Jista' l-Ministru jgħid kemm inħolqu impjiegi mill-ewwel ħames xhur tas-sena 2009 s'issa? F'liema setturi dawn kienu? Kemm minn dawn l-impjiegi kienu full-time u kemm kienu part-time?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar informazzjoni ppublikata mill-NSO hija dik ta’ Novembru 2008 u b’hekk ma’ tistax tingħata risposta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies għal courses fil-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ? Kemm minn dawn in-nies sabu xogħol relatat mal-kors li ħadu? X'età kellhom il-persuni li marru jieħdu l-kors mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jindika għal liema perjodu jeħtieġ din l-informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9487 u 9000 u jgħid kemm hemm fabbriki li bħalissa qed joperaw f’Għawdex? X’jipproduċu? Kemm iħaddmu nies? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm nies impjegati f’dawn il-fabbriki f’Mejju 2007 u 2008 separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jindika kemm hemm studenti mill-Iskejjel Speċjali li se jiġu trasferiti fl-Adult Training Centres meta dawn jispiċċaw mill-iskola f'Lulju? Se jiġu ingaġġati aktar support workers biex ix-xogħol fiċ-Ċentri jimxi kif suppost? Jekk se jidħlu studenti ġodda, x'tip ta' transizzjoni saret mill-Aġenzija Sapport biex dawn l-istudenti jintegraw ruħhom b'mod professjonali?
Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali — Quality Service Charters
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 25966 tal-5 ta' Mejju 2007, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, għandhiex issa l-Quality Services Charters għal kull servizz li hija responsabbli tiegħu? Jekk le, jista' jgħid għaliex qed ikun hemm dan id-dewmien kollu li huwa ta' detriment kbir għall-benefiċċjarji ta' dawn is-servizzi?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali, bħala parti mill-process li tfassal Quality Service Charter għas-Servizzi tagħha, qegħda tieħu dawn il-miżuri li huma li jiġu ‘reviewed’ u finaliżati fil Procedures Manuals rispettivi ta’ kull servizz. F’dan il-proċess il-Fondazzjoni qegħda tevalwa wkoll minn liema servizzi ta’ l-Aġenzija APPOĠĠ għandha tibda tfassal il-Quality Service Charter, minħabba li l-Agenzija toffri madwar 30 servizz differenti. Dan sabiex jiġi assigurat li r-riżorsi disponibbli jintużaw bl-aktar mod effettiv għall-ġid tal-klijent. Madankollu tajjeb li wieħed isemmi li gie mfassal dokument biex jinghata lil klijenti dwar id-drittijiet taghhom. Dan fil-fatt qiegħed fl-aħħar fażi u qed jiġi zviluppat kodiċi ta' kondotta bhala parti minn dan il-proċess.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9494 u 9125 u jagħti n-numru ta’ persuni, irġiel u nisa separatament, li mietu direttament jew indirettament minħabba t-tipjip fl-ewwel ħames xhur ta’din is-sena? Kemm mietu fl-2008?
Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali — rwolijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9493 u 9008 u jgħid x'inhuwa r-rwol tal-Kummissjoni Nazzjonali għas-Saħħa Mentali? Min huma l-membri ta' din il-Kummissjoni? X'attivitajiet wettqet matul is-sena l-oħra? Kemm għandha fondi allokati biex twettaq l-attivitajiet tagħha?
Ministeru għall-Politika Soċjali — Bini ta' websites
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dekasteru tiegħu, d-dipartimenti, l-entitatjiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu għamlux użu minn kumpanniji privati jew soċjetajiet kummerċjali sabiex jinbnew websites matul din l-aħħar sena? Min kienu l-magħżula? X'kienet l-ispiża? Inħarġet sejħa għall-offerti?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar taħt liema kategoriji ta' mard, jew kundizzjoni tas-saħħa huma meqjusa li jinqasmu fihom il-każi ta' mewt f'Malta, skond dawn il-kategoriji kif maqsuma fid-Diviżjoni tas-Saħħa? Kemm kienu l-imwiet f'kull waħda minn dawn il-kategoriji matul l-2008?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma d-djar tal-anzjani tal-privat jew amministrati mill-privat, li għandna f'pajjiżna? X'tip ta' arranġamenti saru biex dawk l-anzjani residenti fihom marru jivvutaw fl-aħħar elezzjoni għall-Parlament Ewropew, u fejn kien il-każ, fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali?
