Legislature:
Category:
Reset
Active:

Logħob tal-futbol – Biljetti mixtrija

Question

Jista' l-Minsitru jagħti rendikont tal-ammont totali ta' biljetti ta' logħbiet tal-futbol mixtrija mill-PBS mingħand il-UEFA bħala rights holder tal-kompetizzjonijiet tagħha f'dawn l-aħħar erba' staġuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS li l-istess PBS ma xtrat l-ebda biljetti mingħand il-UEFA jew terzi għall-kompetizzjonijiet imsemmija.

Logħob tal-futbol – Biljetti mixtrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il biljett inxtara għall-kompetizzjonijiet: a. UEFA Champions League staġuni 2019/2020, 2020/21, 2021/22, 2022/23 (inkluż il-finali kollha); b. UEFA Europa League staġuni 2019/2020, 2020/21, 2021/22, 2022/23 (inkluż il-finali kollha); u ċ. UEFA Europa Conference League 2021/22, 2022/23 (inkluż il-finali kollha)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS li l-istess PBS ma xtrat l-ebda biljetti mingħand il-UEFA jew terzi għall-kompetizzjonijiet imsemmija.

Logħob tal-futbol – Biljetti mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-PBS ma tagħmel ebda qligħ mill-biljetti ta' logħbiet tal-futbol mixtrija mingħand il-UEFA u li dawn jinbiegħu face value?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS, li l-istess PBS ma xtrat l-ebda biljetti mingħand il-UEFA jew terzi għal dawn il-kompetizzjonijiet.

Logħob tal-futbol – Biljetti mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jippubblika l-ismijiet tal-persuni kollha Maltin u barranin li xtraw biljetti ta' logħbiet tal-futbol mixtrija mill-PBS mingħand il-UEFA għall-istaġuni 2019/2020, 2020/21, 2021/22 u 2022/23 (inkluż il-finali kollha)?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS, li l-istess PBS ma xtrat l-ebda biljetti mingħand il-UEFA jew terzi għal dawn il-kompetizzjonijiet.

Logħob tal-futbol – Biljetti mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi skema jew proċedura biex il-pubbliku bħala tax payer ikun jista' jixtri biljetti ta' logħbiet tal-futbol mixtrija mill-PBS mingħand il-UEFA?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS, li l-istess PBS ma xtrat l-ebda biljetti mingħand il-UEFA jew terzi għal dawn il-kompetizzjonijiet.

Logħob tal-futbol – Biljetti mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema metodu jinxtraw il-biljetti ta' logħbiet tal-futbol mixtrija mill-PBS mingħand il-UEFA, jekk hux bil-credit card tal-kumpanija, credit card personali ta' xi uffiċjal fil-PBS, jew permezz ta' invoice li titħallas wara, minn min u kif titħallas din l-invoice?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS, li l-istess PBS ma xtrat l-ebda biljetti mingħand il-UEFA jew terzi għal dawn il-kompetizzjonijiet.

Rabat, Malta – Triq it-Tabija – Pannelli solari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14420 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid meta se tkun qed issir manutenzjoni fuq il-pannelli solari li jinsabu fuq bankina fi Triq it-Tabija, fir-Rabat, Malta, peress li ilhom xhur twal ma jaħdmux u anke peress li huma ta’ periklu minħabba li dawn jiżolqu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Ħal Mula kantuniera ma’ Triq Mamo - Miżuri ta’ traffic calming

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11993, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi informazzjoni ġdida rigward jekk u meta ser jitwaħħlu aktar traffic calming measures bħal mirja u tabelli li juru l-limitu ta’ veloċità, fi Triq Ħal Mula, kantuniera ma’ Triq Mamo, f’Ħaż-Żebbuġ minħabba sewqan eċċessiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ illi f’distanza ta’ anqas minn 50 metru, fejn speċifikament qed jiġi indikat f’din l-interpellanza, hemm sleeping policeman, directional sign bid-direzzjoni lejn il-Knisja Arċipretali, Stop Sign, u Slow impenġija mal-art. Intant infurmat ukoll mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ li stante li t-triq mhijiex dritta u fiha tidwir, minnha nnifisha ma tippermettix għal ċertu veloċità. Finalment infurmat li fl-opinjoni tal-Kunsill Lokali rispettiv il-miżuri ta' kontra s-sewqan eċċessiv qegħdin hemmhekk.

