maltemp iżda wkoll meta t-temp ikun tajjeb anke meta jieħdu l-prekawzjoni li jsuqu bil-mod?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għaddejja bit-tħejjijiet sabiex it-triq indikata tiġi mtejba. Id-diffikultà msemmija qed jiġu meqjusa sabiex jittieħdu l-miżuri meħtieġa
Jista’ l-Ministru jara li jiżdied is-servizz fuq ir-rotot 41 u 42, li jitilqu miċ-Ċirkewwa, bħala parti miż-żieda ta’ servizz fil-qasam tat-trasport pubbliku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li fi Triq id-Difiża Ċivili fil-Mosta, fejn qed isir it-tarmak, issir bankina ta' metru fuq kull naħa tat-triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol li għaddej bħalissa fit-triq indikata jinkludi tiswijiet tal-wiċċ tal-karreġġjata eżistenti. Transport Malta qed tfassal proposti għal proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ din it-triq, b’disinn aħjar u aktar faċilitajiet bħal bankini u tagħmir ieħor li jtejjeb l-effiċjenza u s-sigurtà ta’ din l-infrastruttura għal dawk kollha li jużawha.
Awtorità tal-Ippjanar – Pjan Lokali tal-Majjistral ta’ Malta — sottomissjonijiet li saru mill-pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tal-Majjistral ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta’ riżorsi meħtieġa, hu meqjus diffiċli ħafna, jekk mhux prattikament impossibbli, li tali informazzjoni tinġabar fi żmien raġjonevoli. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli interpellant biex ikun iżjed speċifiku.
Awtorità tal-Ippjanar – Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta — sottomissjonijiet li saru mill-pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta' Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-ammont kbir ta’ riżorsi meħtieġa, hu meqjus diffiċli ħafna, jekk mhux prattikament impossibbli, li tali informazzjoni tinġabar fi żmien raġjonevoli. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant biex ikun iżjed speċifiku.