Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu xi kors ġewwa l-MCAST? Jista’ jgħid kemm minn dawn huma studenti full-time u kemm huma part-time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħalissa fl-MCAST hemm 6,491 student li qed jattendu għal kors full-time filwaqt li 1,049 qed jattendu kors part-time.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati studenti ġodda sabiex jattendu l-MCAST matul is-sena 2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti ġodda li ġew reġistrati fl-2017 (għas-sena akkademika 2017-18) kien ta’ 2,150 student ġdid minn total ta’ 6,638 student (Ottubru 2017).
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' korsijiet li jwasslu għal
Masters
offruti ġewwa l-MCAST?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-korsijiet li jwasslu għal Masters offruti ġewwa l-MCAST huma :
- MCAST MBA for the Small Business
- MCAST-Haaga Helia Master of Business Informatics
- Masters by Research
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' korsijiet li jwasslu għal Higher Diploma offruti ġewwa l-MCAST?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-korsijiet li jwasslu għal Higher Diploma offruti ġewwa l-MCAST huma:
MCAST Higher Diploma for Accounting Technicians (offrut ukoll fl-MCAST Gozo Campus)
MCAST Higher Diploma in Advanced Studies in the Early Years
MCAST Higher Diploma in Facilitating Inclusive Education (offrut ukoll fl-MCAST Gozo Campus)
MCAST Higher Diploma in Masonry Heritage Skills (Kapumastru)
MCAST Higher Diploma in Restoration of Wooden Artefacts
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie infurmat bir-riżenja jew bid-deċiżjoni li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ma jkomplix fil-kariga ta’ Principal u CEO tal-MCAST, u jgħid liema raġuni ngħatat għal din id-deċiżjoni, jekk inħarġitx sejħa għal Principal jew CEO u jekk iż-żewġ karigi humiex se jibqgħu jiġu moqdija minn persuna waħda jew le?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-kuntratt tal-Principal u CEO tal-MCAST skada f’Ottubru 2017. Inħarġet sejħa interna u esterna biex jimtela l-post vakanti ta’ Principal u CEO nhar l-10 ta’ Dicembru 2017.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-frott u l-ħaxix fl-iskejjel inbdietx għal din is-sena akkademika? Jekk bdiet jista’ jgħid jekk ingħatax kuntratt għal dan il-għan, jekk inbidlitx l-iskema u fiex tikkonsisti; u jekk ma nbdietx jista’ jgħid għalfejn u meta se tibda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li l-iskema msemmija għadha ma nbdietx fl-iskejjel kollha. Infakkar lill-Onor. interpellant illi ż-żewġ skemi li kien hemm sas-sena skolastika l-oħra (l-iSchool Fruit and Vegetable Scheme u l-iSchool Milk Scheme) jingħaqdu biex jiffurmaw in-'New School Scheme'. Għalkemm din l-iskema l-ġdida ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi, infurmat li hemm koperazzjoni bejn iż-żewġ Ministeri kkonċernati biex kollox isir taħt ir-regoli stabbiliti inkluż dawk tal-UE.
Jista’ l-Ministru jindika kemm inkitbu studenti fl-MCAST għal kull sena akkademika u kemm minnhom għaddew mill-istudji tagħhom bejn Ottubru tal-2012 u Lulju tal-2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tul tal-korsijiet offruti full-time fl-MCAST ivarjaw minn sena sa erba’ snin. Għalhekk il-figuri tal-gradwazzjonijiet murija fit-tabella hawn taħt m'għandhomx jiġu relatati direttament mas-sena akkademika rispettiva.
Sena Akkademika
Numru ta' studenti full-time
2012-13
6244
2013-14
6417
2014-15
6505
2015-16
6659
2016-17
6725
Is-Sena tal-Gradwazzjoni
Numru ta' studenti li temmew il-kors tagħhom b'suċċess
2013
2820
2014
2662
2015
2750
2016
2937
2017
2946
Jista’ l-Ministru jindika, kemm kien jimpjega ħaddiema l-MCAST fil-klassi akkademika fl-2012 u kemm jimpjega akkademiċi full-time llum?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li fl-2012 l-MCAST kellu complement ta’ 375 ħaddiem fil-klassi akkademika full-time filwaqt li fl-2018 l-MCAST għandu complement ta’ 439 ħaddiem fil-klassi akkademika full-time.
