Jista’ l-Ministru jgħid kif ser jinħadem il-prezz ta' art agrikola abbażi tal-Abbozz ta' Liġi msejjaħ "Att sabiex jemenda l-Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Raba’, Kap. 199"?
Response (REFALO, ANTON)
Infakkar lill-Onor. Interpellant kif fl-aħħar xhur, il-Gvern nieda White Paper għall-konsultazzjoni pubblika maħsuba biex jiġu ggarantiti s-sostenibbilità tal-biedja fejn jaħdmu mas-7,500 bidwi, il-produzzjoni tal-ikel u l-ħarsien tal-ambjent rurali. Din hi riforma bla preċedent fil-qasam tar-raba’, li gvernijiet passati wkoll tefgħu taħt it-tapit, imma qed titwettaq b’kuraġġ mill-amministrazzjoni attwali.
Ir-riforma, bħala parti mill-Politika Nazzjonali għall-Agrikoltura sal-2028, tipproponi t-twaqqif ta’ awtorità li tħares ir-raba’ privat u żżomm reġistru tal-art agrikola, waqt li tara wkoll li l-iżvilupp ta’ żoni agrikoli bil-konfini ta’ artijiet ta’ valur agrikolu, skont il-Pjanijiet Lokali tal-2006, jingħata d-dritt tal-ewwel preferenza lill-bdiewa kerrejja li jixtru art mikrija lilhom.
Hemm ukoll inċentivi finanzjarji li jinkoraġġixxu l-attività u l-investiment fil-qasam tal-biedja. Dan waqt li wkoll ingħatat għajnuna ta’ €3 miljun biex tittaffa ż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni agrikola kawża tal-impatt li qed tħalli l-Gwerra fl-Ukrajna.
Ninforma wkoll lill-Onorevoli interpellant li fil-jiem li ġejjin il-Gvern se jippubblika Avviż Legali li jiggwida lill-bord kif jistabbilixxi l-prezz ġust tal-art agrikola bl-iskop li tiġi stabbilita il-kirja ġusta.
Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Raba’ — Kalkolazzjoni tal-mezzi tal-kerrej
Question
B'referenza għall-Abbozz ta' Liġi msejjaħ "Att sabiex jemenda l-Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Raba’, Kap. 199", jista’ l-Ministru jgħid kif se jiġu kkalkulati l-mezzi tal-kerrej?
Response (REFALO, ANTON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi wkoll għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 7089, ninformah li l-Bord għall-Kiri tar-Raba’ għandu l-fakultà li jiddetermina u jqis il-mezzi tal-kerrej fil-proċess li jistabbilixxi l-kera ġusta. Qabel ma nbidel l-Att, il-Bord diġà kellu l-fakultà li jqis il-mezzi tal-kerrej fid-deċiżjonijiet tiegħu taħt l-artikolu 4(2).
Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Raba’ – kriterji għal kundizzjoni tar-raba’
Question
B'referenza għall-Abbozz ta' Liġi msejjaħ "Att sabiex jemenda l-Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Raba’, Kap. 199", jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterju se tiġi stabbilita l-kundizzjoni tar-raba’?
Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Raba’ – bord li jimmaniġġja l-liġi
Question
B'referenza għall-Abbozz ta' Liġi msejjaħ "Att sabiex jemenda l-Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Raba’, Kap. 199", jista’ l-Ministru jgħid jekk inħatarx il-Bord li se jkollu l-Awtorità li jimmaniġġa din il-liġi u jekk fl-affermattiv, minn min hu ffurmat dan il-Bord?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Kiri tar-Raba’ jinħatar skont l-artikolu 5 tal-Kap. 199 u dwar il-kompożizzjoni tiegħu għandu jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ sajjieda (full-time u part-time separatament) li huma reġistrati f’kull wieħed mill-portijiet fejn hemm sajjieda reġistrati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rekords fir-Reġistru tal-Bastimenti tas-Sajd, fi ħdan id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, jinżammu abbażi tal-bastimenti tas-Sajd reġistrati u mhux fuq sajjieda. Ninsab infurmat li n-numru ta’ bastimenti tas-sajd reġistrati bħala full-time u part-time f’kull port huwa kif ġej:
Port
Numru ta’ bastimenti
part-time
Numru ta’ bastimenti
full-time
Total
Anchor Bay
3
1
4
Armier
9
2
11
Baħar iċ-Ċagħaq
1
0
1
Birżebbuġa (Pretty Bay)
1
0
1
Birżebbuġa (St. George's Bay)
19
9
28
Buġibba
9
1
10
Dwejra
7
5
12
Għar Lapsi
6
2
8
Ġnejna
33
8
41
Gżira (Lazzaretto Creek)
2
0
2
Gżira (Sliema Creek)
2
0
2
Kalkara
8
4
12
Marfa
4
1
5
Marsa
2
2
4
Marsalforn
12
9
21
Marsaskala
21
15
36
Marsaxlokk (il-Magħluq)
35
68
103
Marsaxlokk (ix-Xatt)
47
106
153
Marsaxlokk (Kavallerizza)
1
15
16
Mellieħa Bay
16
3
19
Mġarr (Gozo)
63
57
120
Mgġarr ix-Xini
2
0
2
Mistra Bay
3
2
5
Msida Creek
26
14
40
Pieta’
2
1
3
Qawra
6
0
6
Qbajjar
1
1
2
Ramla tal-Qortin
5
0
5
Ramla tat-Torri
2
0
2
Salina
7
0
7
Senglea (Dockyards Creek)
1
0
1
St. Julian's Bay
13
14
27
St. Paul's Bay (il-Gillieru)
6
4
10
St. Paul's Bay (il-Veċċa)
10
27
37
St. Thomas Bay
2
0
2
Ta' Xbiex
6
1
7
Valletta (Grand Harbour)
0
10
10
Valletta (Marsamxett)
0
1
1
Valletta (Pixkerija)
0
3
3
Wied izż-Żurrieq
2
0
2
Xemxija
8
11
19
Xemxija (il-Fekruna)
0
1
1
Xlendi
8
3
11
TOTAL
411
401
812
Sajjieda li applikaw għal għajnuna biex jixtru l-fuel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sajjieda li applikaw biex jieħdu għajnuna biex jixtru l-fuel li għandhom bżonn għax-xogħol tagħhom? X’tip ta’ limitu huma intitolati għalih dawn l-istess sajjieda?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-ġurnata tal-llum, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura rċieva total ta’ 209 applikazzjoni biex sajjieda jibbenefikaw mill-estensjoni ta’ din l-inizjattiva. Bħala limitu, kull intrapriża li ser tissottometti rċevuti tal-fjuwil, ser tiġi kkumpensata fuq il-bażi tar-rati applikabbli ta’ dak ix-xahar partikolari. Barra minn hekk, kull intrapriża tista’ tibbenefika sa massimu ta’ €75,000.
