kwestjoni dwar Energy Performance of Building Regulations
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma li skont l-Energy Performance of Building Regulations tas-sena 2008 bini pubbliku ta' natura kummerċjali, b'mod speċjali banek kummerċjali u uffiċini tal-posta li għandhom floor area t'aktar minn 100 metru kwadru, għadu ma jistax jiġi assessjat skont l-istess avviż legali minħabba li għad m'hawnx is-software meħtieġ u lanqas saret sejħa għal assessuri ħalli jingħataw it-taħriġ meħtieġ u wara ċertifikat li jistgħu jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 3728 u 14791, ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, infakkru li sabiex jiġu implimentati dawn ir-regolamenti dwar assessjar ta’ binijiet pubbliċi ta' natura kummerċjali kien meħtieġ li jinbena software dedikat u kumpless u li qabel il-finalizazzjoni tiegħu ma jistax isir xogħol ta’ assessjar fuq dan it-tipi ta’ binjiet. Huwa ppjanat li dan jkun lest matul dan is-sajf u kif diġà sar qabel, it-taħriġ fuq is-sistema jingħata immedjatament biex malajr kemm jista’ jkun sabiex tkun attwata l-aħħar fażi u l-iktar parti komplessa tat-twettiq tal-Energy Performance of Building Regulations.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk attendiex għal-Laqgha tal-Ministri tal-Agrikoltura tal-Unjoni Ewropea li saret riċentement in konnesjoni mal-outbreak tal-E. Coli? Jekk iva, x'kienu l-konklużjonijiet u jekk hux beħsiebu jimplimenta xi rakkmandazzjonijiet ta' prekawzjoni f 'pajjiżna?
Peress li t-tisqija jew manure li jintefa' fir-raba jista' jkollu xi konnesjoni ma' din il-bacteria, jista' l-Ministru jikkonferma li l-livell ta' trattament tad- drenaġġ li wara jintuża għat-tisqija huwa ta' livell li jelimina kull biżgħa ta' kontaminazzjoni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Għal din il-laqgħa Malta kienet rappreżentata minn uffiċjali mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali kif ukoll mir-Rappreżentanza ta' Malta għall-Unjoni Ewropea. Jien infurmat li f'din il-laqgħa ġie diskuss prinċipalment l-effett qawwi u negattiv fuq il-bejgħ ta' ċertu ħxejjex f'xi pajjiżi minħabba l-biża' tal-konsumaturi. Il-Kummissarju għall-Agrikoltura waqt din il-laqgħa ħabbar li fil-jiem li ġejjin se jitressqu proposti għal kumpens parzjali għall-produtturi li kellhom jirtiraw ċertu prodotti mis-suq. Se jitniedu wkoll fondi għall-promozzjoni sabiex il-pubbliku jerġa’ jibni l-kunfidenza fil-prodotti tas-settur tal-frott u l-ħxejjex fix-xhur li ġejjin.
Fl-istess laqgħa l-Kummissarju għas-Saħħa u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi kkonferma li sa dak inhar kienet għadha ma ġietx aċċertata x'kienet l-oriġini li kkawżat il-kriżi u għalhekk l-investigazzjonijiet xjentifiċi kienu għadhom qed ikomplu.
Ikun att irresponsabbli jekk xi ħadd jagħmel spekulazzjoni bla ebda bażi xjentifika li ddaħħal dubju fost il-konsumaturi li jista’ joħloq paniku għad-dannu bla bżonn kemm lill-konsumaturi, u iktar u iktar lill-bdiewa Maltin.
Għar-rigward tal-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Water Services Corporation.
San Pawl il-Baħar — Triq il-Luzzu - bajja mnaddfa mill-alka
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-bajja li hemm fi Triq il-Luzzu, Qawra, San Pawl il-Baħar, tiġi mnaddfa mill-alka li nġabret ġo fiha, issa li numru ta' persuni bdew jiffrekwentaw il-baħar tal-inħawi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 26592, ninfurmah li din il-bajja diġà ġiet imnaddfa.
Can the Minister provide a breakdown of the cost of landscaping in Malta by the Eviromental Landscapes Consortium? How much money is going into the landscaping of roundabouts and turf?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-Environmental Landscape Consortium Limited hija kumpaniji li ġiet imwaqqfa bħala kumannija kumerċjali bħala Public Private Partnership mill-Gvern ma’ numru ta’ kumpaniji li jispeċjalizzaw fis-settur.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern għadda s-somma ta’ € 9,297,589
għas-sena
2010 kemm bħala sovvenzjoni li tagħmel tajjeb għal numru ta’ ħaddiema li qabel kienu jaħdmu mal-Gvern kif ukoll bħala ħlas kemm għat-tisbieħ, għaż-żamma tas-soft area allokati lilhom kif ukoll għall-iżvilupp kapitali kemm ta’ kostruzzjoni u infrastruttura relatata.
Nittama li l-Onorevoli interpellant ma jsibx problema li wegibtu bil-lingwa Maltija