Jista’ l-Ministru jgħid sa mis-sena 2012 min kien jokkupa l-kariga ta’ Director General Curriculum, Research, Innovation and Lifelong; Director General Educational Services; Director General Quality and Standards in Education, u Director General Strategy & Support? Jista’ jindika għal kull tibdil jekk inħarġitx sejħa għal post li jkun sar vakanti, u jekk kien hemm bdil, kemm dam sabiex jimtela l-post bil-persuna magħżula?
Response (BARTOLO, EVARIST)
B'risposta għal din il-mistoqsija, ninsab infurmat kif ġej:
· Director General Curriculum, Research, Innovation and Lifelong Learning
Fis-sena 2012 din il-pożizzjoni ma kinitx teżisti. Fl-4 t’April 2017, Dr Frank Fabri beda jokkupa din il-pożizzjoni permezz ta’ lateral move mill-kariga li kien jokkupa, dik ta’ Director General (Operations) u baqa’ fil-kariga sa Ġunju 2017. Is-sejħa għall-post vakanti ħarġet fl-1 ta’ Settembru 2017 u nħatar is-Sur Stephen Cachia b’effett mit-12 ta’ Jannar 2018.
Bejn Ġunju 2017 u Jannar 2018 ħadd ma kien fil-kariga
· Director General Educational Services
Fis-sena 2012 din il-kariga kienet okkupata minn Ms Micheline Sciberras u baqgħet fil-kariga sa Diċembru 2013. Is-sejħa għall-post vakanti ħarġet fis-26 ta’ Lulju 2013 u fis-16 ta’ Diċembru 2013 inħatar is-Sur George Borg bħala Direttur Ġenerali (Educational Services) u dam fil-kariga sad-19 t’April 2017. Is-sejħa għall-post vakanti reġgħet ħarġet fit-28 ta’ Jannar 2016 u fl-20 t’April 2017 inħatret Ms M. Mc Namara u għadha sal-lum tokkupa din il-kariga.
· Director General Quality and Standards in Education
Fis-sena 2012 din il-kariga kienet okkupata mis-sinjura Grace Grima u baqgħet fil-kariga sa Diċembru 2013. Is-sejħa għall-post vakanti ħarġet fis-26 ta’ Lulju 2013 u fit-8 ta’ Mejju 2017 inħatar is-Sur Ian Mifsud bħala Direttur Ġenerali (Quality and Standards).
Bejn Diċembru 2013 u s-7 ta’ Mejju 2014 ħadd ma kien fil-kariga.
· Director General Strategy and Support
Fis-sena 2012 din il-pożizzjoni ma kinitx teżisti. Is-sejħa ħarġet fit-3 ta’ Frar 2017 u nħatret fil-kariga Ms Maria Galea b’effett mit-18 t’April 2017.
Jista’ l-Ministru jgħid lil min ħatar hu jew ippropona għal ħatra għal kwalunkwe pożizzjoni fl-Università ta’ Malta sa mis-sena 2013, x’kienet il-ħatra, kemm kien iż-żmien ta’ kull ħatra, jekk dawn il-ħatriet sarux wara sejħa pubblika jew interna, u x’inhu l-introjtu fi kwalunkwe forma marbut ma’ kull ħatra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qiegħed ngħaddi l-informazzjoni mitluba direttament lill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hu n-numru ta’ LSAs mal-Gvern u kemm kien fl-2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ LSAs mal-Gvern fl-2015 kien 2,029 filwaqt li fil-preżent hemm 2,380. Maqsumin skont in-nomenklatura, l-informazzjoni hija kif ġej:
Grad
2015
2018
LSA
11
5
LSA I
432
405
LSA II
662
810
SLSA
924
1160
TOTAL
2029
2380
Il-figuri tal-2015 huma meħuda skont id-database fi Frar 2015.
