Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża li saret fis-sena skolastika 2007 - 2008 ta' kull ġurnata għal kull student li attenda skola primarja jew sekondarja fl-iskejjel ta' l-istat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ispiża ta’ kull ġurnata għal kull student li attenda skola primarja jew sekondarja fl-iskejjel ta’ l-istat kienet ta’ €17.93 u €19.90 għas-snin 2007 u 2008 rispettivament.
Tista’ l-Ministru tgħid x’faċilitajiet ġodda mistennija jitwaqqfu fl-MCAST f’Għawdex matul din is-sena? Kemm hija stmata l-ispiża għat-twaqqif ta’ dawn il-faċilitajiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kulleġġ ser iwaqqaf proġett ġdid fiċ-ċentru ta’ l-MCAST fix-Xewkija li jikkonsisti f’ Contact Centre Training b’għaxar Computer Stations li jistgħu jservu wkoll għall-Language Lab.
L-ispiża għat-twaqqif ta’ dawn il-faċilitajiet hija ta’ €119,417.00 (b’varjanza ta’ 3%) u tinkludi l-VAT.
Proġett ieħor huwa l-bini ta’
sub-station
b’valur tal-kuntratt ta’ €45,849.23 li jinkludi l-VAT.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura,Żgħażagħ u Sport — lista ta' konsulenti
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tagħha u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtha, għamlu użu minnhom matul is-sena 2008? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li fil-ġimgħat li ġejjin se jsiru l-korsijiet għal Learning Support Assistants li ser isiru f'Malta, u peress li hemm ħafna LSAs Għawdxin li jixtiequ jagħmlu dan il-kors, tista' l-Ministru tikkonsidra li jsir kors f'Għawdex bħalma ġieli saru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għadu kmieni wisq biex wieħed jiddetermina jekk jistax isir il-kors Għawdex peress li dan il-kors ser jattendu għalih Supply Learning Support Assistants skond is-seniority tagħhom.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għandux pjan li jwaqqaf mill-ġdid banda nazzjonali? Taħseb li banda nazzjonali jkollha rwol importanti f'pajjiżna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-preżent il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti qed jieħu diversi inizjattivi ġodda u innovattivi li huma aktar meħtieġa u ta’ prijorita’ kulturali għall-pajjiżna.
Jista’ jkun li t-twaqqif ta’ banda nazzjonali tkun ikkunsidrata fil-futur.
Tista' l-Ministru tgħid x'koperazzjoni u appoġġ qed isib l-Istitut għall-Istudji Turistiċi mill-industrija tat-turiżmu u vjaġġar f'pajjiżna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-industrija tat-turiżmu u vjaġġar tipprovdi l-opportunita’ għall-istudenti kollha ta’ l-Institute for Tourism Studies (ITS) li jagħmlu 14-il ġimgħa taħriġ imsejjaħ Local Industrial Trade Practice fl-industrija lokali fi tmiem l-ewwel sena tal-kors ta’ l-istudji tagħhom biex dak li jkunu jistgħu jwettquh fil-prattika.
Barra minn hekk l-ITS u l-Industrija tat-turiżmu u vjaġġar jaħdmu wkoll fil-qrib billi studenti li jkunu qed jitħarrġu fil-front of house u back of house jagħmlu l-prattika tagħhom matul is-sena akkademika dil-lukandi. L-istudenti tal-Management jagħmlu semestru sħiħ matul l-aħħar sena ta’ shadowing ta’ managers fl-industrija.
Minn żmien għal żmien uħud mill-managers fl-industrija jkunu mistiedna jagħtu lectures fl-ITS. Isiru wkoll laqgħat minn żmien għal żmien ma’ uffiċjali tal-Malta Hotels and Restaurants Assocition.
