CT2369/2023 — Tender to demolish, design, build, maintain, upkeep and the management and operations of Cospicua Care Home for Older Persons including high energy and environmental performance standards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex it-tender CT2369/2023 - Tender to demolish, design, build, maintain, upkeep and the management and operations of Cospicua Care Home for Older Persons including high energy and environmental performance standards, għadu ma ġiex konkluż? Jista’ jgħid ukoll f’liema stadju jinsab bħalissa dan it-tender u għaliex qed idum daqshekk biex jiġi finalizzat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab inufrmat, li r-rapport tal-evalwazzjoni relatat mat-tender CT2369/2023, Tender to demolish, design, build, maintain, upkeep and the management and operations of Cospicua Care Home for Older Persons including high energy and environmental performance standards, ġie ffinalizzat u tressaq lid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-proċeduri sussegwenti skont ir-regolamenti tal-akkwist pubbliku.
Sir Anthony Mamo Oncology Centre — Konsulenti fil-qasam tal-palliative care
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti fil-qasam tal-palliative care fis-Sir Anthony Mamo Oncology Centre? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx intenzjoni li jiżdied dan in-numru fil-futur?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Kif jaf l-Onor. Interpellant, il-Gvern għadu kif nieda l-Istrateġija Nazzjonali għall-Kura Paljettiva. Kif indikat fl-istess strateġija il-Gvern beħsiebu jinvesti bis-sħiħ fir-riżorsi umani hekk kif indikat. Waħda mill-miżuri ser tkun li jinħatru aktar konsulenti, tobba, infermiera, farmaċisti, professjonisti fil-qasam tas-saħħa mentali, allied health workers u social workers, kollha bi speeċjalità fil-kura paljattiva. Dawn jingħaqdu mal-konsulenta u t-tim kollu li hemm fil-preżent f’dan il-qasam.
Sala ġdida — Nisa li jkunu għaddejjin minn korriment - Privatezza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif ser ikollhom il-privatezza tagħhom in-nisa li jkunu għaddejjin minn korriment fis-sala l-ġdida li ser tinfetaħ, peress li ser ikun hemm żewġt ikmamar; waħda minnhom ta’ żewġ pazjenti u l-oħra ta’ erba’ pazjenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-sala l-ġdida li ser tinfetaħ ħa jkun fiha tliet ikmamar u mhux tnejn.
Sala ġdida — Nisa li jkunu għaddejjin minn korriment - Kmamar individwali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fis-sala l-ġdida ppjanata għan-nisa li jkunu għaddejjin minn korriment qabel il-ħlas, mhux ser isiru kmamar individwali (single rooms)? Jista’ jgħid ukoll x’ser jiġri meta jkun hemm każ infettiv?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-sala l-ġdida ppjanata għan-nisa li jkunu għaddejjin minn korriment qabel il-ħlas toffri l-possibiltà li għal każijiet sensittivi jkunu individwali. Bħal dejjem, tittieħed kull prekawzzjoni biex tiġi mħarsa u tingħata l-kura meħtieġa kull meta jfeġġ każ infettiv.
Sala ġdida — Nisa li jkunu għaddejjin minn korriment - Counselling
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fejn ser tingħata l-għajnuna ta’ counselling lil persuni li jkollhom bżonn l-għajnuna waqt li jkunu qed jgħaddu minn korriment, fid-dawl tal-fatt li fis-sala l-ġdida ppjanata ma hemmx kamra ddedikata għal dan l-iskop?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ser ikun hemm kamra biex tingħata l-għajnuna ta’ counselling lill-persuni li jkollhom bżonn l-għajnuna waqt li jkunu qed jgħaddu minn korriment.
Sptar Ġenerali ta’ Għawdex — Xogħlijiet strutturali infrastrutturali u ta’ tisbiħ
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tax-xogħlijiet strutturali, infrastrutturali u ta’ tisbiħ li saru fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bejn l-1 ta’ Jannar 2024 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u meta saru dawn ix-xogħlijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-lum, ġew imwettqa numru ta’ interventi infrastrutturali u tekniċi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bl-għan li jiġu modernizzati il-faċilitajiet tal-isptar, titjieb il-kwalità tal-kura lill-pazjenti u tiżdied l-effiċjenza operattiva. Il-lista qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-anzjani madwar Malta u Għawdex u fejn jinsabu dawn iċ-ċentri? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ anzjani li jattendu f’dawn iċ-ċentri?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li f’Malta l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha 35 Ċentru għall-Anzjanità Attiva. Dawn ser jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Iċ-Ċentri għall-Anzjanità Attiva ta’ Ħ’Attard, Paola, Swieqi, Għargħur, Kalkara, Ħaż-Żebbuġ u Ħal-Tarxien huma mmexxija mill-Kunsill Lokali rispettiv u l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tipprovdi għalliema għal sessjonijiet li jsiru f’dawn iċ-ċentri.