Università ta’ Malta – studenti reġistrati għal korsijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti reġistrati li qed jattendu xi kors l-Università ta' Malta? Jista’ jgħid kemm minn dawn huma studenti full-time u kemm huma part-time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-total ta’ studenti rreġistrati fl-Università ta’ Malta huwa ta’ 11,280 student. Dawn huma maqsuma skont il-mod ta’ attendenza kif ġej:
-
Full-t
ime
:
8,733 student
-
Part-t
ime
:
2,547 student
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati studenti ġodda ġewwa l-Università ta' Malta matul is-sena 2017? Jista’ jagħti din l-informazzjoni maqsuma skont il-fakultà li lilha huma assenjati?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numri ta’ studenti fl-Università ta’ Malta li bdew isegwu kors fis-sena akkademika 2017/18, skont il-fakultà, huma kif muri fit-tabella hawn taħt:
Fakultà / Istitut / Ċentru / Skola
Nisa
Rġiel
Total
Faculty of Arts
293
130
423
Faculty for the Built Environment
100
140
240
Faculty of Dental Surgery
44
9
53
Faculty of Economics, Management and Accountancy
303
273
576
Faculty of Education
249
39
288
Faculty of Engineering
25
88
113
Faculty of Health Sciences
267
97
364
Faculty of Information and Communication Technology
28
106
134
Faculty of Laws
219
135
354
Faculty of Media and Knowledge Sciences
59
42
101
Faculty of Medicine and Surgery
154
95
249
Faculty of Science
63
68
131
Faculty for Social Wellbeing
252
115
367
Faculty of Theology
29
24
53
Institute of Aerospace Technologies
13
13
Institute for Climate Change and Sustainable Development
3
1
4
Institute of Digital Games
2
12
14
Institute of Earth Systems
23
37
60
Edward de Bono Institute for the Design and Development of Thinking
10
10
20
Institute for European Studies
42
34
76
Institute for Sustainable Energy
1
5
6
Institute of Linguistics and Language Technology
4
4
8
Mediterranean Institute
2
2
Institute for Physical Education and Sport
18
24
42
Institute of Space Sciences and Astronomy
2
2
Institute for Tourism, Travel and Culture
17
15
32
Mediterranean Academy of Diplomatic Studies
17
21
38
School of Performing Arts
10
11
21
International School for Foundation Studies
36
42
78
Centre for English Language Proficiency
9
9
Centre for Entrepreneurship and Business Incubation
11
9
20
Euro-Mediterranean Centre for Educational Research
9
1
10
Total
2299
1602
3901
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu l-Ġ. F. Abela Junior College ġewwa l-Imsida?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti fis-sena akkademika 2017/2018 fil-Junior College huwa 1,059 fl-ewwel sena u 831 fit-tieni sena, b’total ta’ 1,890 student.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux kuntratt jew kuntratti ma’ provdituri tal-uniformijiet tat-tfal tal-Iskejjel tal-Gvern u jekk/meta jiskadi dan il-kuntratt jew kuntratti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol daħal f’kuntratt ma’ fornitur tal-uniformijiet fis-sena 2014 wara sejħa pubblika sabiex jingħata proposti dwar il-bejgħ tal-uniformijiet. Dan il-kuntratt jiskadi fl-2019.
Skejjel tal-Gvern u tal-Knisja – social workers — każijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il social worker huwa ngaġġat b’każijiet fl-iskejjel tal-Gvern u fl-iskejjel tal-Knisja? Kemm-il każ qegħdin isegwu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li hemm 21 social worker inkluża Senior Social Worker li jaħdmu fl-iskejjel tal-Gvern. Fil-preżent dawn qed isegwu 352 student tal-primarja u 390 student tas-sekondarja.
In-numru ta’ social workers li huma ingaġġati b’każijiet fl-iskejjel tal-Knisja huwa għaxra (10) u qiegħdin isegwu 208 każ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il lecturer huwa impjegat biex jgħallem fl-MCAST, u kemm-il lecturer huwa impjegat fuq bażi full-time, u fuq bażi part-time fil-livelli kollha li jippermettu li l-impjieg ikun part-time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħalissa l-MCAST qed jimpjega 668 lecturer li minnhom 439 huma fuq bażi full-time u 229 fuq bażi part-time.