Istitut għall-Istudji Turistiċi — programm edukattiv vokazzjonali
Question
Tista' l-Ministru tgħid hemmx ħsieb li jerġa' jiġi organizzat programm edukattiv vokazzjonali mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi fuq il-linji ESF80 li kien suċċess?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) flimkien ma’ l-Eden Foundation ippreżenta proposta ta’ proġett li jixbaħ l-ESF 80 li jaħseb biex jingħata taħriġ bażiku lil persuni bi bżonnijiet speċjali fi snajja relatati ma’ l-industrija ta’ l-ospitalita’. Dan il-proġett għadu qed ikun evalwat.
Istitut għall-Istudji Turistiċi — proġett bi sħab edukattivi mal-fondazzjoni Eden u Razzet tal-Ħbieberija
Question
Tista' l-Ministru tgħid hemmx xi proġetti bi sħab, edukattivi, bejn l-Istitut għall-Istudji Turistiċi u l-Fondazzjoni Eden u r-Razzett tal-Ħbieberija għall-persuni b'diżabilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Institute for Tourism Studies (ITS) għadu kemm mexxa proġett ESF 80-Provision of basic training in Hospitality Trades to disadvantaged persons and persons with learning difficulties li permezz tiegħu ingħata taħriġ fid-diversi snajja konnessi ma’ l-industrija ta’ l-ospitalita’ lill-34 persuna fi tlett gruppi. Barra minn dan l-ITS ippreżenta proposta ta’ proġett simili flimkien ma’ Eden Foundation li għadu mhux aġġudikat.
Tista’ l-Ministru tgħid meta jiskadi l-kuntratt tas-Segretarju Permanenti attwali? Tista’ tgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan jiġi mġedded? Jekk fin-negattiv, min ser jinħatar minfloku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-Segretarju Permanenti tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, is-Sur Francis Borg, kellu l-kuntratt imġedded fis-26 ta’ Lulju 2008.
Minn-nhar is-27 ta’ Frar 2009, is–Sur Francis Borg sar Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Politika Soċjali, filwaqt li Dr.Christopher Bezzina nħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport.
Tikkonferma l-Ministru li dan l-aħħar kien hemm xi direttur li rriżenja jew inkella qal li se jagħmel dan minħabba raġunijiet diversi? Jekk fl-affermattiv, min huwa dan id-direttur u x’inhuma r-raġunijiet mogħtija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
M’għandi l-ebda informazzjoni li kien hemm Direttur li rriżenja jew li kien hemm Direttur li għandu l-intenzjoni li jirriżenja mill-kariga tiegħu minħabba xi raġuni jew oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jerġgħu joħorġu boroż ta' studju għal studenti li jridu jagħmlu PhD?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li bħalissa hi miftuħa skema ta’ boroż ta’ studju bl-isem ta’ Strategic Educational Pathways Scholarships (STEPS) li qegħda tilqa’ applikazzjonijiet ta’ boroż ta’ studju fi grad ta’ PhD. Din is-sejħa tagħlaq il-Ġimgħa, 6 ta’ Marzu, 2009.
L-iskema
Malta Government Scholarship Scheme
, għal dawn l-aħħar tlett snin kienet miftuħa lejn April/Mejju. Għal din is-sena, id-data tal-ftuħ ta’ din l-iskema se titħabbar aktar tard.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jsir ix-xogħol meħtieġ sabiex l-Imtarfa Boys' Secondary isir il-ground ta' turf li jkun jista' jintuża mill-Imtarfa Football Club u n-nursery ta' l-istess lokalità? Huwa mifhum li dawn il-clubs diġà ħallsu għall-ispiża ta' turf u l-ministeru kien mistenni li jagħmel ix-xogħol tal-konkos.
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li, skond il-ftehim iffirmat bejn id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-Imtarfa Football Club, il-Gvern għamel parti mill-art ta’ l-Iskola Sekondarja tas-Subien Sir Temi Zammit tal-Kulleġġ San Nikola aċċessibli għall-Club biex jinstalla fiha Jubilee UEFA Mini Pitch. Skond l-istess ftehim, il-Gvern m’għandu ebda obbligu li jagħmel xi xogħol konness ma dan it-tqegħid tal-pitch.