Can the Minister say what is the source and cost of the water being used by the Eviromental Landscapes Consortium? Does the Eviromental Landscapes Consortium own any groundwater boreholes? Can the Minister confirm that groundwater is not being used for lanscaping?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab informat li l-Environmental Landscape Consortium Limited tagħmel użu primarjament minn ilma li ġej minn ġwiebi tagħha u oħrajn li nbnew għal dan l-iskop meta nbnew toroq ġodda arterjali, minn dak li jinġabar f’ilqugħ fil-widien, u meta tinħass il-ħtieġa minn borehole li għandhom u li hija reġistrata għall-użu agrikolu kif ukoll permezz ta’ xiri mingħand fornituri registrati
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-Environmental Landscape Consortium Limited hija kumpanija kumerċjali u għaldaqstant l-informazzjoni dettaljata kif mitluba hija waħda kummerċjalment sensittiva.

Can the Minister say if he considers it appropriate that so much water is being used extravagantly when it is clear that Malta is facing a water crisis? Shouldn't we be rethinking our landscaping policies, if there are any?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li t-tisbieħ tal-ambjent għandu valur kemm fil-kwalità ta’ ħajja inġenerali għall-pubbliku Malti kif ukoll huwa investiment fil-pajjiż mill-lat turistiku. B’sodisfazzjon ngħid li l-esperiment li għamilna meta waqqafna l-ELC kien suċċess għax barra li tajna dehra ġdida lill-Malta, tajna inċentiv lill-dawk il-ħaddiema li jaħdmu f’dan is-settur.
Nista’ niżguraħ lill-Onorevoli Interpellant li t-tisqija qed issir bl-aktar mod effiċjenti fejn tintuża wkoll teknologija biex din it-tisqija issir bl-akbar għaqal u qis. Din it-teknoloġija tinkudi sistemi komputerizzati bl-użu ta’ kontroll remot li mhux biss jirregolaw l-ammont u d-drabi, iżda wkoll l-effettività tal-istess tisqija.
L-għażla tal-pjanti u siġar hija bbażata skont l-ambjent klimatiku ta’ dawn il-gżejjer u ma’ jitħawwlux pjanti li jirrikjedi ħafna tisqija iżda jifilħu għal-perjodi ta’ nixfa. Preżentement qed isir stħarriġ ta’ kif tista’ tkun applikata fuq firxa wiesgħa is-sistema ta’
zeriscaping
biex b’hekk tkompli tonqos il-ħtieġa ta’ tisqija. Ninsab informat li qed isiru esperimenti biex jitkattru pjanti lokali u anki endemiċi li jifilħu ferm aktar għan-nixfa. F’dawn l-aħħar snin saru żviluppi kbar u nteressanti ħafna fl-ortikultura fl-iżvilupp ta’ varjetajiet dekorattivi li jifilħu għas-sħana u nixfa bħal ma hawn Malta. Dan jinkludu anki varjetajiet ta’
turf
li barra li jifilħu aktar għax-xemx qawwija fuqhom, jagħmlu għeruq aktar fil-fond u għal daqshekk jinħtieġu anqas tisqija.

