Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta u Għawdex — Persuni li nqabdu bid-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdu persuni bid-droga f’Malta u Għawdex matul l-2022, 2023 u 2024, maqsuma skont il-lokalità u t-tip ta' droga?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fl-2022 inqabdu 169 persuna bid-droga, fl-2023 inqabdu 205, u fl-2024 inqabdu 241. Il-lokalitajiet huma Valletta, Floriana, Ħamrun, Marsa, Santa Venera, Paola, Bormla, Ħal Għaxaq, Gudja, Qormi, Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, San Ġiljan, San Ġwann, Naxxar, l-Imġarr Malta, l-Imtarfa, Rabat, San Pawl il-Baħar, Nadur, Żebbuġ Għawdex, l-Ajruport ta’ Malta, Sliema, Pietà, Fgura, Ħal Luqa, Marsaskala, Xgħajra, Ħaż-Żabbar, Żejtun, Birżebbuġa, Ħal Far, Gżira, Għajnsielem, Xagħra, Victoria Għawdex, Ta’ Xbiex, Marsaxlokk, Xlendi, Mellieħa u l-Imsida, u d-droga hija Kannabis, droga sintetika, Ecstasy, MDMA, Eroina, Kokaina, Kannabis sintetika, ħaxixa tal-kannabis, pjanti tal-kannabis, sustanza ħadra, Kristalli, ISD, sustanza bajda, sustanza kannella, Ketamine, Amphetamine, sustanza psikotropika u pirmli.

Żgħażagħ taħt is-17-il sena li nqabdu bid-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ taħt l-età ta' 17-il sena li nqabdu bid-droga matul l-2022, 2023 u 2024, maqsuma skont kull lokalità f’Malta u f’Għawdex u t-tip ta' droga?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li kien hemm tlieta u għoxrin żagħżugħ/a taħt l-età ta' 17-il sena li nqabdu bid-droga. Il-lokalitàjiet huma Valletta, Santa Venera, Fgura, Pembroke, Marsa, Paola, Marsaskala, Ħal Għaxaq, iż-Żebbuġ Għawdex, Victoria Għawdex, il-Ħamrun u Bormla u t-tip ta' droga huma kannabis, MDMA, ħaxixa tal-kannabis, ħaxixa sintetika u kokaina.

Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi — Skrivani tal-Parole

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Skrivani tal-Parole ai termini tal-Kapitolu 516 dwar il-Ġustizzja Riparatriċi matul is-sena 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li matul is-sena 2024 kien hemm skrivan tal-parole taħt it-termini tal-Kapitolu 516 dwar il-Ġustizzja Riparatriċi.

Bord tal-Parole — Rapport annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapport annwali mill-Bord tal-Parole ġiex ippreżentat skont is-sub-artikolu 4 tal-artikolu 9 tal-Liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi fis-sena 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li r-rapport annwali għas-sena 2024 ser jiġi preżentat sal-għeluq tal-ewwel kwart tas-sena.

Ġustizzja Riparatriċi — Rapport annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapport annwali tal-Bord tal-Parole għaddiex għandu skont is-sub-artikolu 3 tal-artikolu 9 tal-Liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi fis-sena 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li r-rapport annwali għas-sena 2024 ser jiġi preżentat sal-għeluq tal-ewwel kwart tas-sena.

Ligi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi — Parole Dossiers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreparati Parole Dossiers ai termini tal-Liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi matul is-sena 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li matul is-sena 2024 ġew ippreparati 52 dossier. Minn dawn, tlieta ġew ippreparati skont it-termini tal-artikolu 11(8) tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi, filwaqt li wieħed minnhom kien irtirat fl-aħħar stadju tal-proċess.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Xiri ta’ karozzi ġodda — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjon qed tinġabar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Direct Orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 sat-8 ta’ Jannar 2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Baġit allokat u infiq għall-PR

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-baġit allokat u l-infiq għall-PR tal-Ministeru mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-informazzjoni dwar l-allokazzjoni ta’ budget għall-PR huwa parti mill-Line Item rispettiv fl-estimi tal-budget li ngħatat kopja tagħhom u tpoġġew ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Nefqa fuq fjuri għal funerali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12043 u 18983 u jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21833.