Kon-Katidral ta' San Ġwann — International Committee of Museums - fondazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ir-rapport imħejji mill-International Committee of Museums fuq il-proġett propost mill-fondazzjoni għall-Katidral ta' San Ġwann li jirrigwardja l-istess kon-katidral?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Fondazzjoni għall-Katidral ta’ San Ġwann ma taqax taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħi.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha jew id-Divizjoni tal-Edukazzjoni kenux infurmati minn Lasalle Business College tal-Imsida li b'seħħ immedjat kien se jwaqqaf il-programmi CIM fil-livelli Professional Postgraduate Diploma in Marketing, Strategic Marketing Decisions (Managing Marketing Performance) u Strategic Marketing in Practice għad-detriment tal-istudenti li kienu qed jagħmlu dawn il-programmi, partikolarment dawk li waslu biex jagħmlu l-eżamijiet? Jekk kien infurmat tista' tgħid ingħatax il-permess u tispjega kif l-istudenti li waslu għall-eżamijiet se jkunu mgħejuna joħorġu mis-sitwazzjoni inkwetanti li ddaħħlu fiha f'daqqa' waħda? Jekk le, x'passi se jittieħdu biex ikunu mħarsa l-interessi tal-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żagħżagħ u Sport, id-Direttorat tal-Kwalita' u Standards u d-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi ma kienux infurmati li l-programmi CIM fil-livelli Postgraduate Diploma in Marketing, Strategic Marketing Decisions (Managing Marketing Decisions) u Strategic Marketing In Practice ser jitwaqqfu. Il-Ministeru rrefera l-każ lid-Direttorat tal-Kwalita u Standards li ser jinvestiga l-każ sabiex jara x’passi jistgħu jittieħdu fl-aħjar interess ta’ l-istudenti.
Tista' l-Ministru tindika, referibbilment għas-sejħa tal-Kunsill Malti dwar il-Kultura u l-Arti għall-pożizzjonijiet ta' Artistic Directors li saret f'Novembru tas-sena l-oħra:
i. Kemm kienu meħtieġa Artistic Directors?
ii. Kemm applikaw?
iii. Kienx hemm time limit li fih setgħu japplikaw dawk kollha interessati fil-post ta' Artistic Directors?
iv. Kienx hemm time limit li fih kellhom jitħabbru r-riżultati tal-mili tal-post(ijiet) ta' Artistic Directors?
v. Min kien fuq il-Bord ta' l-Għażla?
vi. Tikkonferma l-Ministru li fil-31 ta' Jannar, 2009 saru intervisti għall-post(ijiet) de quo?
vii. Tikkonferma l-Ministru li mhux kulmin applika ntbagħat għall-intervisti?
viii. Fuq liema kriterji sar dan ix-short list?
ix. Għalfejn kulmin applika ma ġiex informat li ntgħażel jew ma ntgħażilx għax-shortlisting?
x. Taħseb li dan il-proċess kien mill-bidu sal-aħħar proċess għal kollox mhux trasparenti u li jimmerita li jerġa' jibda mill-bidu?
xi. Kemm fil-fatt attendew għall-intervisti tal-31 ta' Jannar 2009?
xii Kemm eventwalment ġew ammessi għall-post(ijiet) ta' Artistic Directors?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti laqa’ applikazzjonijiet għal sitt attivitajiet li huma l-Għanafest, Mnarja, Malta Arts Festival, Jazz Festival, Notte Bianca u Milied. Il-Kunsill irċieva wieħed u tletin applikazzjoni għal Artisitic Directors. Dawn l-applikazzjonijiet għalqu fid-9 ta’ Diċembru 2008. Ma kienx hemm time limit specifikat għat-tħabbir tar-riżultati. Il-Bord ta’ l-Għażla kien jikkonsisti bejn tlieta u ħames membri tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti u rappreżentant/ossevatur mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti. L-intervisti saru fil-31 ta’ Jannar 2009 u fl-4 ta’ Frar 2009. L-intervisti saru ma’ tnax-il applikant, filwaqt li l-kriterji ta’ short listing kienu bbażati fuq diversi fatturi ta’ ħtieġa essenzjali fosthom dik ta’ leadership, komunikazzjoni u team work, programmar u preparazzjoni ta’ baġit kif ukoll kienu meħtieġa viżjonijiet u direzzjonijiet artistiċi. Ġew infurmati biss dawk li kienu shortlisted bħala parti minn proċess ta’ l-għażla. Jirriżulta li dan il-proċess sar b’mod trasparenti u bl-approvazzjoni tal-Kunsill.