Għar-rigward iċ-ċentri għall-Anzjanità Attiva f’Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Ċentri ta’ Matul il-Lejl għall-anzjani madwar Malta u Għawdex u fejn jinsabu dawn iċ-ċentri? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta’ anzjani li jattendu f’dawn iċ-ċentri?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat, li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha Ċentri ta’ Matul il-Lejl f’Ħal-Safi, Żejtun, Mellieħa u Mtarfa ġewwa Malta, u ċentru ieħor f’Għajnsielem Għawdex, kif ukoll għandha ftehim ma’ diversi djar residenzjali tal-anzjani li joffru sodod biex jintużaw għas-servizz taċ-Ċentri ta’ Matul il-Lejl. In-numru ta’ anzjani li bħalissa qed jagħmlu użu mis-servizz taċ-Ċentri ta’ Matul il-Lejl huwa kif ġej:
Ħal Safi
3
Żejtun
1
Għajnsielem
1
Dar San Ġużepp
2
Casa Francesco
1
Dar Pinto
2
Central Home
1
St. Thomas Community Living
1
Casa Serena
1
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21493 fejn intqal li: “Għar-rigward il-gender-affirming surgery, nitlob lill-Onor. Interpellant biex tispeċifika għal-liema tip ta’ surgery qed tirreferi”, jista’ l-Ministru jiċċara x’tip ta’ gender-affirming surgeries hawn disponibbli u kemm minn dawn saru f’Malta mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li sa issa qed noffru kirurġija marbuta mas-sider (mastektomija jew proċeduta tat-tkabbir tas-sider), orkidektomija u isterektomija. Il-pazjenti kollha jiġu assessjati minn tim multi-dixxiplinarju qabel jibdew il-proċeduri.
Ninsab infurmat li saru dawn il-proċeduri: orkidektomija (tliet persuni), isterektomija (persun a waħda); mastektomija (13-il persuna).
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24260 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u għid jekk il-professjoni tal-hypnotherapy hijiex regolata f’Malta? Jekk le, jista’ jgħid għaliex le, u xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jirregola din il-professjoni li titratta persuni vulnerabbli fi stat ta’ terapija fejn ikunu vulnerabbli ħafna?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li jagħmlu użu mis-servizz tal-Handyman? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom jirċievu dan is-servizz f’Malta u kemm minnhom jirċievuh f’Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li matul l-2024 kien hemm 2,116 anzjani li bbenefikaw mis-servizz tal-Handyman. Għar-rigward tat-tieni mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom jirċievu dan is-servizz f’Malta u kemm minnhom jirċievuh f’Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi 6,117 anzjani jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare. 5,686 anzjani jirċievu s-servizz f’Malta, filwaqt li 431 jirċievu s-servizz f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare on the Move? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom jirċievu dan is-servizz f’Malta u kemm minnhom jirċievuh f’Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ anzjani li qed igawdu mis-servizz tat-Telecare on the Move huwa dak ta’ 221. 213 minnhom huma f’Malta, filwaqt li 8 huma f’Ghawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li jieħdu t-Telephone Rent Rebate? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma Għawdxin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ anzjani li qed igawdu mis-servizz tat-Telephone Rent Rebate huwa 2,019. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità m’għandhiex informazzjoni dwar liema minnhom huma f’Malta jew f’Għawdex.Ninsab infurmat, li n-numru ta’ anzjani li qed igawdu mis-servizz tat-Telephone Rent Rebate huwa 2,019. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità m’għandhiex informazzjoni dwar liema minnhom huma f’Malta jew f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani f’Malta u f’Għawdex li jagħmlu użu mill-Continence Service? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Maltin u kemm minnhom huma Għawdxin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ anzjani u persuni b’diżabilità li huma eliġibbli għall-Continence Service f’Malta huwa ta’ 8,693. Għar-rigward tat-tieni mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani li qegħdin jistennew biex jidħlu f’Dar tal-Anzjani sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom applikaw biex jidħlu f’Dar tal-Anzjani f’Għawdex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hemm 1,388 anzjani li qegħdin jistennew biex jidħlu f’Dar tal-Anzjani f’Malta. Infakkar lill-Onor. Interpellant li għal tweġiba li tajt bħal daż-żmien sena (PQ 1881), il-lista ta’ stennija kienet ta’ 1,670. Dan ifisser li l-lista ta’ stennija naqset b’282. Għar-rigward tat-tieni mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser isiru x-xogħlijiet meħtieġa, fuq il-parti taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana li hija meqjusa bħala ta’ periklu biex tintuża u li minnha tneħħew il-ħaddiema?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-parti taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana li hija meqjusa bħala ta’ periklu ġiet magħluqa għall-ħaddiema u s-servizzi ġew relokati f’postijiet oħra sabiex ma jintilfux appuntamenti għall-pazjenti. Xogħlijiet meħtieġa ta’ rinovazjoni se jsiru bħala parti mill-pjan ta’ refurbishment ħolistiku li ser isir fuq iċ-Ċentru tal-Furjana.