Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn anzjani li għandhom proprjetà u flus f’bank (isem tal-bank qed jingħata separatament) ma jistgħux jieħdu bridge loan, biex jistgħu jixtru proprjetà sakemm ibiegħu proprjetà oħra? Jista’ jgħid ukoll jekk bridge loans spiċċawx?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bank imsemmi hu kumpanija privata u għalhekk m’għandix mezz kif inkun naf ir-risposta għad-domanda li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu tenders permezz ta' ‘Accelerated Open Procedure' sena b'sena u xahar b’xahar min-Jannar 2019 sal-lum? F’kull każ, min ħa d-deċiżjoni u x' kienet ir-raġuni li ħarġu b’dan il-mod? Kemm kien il-valur ta' kull tender? Jista' jgħid taħt liema Ministeru, entità, aġenzija, awtorità ħarġu dawn it-tenders u fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-każijiet kollha d-deċiżjoni tkun ittieħdet mill-Awtorità Kontraenti minħabba raġuni ta’ urġenza.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn l-Air Malta qed tikri ajruplani tat-tip Airbus 320neo b’rata ta’ iktar minn €300,000 kull xahar, meta ajruplan tat-tip Airbus 320 jista’ jinkera b’rata li hija viċin in-nofs dak l-ammont kull xahar? Jista’ jgħid x’wassal biex id-deċiżjoni tkun li jiġu leased ajruplani tat-tip Airbus 320neo u mhux Airbus 320?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Air Malta tikri l-ajruplani tagħha minn għand Lessors internazzjonlli u rinomati b’rati skond is-suq, fejn għandha wkoll il-pjan li tibdel l- A320s antiki li hija topera fil-preżent. L-Air Malta għandha konferma minn ditta ewlenija ta’ verifika li ir-rati tal-kirijiet tal-ajruplani il-ġodda huma kollha skond is-suq.
A320 NEOs huma ajruplani ħafna aktar effiċjenti, jaħlu anqas fuel, kif ukoll għandhom vantaġġi fejn il-magni jagħmlu ħafna inqas ħoss meta joperaw. Dan iffiser li l-Air Malta tħallas ħafna inqas fuq noise charge kull meta tinżel f’ajruport. Dan il-proċess kollu jgħejn lil-Kumpanija biex iżżid l-effiċċjenza fl-operat tagħha.
B'referenza għat-tender CT2108/2021 - 'Services Tender for the Administration of the Community Work Scheme including Training Services', jista’ l-Ministru jgħid minn min huma ffurmati ż-żewġ Consortium (isem il-kumpaniji, jew persuni) li ssottomettew (ibbidjaw) għal din l-imsemmija tender?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. interpellant li din ta’ hawn taħt hija l-kompozizzjoni tal-konsorzja li ssottomettew offerta għal-imsemmiha sejħa għal offerti:
1.
CWS Consort
a. District Operations Limited;
b. Community Work Scheme Enterprise Foundation.
2.
CW Scheme Consortium
a. EMCS Limited;
b. AX Group p.l.c.;
c. Konnekt Search and Selection Ltd.
B'referenza għat-tabella li ġiet ippreżentata mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20100, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-Kunsilli Lokali, skejjel, entitajiet pubbliċi u għaqdiet voluntarji kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, li magħhom huma assenjati l-ħaddiema tal-Iskema tal-Komunità peress illi l-informazzjoni mogħtija s'issa hija ġenerika wisq?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux aċċettabbli għall-Gvern li f’dawn l-aħħar jumejn il-klijenti tal-BOV fl-Imqabba, Żurrieq u Siġġiewi, speċjalment dawk pensjonanti u anzjani, iltaqgħu ma’ diffikultajiet serji meta ġew biex isarrfu l-pensjoni jew jirtiraw flus mill-kontijiet tagħhom f’dawn il-fergħat peress li ġew infurmati li ma setgħux jagħtuhom flus kontanti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Il-BOV hija kumpanija privata u għalhekk m’għandix mezz kif inkun naf ir-risposta għad-domanda li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant.
Persuni b'nuqqas ta' Saħħa mentali li għandhom impjieg
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali, skont l-informazzjoni tal-Jobsplus, li qed jaħdmu fuq bażi full-time kif ukoll fuq bażi part-time? X’tip ta’ xogħol qed iwettqu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, in-numru ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jaħdmu full-time huma 366, filwaqt li 141 jaħdmu part-time.
L-aħħar ċifri maħduma huma t’April 2021.
Dawn il-persuni jwettqu xogħol bħala:
Armed Forces
Managers
Professionals
Technicians & Associate Professionals
Clerks & support workers
Services & sales workers
Skilled Agricultural, Fishery & Forestry workers
Craft & related trades workers
Plant/Machine Operators & assemblers
Elementary Occupations
Jobsplus: Ħaddiema barranin li għandhom il-paga minima
Question
Tista’ l-Ministru tindika kemm huwa n-numru ta’ ħaddiema barranin li qed jaħdmu f’pajjiżna? Kemm huwa n-numru minn dawn il-ħaddiema li għandhom il-paga minima?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus in-numru ta’ ħaddiema barranin li qed jaħdmu f’pajji¿na sal-aħħar ta’ Ottubru 2020 huwa ta’ 70,024.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Jobsplus ma jkolliex informazzjoni dwar il-paga tal-ħaddiema.