Twelid ta’ trabi – Ġenituri barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi f’Malta u Għawdex minn persuni barranin maqsuma xahar b'xahar minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta ġew reġistrati minuri hekk kif ġej fejn il-ġenituri mhumiex Maltin: Frar - 96 Marzu - 92 April - 97 Mejju - 98 Ġunju - 96 Lulju - 107 Awwissu - 121 Settembru - 112 Ottubru - 91 Novembru - 90 Diċembru - 25

Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ħadimx il-kampanja elettorali tiegħu għall-Kunsilli Lokali mill-uffiċċju li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħataw separatament u jekk użax il-laptop tax-xogħol għall-istess kampanja elettorali?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat mill-Aġenzija li ma għandiex informazzjoni li jirriżulta dak allegat. Kull allegazzjoni tkun investigata.

Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qabbadx ħaddiema mill-uffiċċju li d-dettalji tiegħu wkoll qed jingħataw separatament biex iqassmu leaflets politiċi tiegħu ġewwa t-toroq tax-Xgħajra qabel l-elezzjoni ta’ Ġunju 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat mill-Aġenzija li ma għandiex informazzjoni li jirriżulta dak allegat. Kull allegazzjoni tkun investigata.

Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm rapporti ta’ bullying u harassment li qed jeżerċita l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fuq il-ħaddiema fl-uffiċċju li d-dettalji tiegħu wkoll qed jingħataw separatament u jgħid jekk itteħdux passi dixxiplinarji fil-konfront tiegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat mill-Aġenzija li ma ġewx sottomessi rapporti kif mistoqsi.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Diċembru 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24096.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Sponsorships u donazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba. Dawn l-isponsorships u donazzjonijiet issarrfu mill-ħaddiema li ngħataw aktar taħriġ, mill-komunitajiet li qegħdin igawdu mill-proġetti li twettqu u f’inizjattivi sostenibbli, fost oħrajn.

Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21100 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kemm għad hemm ċitazzjonijiet li ngħataw lill-vetturi f'dawn l-aħħar għaxar snin, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, li għadhom pendenti, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm hu t-total ta' flus li għadhom iridu jinġabru u x'ser jagħmel il-Gvern biex jara li dawn iċ-ċitazzjonijiet jitħallsu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li mill-2013 sal-2023 kien hemm 3,583,847 taħrika valida, li jammontaw għal €133,811,122.81 li minnhom tħallsu 3,287,066 b’valur ta’ €116,187,254.06. It-tabella b’din l-informazzjoni qegħda titpoġġa wkoll fuq il-mejda tal-kamra. Il-LESA mhux biss għaddejja b’ħidma biex dawn il-fondi jinġabru, iżda anke ħarġet 241 mandat ta’ sekwestru mill-2022 b’valur totali ta’ €4,711,563.59, li bihom saħansitra qed tirkupra fondi li ilhom dovuti sa mill-2002. L-ammonti dovuti jinkludi wkoll każijiet fejn il-proċess legali għadu għaddej.

Sistema tal-PDA – Kontravenzjonijiet b'rabta mat-teħid tal-kannabis fil-pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mis-sistema tal-PDA (Personal Digital Assistant) il-pulizija tistax toħroġ kontravenzjonijiet, b'rabta mat-teħid tal-kannabis fil-pubbliku? Jista’ jgħid ukoll jekk il-kontravenzjoni msemmija hijiex fil-lista ta' kontravenzjoni li jistgħu jinħarġu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija b’rabta mat-teħid tal-kannabis fil-pubbliku toħroġ kontravenzjonijiet b’mod konvenzjonali.

Raħal Ġdid — Rapporti ta’ ġlied u aggressjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fuq rapporti li saru reċentement ta’ ġlied u aggressjoni varji f’Raħal Ġdid u dan kif ġew debitament rappurtati matul dawn il-ġimgħat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li bħal ma tagħmel dejjem, il-Pulizija tinvestiga r-rapporti kollha, u tieħu azzjoni skont il-liġi.

Kuntratti ta’ żwieġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni kkontrattaw żwieġ f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hekk kif registrati, tinsab fit-tabelli t'hawn taħt: Year No. of Marriages Registered Gozo 2022 189 2023 208 2024 177 Year No. of Marriages Registered Malta 2022 2,249 2023 2,034 2024 1,994