Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Segretarjat għall-Indafa Pubblika - Newtralità tal-karbonju - Tnaqqis fl-emmissjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika, jgħid x'qed isir fid-Dekasteru tiegħu biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Tista’ tgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet tad-Dekasteru tagħha u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22267.

Il-Kalkara — Charging Points tad-dgħajjes

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta se jibdew jaħdmu ċ-Charging Points tad-dgħajjes ġewwa l-Kalkara peress li ilhom imwaħħlin sentejn u għadhom ma jaħdmux?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Baġit 2024 — Project Green - Infiq fuq proġetti

Question

Fid-dawl li fil-Baġit ippreżentat mill-Gvern għas-sena 2024, il-fondi tal-Project Green żdiedu għal €9,000,000, tista’ l-Ministru tagħti lista fuq liema proġetti se jkunu qed jintefqu dawn il-Fondi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Intepellanta li d-€9 miljun huma relatati mal-ispejjeż rikorrenti tal-aġenzija, jiġifieri l-operat tagħha. Il-baġit għas-sena 2025 allokat għall-proġetti huwa ta' €30,850,000. Huwa mmirat li matul is-sena li ġejja, Project Green tlesti 19-il proġett filwaqt li jkun inbeda x-xogħol fuq 22 proġett ieħor.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Direct Orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Novembru 2024?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22565.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika — Public Service Expo 2024 - Stands

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19991, tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa fuq l-istess Public Service Expo 2024 minn kull entità u/jew aġenzija li taqa’ taħt l-istess Ministeru?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab informata li t-tweġiba li tajt lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 19991 hija komprensiva għall-entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħt il-Ministeru.

ARMS — Servizz tal-elettriku mwaqqaf

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm households li għandhom is-servizz tal-elettriku mwaqqaf mill-ARMS u x’kienu r-raġunijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Iterpellanta li s-servizzi jiġu sospiżi meta konsumatur ma jkunx qed jonora l-obbligi tiegħu li jħallas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Qabel ma jiġi sospiż xi servizz, il-kumpanija ARMS tibgħat ittra u anke tagħmel kuntatt mal-konsumatur permezz tat-telefon. F’każ li dan ma jkunx f’pożizzjoni li jissetilja l-pendenzi li jkollu f’daqqa, l-kumpanija toffrilu l-possibbiltà li jiffirma kuntratt biex iħallas l-arretrati b’rati mensili. Kemm-il darba mbagħad jibqa’ ma jħallasx il-kontijiet li jkunu pendenti, l-ARMS ma jkollhiex triq oħra għajr dik li jiġi sospiż is-servizz. Ninsab infurmata li f’ċirkostanzi partikolari jista jagħti l-każ li jitnaqqas il-vultaġġ tad-dawl. Iżda fir-rigward tal-ilma, mhux teknikament possibbli li sempliċiment titnaqqas il-provvista tal-ilma. Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal permezz tal-iskema Benefiċċju tal-Enerġija joffri għajnuna fil-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma lill-familji bi dħul baxx jew li jkollhom każ soċjali. Fid-dawl ta’ dak li għadni kif spjegajt, infurmata li bħalissa hemm 327 post residenzjali u 1,199 postijiet domestiċi li għandhom is-servizz tal-elettriku sospiż minħabba li baqgħu ma tħallsux kontijiet pendenti. Postijiet residenzjali jfisser li hemm persuni reġistrati fuq il-kont, waqt li dawk li għandhom it-tariffa domestika jkun ifisser li m’hemm ħadd reġistrat fuq il-kont.

