Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25943, 26331 u 26480 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u kopja ta’ kull fattura/invoice u pagament li sar u li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25768, jista' l-Ministru jgħid xi jrid ifisser bi ‘grad’ u ‘seniority’? Jista' jispeċifika jekk hux jintgħażlu skont ir-ranking order jew il-‘grad’ u s-‘seniority’?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-ingaġġar ta' konsulenti mill-Ministeru tiegħu, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-konsulenzi; min kienu dawn il-konsulenti; xi kwalifiki għandhom; x'inhi l-kompetenza tagħhom u kemm tħallas kull konsulent għal kull servizz ta' konsulenza li ta? Jista’ jgħid ukoll dawn il-konsulenti kif ingħataw dan ix-xogħol, jekk hux permezz ta' direct order jew tender?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti huma ngaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-Università ta' Malta — Health and Wellness Centre - Lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-lista ta’ stennija tas-servizzi msemmija hawn taħt fi ħdan il-Health and Wellness Centre fl-Università ta' Malta:
a) Social Work;
b) Counselling Services;
ċ) Drug-related issues;
d) Mental Health Services;
e) Nutrition;
f) Sexual Health Clinic;
g) Tobacco Cessation Support;
h) Traditional Chinese medicine;
i) Student Solidarity Fund?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-uniku servizz li hemm bi stennija huwa ta’ 18-il student fil-Counselling Services.
L-Università ta' Malta — Health and Wellness Centre - Referrals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-iktar data antika ta' referral jew self-referral li għadhom pendenti għas-servizzi msemmija hawn taħt fi ħdan il-Health and Wellness Centre fl-Università ta' Malta:
a) Social Work;
b) Counselling Services;
ċ) Drug-related issues;
d) Mental Health Services;
e) Nutrition;
f) Sexual Health Clinic;
g) Tobacco Cessation Support; u
h) Traditional Chinese medicine?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24280, ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-iktar referral antik huwa datat 6 ta’ Frar 2025.
L-Università ta' Malta — Health and Wellness Centre
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti hux qed ikollhom jistennew ix-xhur qabel jarahom counsellor għall-ewwel darba fil-Health and Wellness Centre fl-Università ta' Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 24281.
L-Università ta' Malta — Health and Wellness Centre - Studenti li talbu l-għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-2024 li talbu l-għajnuna tal-Health and Wellness Centre fl-Università ta' Malta u kellhom ħsibijiet ta' suwiċidju?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-2024 kien hemm total ta’ 44 student li talbu għall-għajnuna tal-Health and Wellness Centre fl-Universita ta’ Malta.
L-Università ta' Malta — Health and Wellness Centre - Professjonisti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm professjonisti jaħdmu fil-Health and Wellness Centre fl-Università ta' Malta u liema huma dawn il-professjonisti? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm minn kull professjoni u jekk humiex full-time jew part-time?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Full Timers:
· 2 Social Workers
· 2 Psychotherapists
· 2 Psychologists
Part Timers:
· 5 Psychologists
· 5 Psychotherapists
· 5 Counsellors
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Ħaddiema part-time
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi part-time fil-Ministeru tiegħu u x'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-impjegati għandhom impjieg full-time xi mkien ieħor?