Jista' l-Ministru jgħid jekk intlaħaqx ftehim mas-sidien tal-pompi tal-petrol biex jingħataw żieda fil-commission? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fiex kien jikkonsisti dan il-ftehim u kemm tammonta din iż-żieda? Jista' jgħid x'inhuma eżatt il-commitments li s-sidien intrabtu bihom? Jista' l-ftehim imsemmi jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li din il-Mistoqsija Parlamentari hija identika kelma b’kelma għall-mistoqsija numru 26286 imressqa mill-Onorevoli Gino Cauchi u mwieġba f’seduta 350.
Għaldaqstant nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għaliha.

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-regolamenti dwar l-infilsar ta' microchip fil-klieb daħlitx fis-seħħ? Jekk fl-affermattiv, min hu responsabbli għall-infurzar ta' dawn ir-regolamenti? Kemm hu n-numru ta' klieb li ġew reġistrati sal-lum?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-regolament imsemmija daħlu fis-seħħ skont l-Avviż Legali 199 tal-2011 li kien ppubblikata fis-Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 18,752, 20 ta’ Mejju, 2011. Ir-resposabbiltajiet għat-twettieq ta’ dan l-Avviż huma definiti fl-istess Avviż.
Ninsab infurmat li sa nofsinhar tat-2 ta’ Ġunju li għaddiet kienu ġew reġistrati 343 kelb. Il-kampanja ta’ informazzjoni dwar l-obbligu tal-microchipping għadha fil-fażi iniżjali.

Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi — konsulenza minn kumpaniji ta' avukati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’mod separat il-kumpaniji ta' avukati li taw konsulenza lill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi matul is-sena 2010 ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 24516, inżid ukoll li matul l-istess sena ngħata servizz legali mill-kumpaniji u individwi kif ġej:
Borg Associates €236.00
Dr Anne Marie Bisazza €1.390.84
Jean Pierre Busuttil PL €232.96

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pubblikazzjoni "On-Site" li ġew ippubblikati s-sena l-oħra u din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kopja tal-pubblikazzjoni mitlub tal-passat tintsab ippubblikata fuq is-sit http://www.mrra.gov.mt/files/uploaded/files/Onsite%20Sajf%2009.pdf , filwaqt li ninfurmah li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar edizzjoni.

Jista' l-Ministru jikkonsidra li bħalma tingħata għajnuna għal min jistalla l-panelli fotovoltajiċi u s-solar water heaters, tistax tingħata għajnuna lil min iħaffer bir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan it-tip ta' għajnuna tingħata permezz tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali għal Malta 2007-2013 fejn bdiewa jew raħħala jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja sabiex jitħaffru bjar ġodda li jservu bħala ħażna għall-ilma tax-xita. Permezz ta' Miżura 121- "Immodernizzar ta' l-oqsma agrikoli", l-applikanti eligibbli jingħataw 50% tal-ispejjeż sa massimu ta’ 150,000 Ewro.
Fil-każ ta’ bjar għal binjiet, huwa l-obbligu bil-liġi tal-iżviluppatur li jara li jkun kemm ġiebja ta’ daqs skont l-arja tal-binja. Min-naħa l-oħra, ninfurmah li kull suġġeriment huwa nnotat iżda kull inċentiv jiġi diskuss u evlutat fil-qafas finanzjarju tal-gvern.

Jista' l-Ministru jgħid kull meta qed issir manutenzjoni ta' Ġnien Cottonera, Bormla?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Ministeru għandu gang ta’ ħaddiema allokati biex kontinwament jagħmlu xogħol ta’manutenzzjoni ġenerali u tindif f’dan il-ġnien. Xogħol ieħor ta’ manutenzzjoni li m’huwiex ta’ natura ġenerali u jirrikjedi snajja oħra jsir minn impjegati oħra fi ħdan dan il-Ministeru skont u meta jkun hemm il-ħtieġa.