ARMS — Servizz tal-ilma mwaqqaf

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm households li għandhom is-servizz tal-ilma mwaqqaf mill-ARMS?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Iterpellanta li s-servizzi jiġu sospiżi meta konsumatur ma jkunx qed jonora l-obbligi tiegħu li jħallas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Qabel ma jiġi sospiż xi servizz, il-kumpanija ARMS tibgħat ittra u anke tagħmel kuntatt mal-konsumatur permezz tat-telefon. F’każ li dan ma jkunx f’pożizzjoni li jissetilja l-pendenzi li jkollu f’daqqa, l-kumpanija toffrilu l-possibbiltà li jiffirma kuntratt biex iħallas l-arretrati b’rati mensili. Kemm-il darba mbagħad jibqa’ ma jħallasx il-kontijiet li jkunu pendenti, l-ARMS ma jkollhiex triq oħra għajr dik li jiġi sospiż is-servizz. Ninsab infurmata li f’ċirkostanzi partikolari jista jagħti l-każ li jitnaqqas il-vultaġġ tad-dawl. Iżda fir-rigward tal-ilma, mhux teknikament possibbli li sempliċiment titnaqqas il-provvista tal-ilma. Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal permezz tal-iskema Benefiċċju tal-Enerġija joffri għajnuna fil-ħlas tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma lill-familji bi dħul baxx jew li jkollhom każ soċjali. Fid-dawl ta’ dak li għadni kif spjegajt, infurmata li bħalissa hemm 206 postijiet residenzjali u 657 post domestiċi li għandhom is-servizz tal-ilma sospiż minħabba li baqgħu ma tħallsux kontijiet pendenti. Postijiet residenzjali jfisser hemm persuni reġistrati fuq il-kont, waqt li dawk li għandhom it-tariffa domestika jkun ifisser li m’hemm ħadd reġistrat fuq il-kont.

Qtugħ tas-servizz tad-dawl u l-ilma

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk għadhiex il-prassi li s-servizz tad-dawl u l-ilma ma jinqatax kompletament imma għal inqas jitħalla vultaġġ baxx biex persuna tkun tista’ tħaddem friġġ u bozza? Huwa aċċettabbli li is-servizz tal-ilma jinqata’ kompletament u x’inhi l-proċedura stabbilita mill-ARMS f’dawn il-każijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Iterpellanta għat-tweġibiet li tajtha għall-mistoqsijiet parlamentari 21297 u 21298.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Tista’ tgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

Project Green — Xiri ta’ Art pubblika

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk inxtratx art pubblika minn Project Green minn meta ġiet imwaqqfa u jekk iva, tista’ tgħid f’liema lokalitajiet u kemm ġew jiswew (każ b’każ)?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Project Green se tkun qed tagħmel proġetti fuq erba’ siti li setgħu ġew żviluppati imma flok ma nbnew, dawn ġew mgħoddijin lilha mill-Awtorità tal-Artijiet biex titrasformahom fi spazji miftuħa għat-tgawdija mir-residenti. Dawn l-artijiet, b’valur stmat ta’ €20 miljun, jinsabu f’żoni urbani f’Ħal Lija, Ta’ Giorni, Ħal Kirkop u Ħal Luqa u jġibu total ta’ 8,000 metru kwadru.

Project Green — Proġetti li għadhom ma tlestewx

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm proġetti taħt Project Green li bdew u għadhom ma tlestewx? Tista’ tgħid ukoll meta se jitlestew?

Response (DALLI, MIRIAM)

B'żieda mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23496, ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fuq is-sit ta’ dawn il-proġetti: Ġnien Kottoner (l-ewwel fażi) f'Bormla, Ġnien is-Serenità f’Santa Luċija, Laboratorju tal-Paċi f’Ħal Far, Villa Portelli fil-Kalkara, Qajjenza f'Birżebbuġa, William Harding Garden f'Pembroke, Rainwater Harvesting Park f'Għajnsielem, Erba’ Mwieżeb (it-tieni fażi) f'San Pawl il-Baħar kif ukoll qed isir xogħol ta’ riġenerazzjoni f’numru ta' widien. Dan minbarra li nħarġu diġà seba’ tenders għal proġetti oħra.