L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Ottubru 2020.
Ħaddiema barranin li qed jaħdmu mingħajr liċenzja tax-xogħol
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 18515, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ittieħdu[V1] kontra dawk l-2,308 persuna barranija li kienu qed jaħdmu hawn Malta mingħajr liċenzja tax-xogħol?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont it-termini tal-Att dwar ix-Xogħol u Taħriġ (Kapitlu 594) Jobsplus tista tieħu passi biss kontra min iħaddem u mhux il-ħaddiema.
L-2,308 persuna barranija li matul il-2020 nqabdu jaħdmu hawn Malta mingħajr liċenzja tax-xogħol kienu jaħdmu ma’ 255 ‘
employer
’ differenti.
130 ‘
employer
’ irregolarizzaw il-pozizzjoni tagħhom kif provdut mill-ligi u għalhekk 318 il- barrani issa qed jaħdmu regolarment.
12-il ‘
employer
’ tressqu l-Qorti mill-pulizija għax nstabu jaħdmu waqt spezzjoni konġunta bejn Jobsplus u l-Pulizija tal-Immigrazzjoni
Il-kumplament tal-employers ser jitressqu l-Qorti.
Crane Currency – ksur ta’ regoli ta’ State Aid – investigazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea — eżitu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fuq jekk kienx hemm ksur ta’ regoli ta’ State Aid fil-każ ta’ Crane Currency?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-mistoqsija parlamentari 20990.
MCA – applikazzjonijiet pendenti għall-installazzjoni antennas/appart simili
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Komunikazzjoni sabiex jiġu installati antennas/ jew apparat simili fuq residenzi privati fil-lokalità tal-Mellieħa, liema talbiet/applikazzjonijiet saru minn kumpaniji privati li joffru servizzi tat-telefonija ċellulari? Jista’ jgħid f’liema toroq dawn ir-residenzi jinsabu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — karozzi mixtrija/mikrija
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21506, fejn intqal li l-Ministru m'għandhux karozza ministerjali, jista' l-Ministru jgħid x'karozza qiegħed juża biex jaqdi d-dmirijiet Ministerjali tiegħu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed nagħmel uzu mill-karozza privata tiegħi mingħajr ma nieħu ebda forma ta’ kumpens jew allowance ta’ dan.
Il-Mellieħa – permess validu mill-MCA – antennas/apparat simili
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm antennas/jew apparat simili b'permess validu mill-Awtorità tal-Komunikazzjoni (MCA) fuq residenzi privati fil-lokalità tal-Mellieħa, liema apparat ġie installat minn kumpaniji privati li joffru servizzi tat-telefonija ċellulari f’pajjiżna? Jista’ jgħid f’liema toroq dawn jinsabu installati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21305 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jikkonferma dak li qed jinstema' mill-ħaddiema kkonċernati jekk it-Taqsima tal-Passenger Handling tal-Air Malta hix se tiġi outsourced? Jekk iva x’se jiġri mill-ħaddiema ta’ din it-Taqsima?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea għall-għoti ta’ state aid għadhom għaddejin, għaldaqstant mhux propizju li jingħataw tweġibiet qabel l-għeluq ta’ dawn in-negozjati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21417 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux veru li fl-Air Malta hemm settur ta’ ħaddiema li sal-lum mhumiex jitħallsu l-paga bażika tagħhom? Jekk hu veru, għaliex intgħażel dan is-settur? U x’qed isir sabiex dawn il-ħaddiema jibdew jitħallsu l-paga bażika mill-aktar fis?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sezzjonijiet differenti tal-Air Malta jiġu mħallsa skond il-ftehim kollettivi viġenti.
Minkejja li hemm sezzjonijiet li mhux qed jilħqu il-paga bazika minħabba tnaqqis kbir fl-operat tal-kumpanija, dawn xorta għandhom garanzija ta’ social pay ta’ €1,200 fix-xahar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-reġistru li joqogħdu fis-seba’ distrett elettorali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-infomazzjoni li għandha Jobsplus hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ persuni, li huma residenti fis-seba’ distrett elettorali u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-reġistru fl-aħħar t’ April 2021.
Lokalità
April 2021
ĦAD-DINGLI
13
ĦAZ-ZEBBUĠ
29
IR-RABAT
37
TAL-VIRTU
2
L-IMĠARR
13
Il-BAĦRIJA
5
L-IMTARFA
10
Total
109
L-aħħar ċifri ppublikati huma t’April 2021.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-reġistru li joqogħdu fil-11-il distrett elettorali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-infomazzjoni li għandha Jobsplus, hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ persuni, li huma residenti fil-ħdax-il distrett elettorali u li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-Ewwel Parti tar-reġistru fl-aħħar t’April 2021.
Lokalità
April 2021
Ħ'ATTARD
35
BURMARRAD
4
IL-MOSTA
63
L-IMDINA
1
Total
103
L-aħħar ċifri ppublikati huma t’ April 2021.