Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15996 u jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu imsemmi hemm Ex-Deputat tal-Gvern fuq il-Board of Administrators tal-MFWS. L-istatut ta’ dan il-Bord jitlob li jkun hemm 2 Membri Parlamentari fuq il-Kunsill, wieħed minn naħa tal-Gvern u wieħed minn naħa tal-Oppozizzjoni,
Bħala rapprezentant tal-Gvern hemm Dr. Justyne Caruana, li ilha membru mis-sena 2019.
Bħala rapprezentant tal-Oppożizzjoni kien hemm is-Sur Claudio Grech. Fil-prezent il-post tar-rapprezentant tal-Oppożizzjoni huwa vakanti, u r-rapprezentant il-ġdid tal-Oppozizzjoni għadu ma ġiex identifikat.
Il-membri tal-Bord ma jieħdu ebda kumpens.
Bħala nominazzjonijiet għal fuq dan il-Kunsill tieħu ħsiebhom il-Fondazzjoni stess.
MFSA – Policy documents dwar persuni li huma meqjusa fit and proper
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy documents tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) relatati ma' kif jiġi deċiż jekk persuna tkunx għadha fit and proper jew le?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16817.
Jista' l-Ministru jgħid meta tlaqqa' l-Enforcement Decisions Committee tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) minn Marzu 2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Min kien preżenti f'dawn il-laqgħat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10748 u 11098.
Jista' l-Ministru jgħid jekk flus mill-multi li timponi l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) u li jitħallsu mis-subject persons, imorrux għand l-MFSA?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ħlasijiet ta’ multi mposti u miġbura mill-Awtorità jidħlu fil-kont tal-Awtorità.
L-Awtorità tirraporta id-dħul kollu miġbur minnha lil Ministeru għall-Finanzi perjodikament kif mitlub minnha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vacancy kien hemm fl-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA), kull sena, mill-2020 sal-2023 u xi gradi kienu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella hawn taħt:
Grad2020202120222023
10100
20000
33362
47475
514162217
617222216
733322427
815172517
96315
101100
110000
121100
Total9710010789
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji d-Dwana toħroġ permess ta' liċenzja ta' "burdnar" skont id-definizzjoni f'Kapitlu 203 tal-Liġijiet ta' Malta, artiklu 2 u artiklu 3(1)? Jista' jgħid ukoll kif wieħed jista' japplika għal tali liċenzja?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-aċċess għal zoni restritti u mgħassa mid-Dwana jissemmew fl-Ewwel Skeda tal-L.S 37.05 (Regolamenti tad-Dwana).
Sabiex wieħed jaċċessa dawn it-toroq u zoni wieħed irid ikollu permess ta’ burdnar tad-Dwana, u ħadd ma jista’ jagħmilha ta’ burdnar ħlief b’permess tad-Dwana u skont permess mogħti mid-Dwana. In vista tal-fatt li z-zoni konċernati huma zoni restritti, in-numru ta’ permessi tad-Dwana huwa limitat b’numerus clausus. Dan in-numru huwa limitat għal mija u tlettax (113).
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14051 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u jgħid kemm kien hemm impjegati li għamlu l-ilment tagħhom mad-Dipartment għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi (DIER)? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti kienu ġejjin minn persuni ta’ pajjiżi terzi u liema huma l-iktar ilmenti komuni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14592, 15000 u 15800 u jgħid x’inhu x-xogħol ta' restawr li mistenni jsir fil-Palazz ta’ Selmun, fil-Mellieħa? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li dan ix-xogħol jibda u meta hu mistenni li jitlesta?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15307 u 15929 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9185, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender għal manutenzjoni estensiva tas-Selmun Palace Hotel fil-Mellieħa nħariġx? Jekk iva, jista' jagħti dettalji dwar dan it-tender u jekk dan ġiex aġġudikat? Jekk le, jista’ jgħid meta hu mistenni li jinħareg dan it-tender?
Selmun Palace Hotel – Pjan biex tiġi żviluppata mill-ġdid
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15308 u 15930 u jgħid x'inhu l-pjan tal-Gvern fir-rigward tas-Selmun Palace Hotel fil-Mellieħa, u jekk hemmx ħsieb li din il-binja tinbiegħ sabiex din tiġi żviluppata mill-ġdid?
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy documents tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) relatati ma' kif jiġi deċiż jekk persuna tkunx approved person jew le?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-assessjar tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) sabiex jiġi deċiż jekk individwu huwiex approvat jew le huwa iggvernat b’metodoloġija ta’ “fitness and properness”.
Kull min jixtieq jiġi approvat huwa rikjest li jtella’ “Personal Questionnaire” fuq il-portal tal-MFSA. Il-kriterji li wieħed irid jikkunsidra sabiex persuna għandhiex tkun approvata huma disponibbli fuq is-sit tal-Awtorità.