Disa’ applikanti attendew għall-intervisti tal-31 ta’ Jannar 2009 filwaqt li tlieta oħra kienu preżenti għall-intervisti ta’ l- 4 ta’ Frar 2009. Intgħażlu erba’
Artistic Directors
għall-Għanafest, il-Malta Arts Festival, il-Jazz Festival u n-Notte Bianca.
Tikkontempla l-Ministru li l-Karnival jiċċaqlaq għat-tieni ġimgħa ta' Mejju biex issir attrazzjoni iktar qawwija għat-turiżmu, waqt li ċ-ċelebrazzjonijiet isiru aħjar b'iktar xogħlijiet u grandjożitá?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti jieħu ħsieb il-parti organizzattiva u amministrattiva tal-Karnival ta’ Malta. Huwa fid-dover tal-Kunsill li l-attivitajiet nazzjonali jiġu marbuta mal-folklor u t-twemmin ta’ pajjiżna u l-patrimonju kulturali Malti.
Tista' l-Ministru tgħid x'qed isir min-naħa tal-Gvern biex iktar kompożituri (baned u orkestri) jikkomponu xogħlijiet ġodda? Jikkontempla l-Gvern li joħloq skemi li jinċentivaw dan, bħal per eżempju, li jagħti nifs finanzjarju jew mod ieħor lill-kompożituri li jippubblikaw xogħlijiet ta' valur?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti għandu Programm ta’ Għajnuna Kulturali li permezz tiegħu tingħata għajnuna finanzjarja lil diversi individwi u organizazzjonijiet fil-qasam kulturali.
Il-Ministeru wkoll min-naħa tiegħu ikollu diversi talbiet u jgħin individwi u organizazzjonijiet kulturali kemm finanzjarjament kif ukoll b’mezzi oħra.
Din il-ġimgħa stess uffiċjali mill-Ministeru tiegħi kellhom laqgħa mal-Għaqda tal-Każini u Baned li fiha kien sottomess memorandum lill-Ministeru dwar modi kif iż-żewġ naħat nistgħu nikkollaboraw flimkien biex inkomplu nxettlu l-imħabba lejn il-mużika u nressqu aktar żgħażagħ lejn il-mużika u ngħinu fit-tagħlim tal-kompożizzjoni u d-direzzjoni mużikali.
Ta’ min ifakkar ukoll li l-Ministeru, il-lum permezz tal-PBS jieħu ħsieb jorganizza il-Festival Kanzunetta għall-Ewropa u l-Junior Song Festival li t-tnejn jofffru opportunitajiet lill-kompożituri Maltin jiktbu xogħolijiet ġodda.
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3604 u tpoġġi d-dettalji kollha dwar il-persuni li ġew impjegati bħala LSAs fis-seba' xhur ta' qabel l-elezzjoni(minn Settembru 2007)? Tista' tgħid jekk hux kollha kienu eliġibbli b'żewġ suġġetti f'livell avvanzat? X'kienu s-suġġetti f'livell avvanzat u jekk fosthom kienx hemm Advanced ECDL? L-ECDL suppost li ġie aċċettat bħal suġġett f'livell avvanzat meta huwa meqjus bħala skill, jieħu ħafna inqas ħin ta' studju u ma jikkomparax ma suġġett akkademiku jew tekniku f'livell avvanzat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 3598 u tgħid minn kemm ilha li bdiet is-sena akkademika preżenti kemm kellhom lezzjonijiet bla għalliema l-istudenti tal-MCAST u f’liema suġġetti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.