Jista' l-Ministru jiddikjara għaliex l-Employment Commission imwaqqfa taħt il-Kostituzzjoni biex tħares lill-ħaddiema tal-Gvern kontra abbużi ta' diskriminazzjoni politika mhijiex komposta? Jaf li dan kollu wassal biex il-kawżi kollha li kien hemm quddiem l-Employment Commission ġew tronkati intempestivament? Jaħseb li dan fih innifsu huwa inaċċetabbli f'soċjetà demokratika fejn suppost flimkien kollox possibbli? Għaliex l-Employment Commission mhijiex komposta? Jekk hi kwistjoni ta' appuntar ta' membri, għaliex ma sarx kollox minn qabel biex din iċ-ċirkostanza tant infeliċi ma tavverrax ruħha? Kemm ġew differiti seduti minħabba n-nuqqas ta' kompożizzjoni? X'se jagħmel biex illum qabel għada l-Employment Commission terġa' tkun komposta skont ma trid il-Kostituzzjoni? Kemm ġew deċiżi kważi quddiem l-Employment Commission bejn l-1998 sal-lum? Kemm minnhom kienu favur r-rikorrent u kemm minnhom inqatgħu kontra r-rikorrent?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi t-Tweġiba tiegħu lill-Ministru konċernat.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — Regolamenti tal-maternità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru lmenti lill-Awtorità dwar is-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol in konnesjoni ma' ksur ta ' regolamenti dwar il-protezzjoni tal-maternità fuq il-post tax-xogħol f'dawn l-aħħar disa snin minn meta gie promulgat l-avviż legali relattiv?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Awtorita irċeviet ilment wieħed biss, iżda irċeviet diversi talbiet għal informazzjoni minn diversi ‘pregnant women’ dwar id-drittijiet tagħhom. Dawn it-talbiet imorru lura mis-sena 2002 minn meta twaqfet l-istess Awtorita’.
Ħal Qormi — Ta' Parscarella Housing Estate - lifts
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dewmien fuq il-bini tal-lift fil-blokk tal-flats li hemm f'Ta' Pascarella Housing Estate f'Ħal Qormi? Jista' jgħid meta dan ix-xogħol se jitkompla u jitlesta?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9560, jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm kienu l-persuni li rċevew l-għajnuna supplimentari msemmija? Minn liema lokalitajiet kienu? Kemm kien l-ammont imħallas kull sena?
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9563 u cioè għat-tabella A imqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' l-Ministru jgħid l-applikazzjonijiet imsemmija, minn liema lokalitajiet daħlu?
Awtorità tad-Djar — Post tal-Gvern mhux f'kundizzjoni tajba
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se tieħu l-Awtorità tad-Djar biex post tal-Gvern, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li mhux f'kundizzjoni tajba u ta' periklu għall-inkwilini jiġi rranġat qabel ma jseħħ xi inċident?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ diġa ħadet il-passi ta’ prevenzjoni meħtieġa permezz li intrifed is-saqaf perikoluż fil-post imsemmi. Sadanittant tlestew tenders għat-tiswija ta’ diversi soqfa u għandha tinħareġ is-sejħa għall offerti fil-ġranet li ġejjin
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ser tieħu l-Awtorità tad-Djar biex il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'post tal-Gvern tibda tħallas kera ġusta minħabba li qed tallega li qed tħallas ħafna?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din is-sena l-persuna in kwistjoni kellhu r-reviżjoni tal-kera li ssir kull sentejn. Skond id-dokumenti li ssottometti, huwa għas-sentejn li ġejjin ser jikkwalifika għall-70% tal-kera kummerċjali. Id-dħul tiegħu kien ta’ ftit inqas minn € 12,000. Skond id-dħul tiegħu l-kera sussidjata li huwa ntalab li jħallas għas-sentejn li ġejjin hija ta’ € 717 fis-sena li hija 6% tad-dħul tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jmorru l-Housing Inspectors għal spezzjoni fil-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni ta’ l-persuna in kwestjoni qegħda bħalissa magħluqa peress li din ħarġet mill-post fejn applikat minnu u ma informatx lill-Awtorita’ tad-Djar.
F’każ li din il-persuna għada interessata fl-post alternattiv hija mitluba tiġi l-Awtorita’ tad-Djar sabiex temenda l-applikazzjoni tagħha.
Ministeru għall-Politika Soċjali — Ħaddiema li għalqu l-età tal-irtirar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fid-dekasteru li hu responsabbli għalih, li għalqu l-età tal-irtirar? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? F'liema settur qed jaħdmu?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni dwar id-Dipartiment tas-Saħħa għada qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9483 u 8993 u jara li ssir xi ħaġa biex fl-Isptar Mater Dei ma jibqax ikun hemm kjuwijiet biex jinġabru l-mediċini waqt il-ħin stipulat kif ukoll biex jinġabru wara l-ħin? Jaf li jkun hemm anzjani li jkollhom joqogħdu bil-wieqfa għal żmien twil minħabba f’hekk?