Raħal Ġdid — Librerija pubblika – Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Raħal Ġdid u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni tinsab mitluba fit-tabella t’hawn taħt. Lokalità Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023 Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023 Raħal Ġdid 150 € 1,481.92 441 Intant infurmat li l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ħal Tarxien — Librerija pubblika – Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Ħal Tarxien u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Lokalità Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023 Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023 Ħal Tarxien 171 € 894.26 169 Intant infurmat li l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Il-Fgura — Librerija pubblika – Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Fgura u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Lokalità Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023 Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023 Fgura 223 € 1,059.07 422 Intant infurmat li l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Iż-Żejtun — Librerija pubblika – Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika taż-Żejtun u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Lokalità Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023 Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023 Żejtun 134 € 1,022.39 121 Intant infurmat li l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Wied il-Għajn — Librerija pubblika – Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għall-librerija pubblika ta’ Wied-il-Għajn u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Lokalità Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023 Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023 Wied il-Għajn 164 € 872.15 224 Intant infurmat li l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Marsaxlokk — Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għall-librerija pubblika ta’ Marsaxlokk u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Lokalità Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023 Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023 Marsaxlokk 238 € 1,139.21 156 Intant infurmat li l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

San Pawl il-Baħar – Triq it-Tamar – Dawl adegwat

Question

Jista’ l-Ministru jara li fi Triq it-Tamar, San Pawl il Baħar, ikun hemm dawl adegwat matul it-triq kollha, hekk kif partijiet minn din it-triq jinsabu fi dlam ċappa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi Triq it-Tamar hija triq li fiha sar ħafna żvilupp ta’ bini ġdid fi żmien riċenti. Infurmat li l-Kunsill Lokali ħa ħsieb li fejn żvillupat, it-triq ġiet mgħammra b’dawl adegwat. Intant infurmat ukoll mill-istess Kunsill li fil-parti mudlama kien hemm dawl li minħabba żvilupp ta’ binja kbira dan kellu jinqala’. Madanakollu, infurmat li l-Kunsill qiegħed f’diskussjoni biex id-dawl jerġa' jiġi nstallat.

Ix-Xemxija — Heritage Malta - Roman Baths

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta, jew xi entità oħra li taqa' taħt il-Ministeru, għamlitx xi studju/rapport dwar ir-Roman Baths li hemm fix-Xemxija (qrib ta' fejn kien hemm l-ex Mistra Village Hotel) u dan biex l-inħawi jiġu protetti waqt ix-xogħol li qed isir fuq is-sit tal-ex Mistra Village Hotel? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tirrileva li ma hemmx evidenza li l-fdalijiet arkeoloġiċi riferuti fil-mistoqsija parlamentari huma ta’ banjijiet Rumani. Madanakollu, infurmat li x-xogħlijiet li qed isiru fis-sit tal-ekx Mistra Village Hotel, liema sit qiegħed f’distanza ta’ iktar minn 50 metru mis-sit imsemmi f’din l-interpellanza, huma koperti b’permess u qed jiġu sorveljati arkeoloġikament taħt id-direzzjoni tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.

Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali – Spezzjoni fuq sit f’San Pawl il-Baħar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali għamilx spezzjonijiet fuq xogħol li kien qed isir fi Triq San Publiju kantuniera ma' Triq San Franġisk, f’San Pawl il-Baħar? Jekk iva, jista’ jgħid xi nstab fuq il-post u x'kienu r-rakkomandazzjonijiet dwar is-sit inkwistjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali spezzjonat is-sit relattiv nhar is-6 ta’ Diċembru 2023 hekk kif ġiet notifikata bis-sejba. Infurmat ukoll li s-Sovrintendenza ltaqgħet mal-perit responsabbli mix-xogħlijiet u tat istruzzjonijiet sabiex il-feature jiġi investigat iktar u jkun jista’ jiġi determinat in-natura tiegħu biex b’hekk tittieħed deċiżjoni ta’ kif il-feature ikun jista’ jiġi inkorporat.

Kumitati tal-banda — Każini - Kuntratti ta’ kiri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14244, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-każini tal-banda li għalihom sar kuntratt tal-kiri wara li l-każin tas-soċjetà rispettiva, inxtara mill-Gvern? Jista' wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-kuntratti?

Response (BONNICI, OWEN)

Filwaqt li napprezza l-interess tal-Onor. Interpellant fis-suġġett inkwistjoni, wieħed irid jifhem li hemm proċess li għadu għaddej.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Fotografi jew vidjografi – Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista ta' kemm-il direct order għall-fotografi jew vidjografi inkarigati mill-Ministeru li ngħataw f'din l-aħħar sena u dan billi jipprovdi l-isem tal-kuntrattur, id-dati tal-inkarigu, l-attivitajiet li saru u kif ukoll l-ammonti mħallsa?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt sabiex it-tagħrif jinġabar.

L-Isla – ħruġ ta’ ilma fejn il-Każin tar-Regatta

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijet parlamentari 10683 u 11346 li oriġiniarjament saru lill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intraptiża fir-rigward ta’ skular ta’ ilma fil-Ponta tal-Isla, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jettieħdu l-passi neċessarji mill-awtoritajiet konċernati sabiex dan jieqaf?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Isla li dan l-ilma jIskula minn ġos-swar meta jkun hemm xi sadd fil-latrini tal-Gardjola minħabba traskuraġni ta’ xi individwi li jużaw dawn il-latrini. Intant infurmat mill-Kunsill Lokali rispettiv li meta jiġri hekk, il-Kunsill Lokali jqabbad in-nies biex ineħħi s-sadd sabiex l-ilma minn ġos-swar ma johroġx aktar.