Abbozz ta' Att dwar l-Attivitajiet Spazjali — Konsultazzjoni pubblika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi rispons għall-konsultazzjoni pubblika intitolata ‘Abbozz ta' Att dwar l-Attivitajiet Spazjali’ li ġiet ippubblikata fis-27 ta’ Novembru 2024? Jekk kien hemm, jista’ jgħid minn min u x’kienu l-konklużjonijiet wara li saret din il-konsultazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva — Re-audit - Rapport
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25448, 25665 u 25876 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25105 dwar rapport tar-re-audit li ntalab lill-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u Edukazzjoni Inklużiva mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, dwar edukazzjoni inklużiva, jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jiġi ppubblikat dan ir-rapport?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li pajjiżi bħal Ġermanja u l-Awstrija mhux qed jirrikonoxxu kwalifiki akkreditati mill-Bord tal-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) u qed jirrikonoxxu biss dawk li huma akkreditati mis-Self Accrediting Institutions jiġifieri l-Università, l-MCAST u l-ITS?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Użu mill-faċilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26311 u jgħid jekk SportMalta u l-Imtarfa Drama Group għadhomx jagħmlu użu mill-faċilitajiet tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa, u jekk jirriżulta fin-negattiv, jgħid għalfejn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Skola Internazzjonali fl-Imtarfa — Livelli soċjali u ambjentali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26312 u jiċċara x’kienu l-livelli soċjali u ambjentali li l-proġett tal-Iskola Internazzjonali fl-Imtarfa kellu jikseb u sa meta kellhom jinkisbu? Jista’ jgħid ukoll jekk sal-ġurnata preżenti ntlaħqux il-livelli mixtieqa u jekk le, sa meta huma proġettati li jintlaħqu u kif jistgħu jiġu kwantifikati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-benefiċċji li joħorġu mill-Youth Advisory Forum (li beda fl-2024) u x’ser ikun it-terminu tal-Youth Advisory Forum il-ġdid?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
L-Università ta' Malta — Health and Wellness Centre
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li użaw is-servizz tal-Health and Wellness Centre fl-Università ta' Malta mill-2020, maqsuma għal kull sena u skont il-ġeneru?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mill-2020 s’issa kien hemm total ta’ 4,165 student li użaw is-servizz tal-Health and Wellness Centre fl-Università ta’ Malta.
L-Università ta' Malta — Health and Wellness Centre
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li użaw il-Health and Wellness Centre fl-Università ta' Malta, mill-2020, skont is-servizzi msemmija hawn taħt, maqsuma għal kull sena u skont il-ġeneru:
a) Social Work;
b) Counselling Services;
ċ) Drug-related issues;
d) Mental Health Services;
e) Nutrition;
f) Sexual Health Clinic;
g) Tobacco Cessation Support;
h) Traditional Chinese medicine; u
i) Student Solidarity Fund?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
a) Social Work - 235
b) Counselling Services – 2,807
ċ) Drug-related issues - 6
d) Mental Health Services - 250
e) Nutrition - 2
g) Tobacco Cessation Support - 2
L-Università ta' Malta — Health and Wellness Centre - Websajt
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-servizz tas-social work ma jidhirx fuq il-website tal-Health and Wellness Centre - Health & Wellness Centre - L-Università ta' Malta (aċċessata fl-4 ta’ Diċembru 2024)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li r-rwol tal-ħaddiem soċjali huwa wieħed integrat mal-kumplament tal-professjonisti li jaħdmu f’dan il-Unit f’orjentament multi-dixxiplinarju.
Għaldaqstant il-ħaddiema soċjali jiġu involuti ma’ kull klijent li għandu bżonn, anke jekk dan japplika għall-intervent psikologiku jew psikoterapewtiku. Viċe versa, ġieli persuna tapplika għas-student solidarity fund, jew għajnuna soċjali oħra bħal housing jew servizzi ta’ vjolenza domestika u tiġi riferuta għal interventi psikiloġiċi/psikoterapewtici għax il-ħaddiem soċjali jifhem li hemm dan il-bżonn. F’każijiet bħal dawn il-klijent/a jiġu riferuti lill-aġenziji esterni.
Għawdex — Skejjel tal-Gvern fil-livell primarju u kindergarten - Studenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ tfal li bħalissa qed jattendu l-iskejjel tal-Gvern fil-livell primarju u kindergarten f’Għawdex maqsuma skola skola u kemm minnhom huma barranin? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ tfal li bdew jattendu f’dawn l-iskejjel, fl-aħħar intake ta’ din is-sena u kemm minnhom huma barranin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-Kindergarten u primarji t’Għawdex hemm total ta’ 1,915-il student.