Il-Mellieħa — Selmun Palace Hotel – expression of interest/tender għal xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jwie[eb il-mistoqsija parlamentari 16250 u jgħid meta hu mistenni li tinħareġ expression of interest jew tender għax-xogħol fuq is-Selmun Palace Hotel, Mellieħa?
Żgħażagħ li telqu minn Malta għal raġunijiet ta’ studju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm żgħażagħ bejn l-età ta’ 18 u 30 sena telqu minn Malta għal raġunijiet ta’ studju mis-sena 2013 l’hawn u kemm minn dawn irritornaw lura?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-NSO m’għandiex reġistru jew sors amministrattiv li jagħti informazzjoni dwar żgħażagħ li telqu minn Malta għal raġunijiet ta’ studju.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Promozzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid:
• kemm hemm ħaddiema li ngħataw aktar minn promozzjoni waħda inkluż career progression minn Jannar 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari fil-Ministeru, awtoritajiet jew fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li hu responsabbli għalih;
• fejn kienu/qegħdin iservu dawn il-ħaddiema, il-kariga/grad li kienu/qegħdin jokkupaw, id-dati ta’ meta ġew promossi u/jew ħadu l-career progression, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ); u
• kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom u kemm kienu ż-żidiet fil-paga b’mod monetarju minn skala għal oħra? X’kienet id-data tal-ingaġġ minn meta bdew mal-istess Ministeru, entità jew awtorità u anke jekk biddlux l-awtorità, entità jew Ministeru meta saru l-promozzjonijiet u/jew career progression?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-promozzjonijiet li jingħataw u anke l-career progressions, huma kollha skont dak miktub fis-sectoral agreements, class agreements, u anke l-collective agreements tal-General Service Grades, liema agreements jinħarġu ma’ kull sejħa interna/esterna li toħroġ. Is-sejħiet huma dawk standard li jinkitbu u jiġu miftehma ċentralment.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex jiġi żgurat li l-Lotterija tal-VAT li tittella’ kull xahar tkun ġusta u trasparenti? Jista’ jgħid ukoll jekk qattx kien hemm abbużi fis-snin 2022 u 2023, u jekk dawn ġewx investigati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-lotterija imsemmija tittella’ taħt is-supervizjoni ta’ bord awtonomu imwaqqaf apposta li jinkludi r-rappre¿entant tan-Nutar tal-Gvern. Kull meta kien hemm xnigħat ta’ abbuż dawn ġew mistħarrġa u f’kull każ irriżulta li l-proċess kien trasparenti.
Proġetti u proprjetajiet bi status ta’ Special Designated Area
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ proġetti/proprjetajiet li għandhom l-istatus ta’ Special Designated Area (SDA) u jgħid meta ngħataw dan l-istatus?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi responses għal DAC 7 u jaqsam is-sottomissjonijiet skont liema NACE codes oriġinaw minnhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tliet entitajiet irreġistraw għal DAC 7. Tnejn mill-entitajiet irreġistraw bħala “Rental of any mode of transport” filwaqt li l-entità l-oħra irreġistrat bħala “The provision of personal services”.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta’ overtime nħadmet matul l-2022 u l-2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fil-formoli tal-Final Settlement System ma hemm l-ebda referenza għas-sigħat ta’ sahra maħduma għajr, għas-sigħat li jikkwalifikaw għar-rata speċjali ta’ 15%.
F’kull ċirkustanza oħra, is-sahra, hekk irrappurtata, tkun inkorporata fl-emolumenti grossi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabret taxxa minn “overtime”, maħduma bir-rati ta’ 15%, 25% u 35% maħduma matul l-2022 u l-2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fil-formoli tal-Final Settlement System ma hemm l-ebda referenza għal sahra maħduma għajr għal dik ta’ 15% li wieħed jista’ ikun eliġibbli għaliha skont kif stabbilit fil-liġi.
F’kull ċirkustanza oħra, is-sahra, hekk irrappurtata, tkun inkorporata fl-emolumenti grossi.
Ħaddiema full-time li jaqbżu l-€10,000 ta’ overtime
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema full-time li qabżu r-rata fissa tal-overtime ta’ 15% peress li qabżu l-€10,000 ta’ overtime u kemm taxxi nġabru fuq dan l-ammont addizzjonali (li jaqbeż l-€10,000)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fil-formoli tal-Final Settlement System ma hemm l-ebda referenza għal sahra maħduma għajr għal dik ta’ 15% li wieħed jista’ ikun eliġibbli għaliha skont kif stabbilit fil-liġi.
F’kull ċirkustanza oħra, is-sahra, hekk irrappurtata, tkun inkorporata fl-emolumenti grossi.