Segretarjat Privat tal-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — karozzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza hemm fis-Segretarjat Privat tiegħu u x’inhi l-għamla tagħhom? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu? Jekk ma nħarġet l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu; jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozzi tas-Segretarjat Privat tiegħu u mingħand min?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ż-żewġ karozzi li, skont il-Manwal, jintużaw mis-segretarjat privat tiegħi huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt.
Għamla
Mixtrija/Mikrija
Data
Tender/Direct Order
Ditta
Prezz
(VAT
eskluża)
hatchback
Mixtrija
2016
Direct Order
Citroen
€16,200.00
hatchback
Mixtrija
2021
Tender
Toyota
€18,111.01
Dgħajjes irreġistrati bħala MFC minn persuni residenti f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm dgħajjes irreġistrati bħala MFC minn persuni residenti f’Għawdex fl-aħħar tas-sena 2015 u kemm kien in-numru ta' dawn id-dgħajjes irreġistrati f'Għawdex? Jista’ jgħid ukoll fil-preżent kemm hemm dgħajjes irreġistrati bħala MFC minn persuni residenti f'Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2015 kien hemm 261 dgħajsa rreġistrata bħala MFC minn persuni residenti f’Għawdex. Minn dawn 248 kienu rreġistrati f'Għawdex.
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 404 dgħajjes tas-sajd irreġistrati bħala MFC minn persuni residenti f'Għawdex.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — paġni, profili u gruppi fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook amministrati mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħrajn jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — karozza uffiċjali u s-second car tiegħu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-għamla tal-karozza uffiċjali kif ukoll tas-second car tiegħu? Jista' jgħid jekk inħarġitx tender għall-għażla tal-karozzi uffiċjali li juża hu u min rebaħ dan it-tender? Jekk ma nħareġ l-ebda tender, jista' jgħid:
a) mingħand min inxtraw u kemm ġew jiswew il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu; u/jew
b) kemm qed jinkrew kuljum il-karozza uffiċjali u s-second car tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-karozza uffiċjali użata minni hi tal-għamla Mercedes Benz E220 D, li tinkera għal €27.50 kuljum (VAT inkluż). Minbarra hekk, kontra dak li qed jiġi ssuġġerit, ma jsir l-ebda użu minn second car.
Konvenzjoni Ramsar – projbizzjoni dwar l-użu ta’ sparar biċ-ċomb
Question
Jista l-Ministru jgħid jekk Malta u Għawdex hux se jaderixxu mal-Konvenzjoni Ramsar (bħall-bqija tal-Ewropa) li tipprojbixxi l-użu ta' sparar biċ-ċomb peress li dan jikkawża problemi tossiċi kbar, kemm fl-għasafar kif ukoll fil-kreaturi kollha li possibbilment jixorbu minn dan l-ilma, f’artijiet pubbliċi u privati li huma mistagħdra (wetlands) jew li għandhom għadajjar sew jekk huma naturali kif ukoll jekk huma artifiċjali?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi mistennija li tiġi kkontrollata u mnaqqsa l-popolazzjoni tal-bagħal taż-żunżan fl-inħawi residenzjali?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli qiegħed jaħdem man-naħħala sabiex niffukaw ir-riżorsi tagħna fuq l-irġejjen tal-bagħal taż-żunżan. Dan għaliex, minn studji li għamilna, juri biċ-ċar li kull reġina li tinqabad issarraf f’nuqqas ta’ massimu ta’ 1,000 bagħal taż-żunżan fis-sajf.
Għal dan il-għan, il-Ministeru vara skema ta’ għajnuna għan-naħħala sabiex jinkoraġġixxi dan l-investiment qabel tibda r-rebbiegħa li matulu l-irġejjen jibdew jagħmlu l-bejtiet sabiex jifformaw il-kolonja tagħhom. Għalhekk f'dan iż-żmien in-naħħala permezz ta' din l-iskema ser jinvestu fit-tagħmir meħtieġ sabiex jinqabdu kemm jista' jkun irġejjen u b'hekk il-popolazzjoni tal-bagħal taż-żunżan tibda tonqos. B’dan l-approċċ nistgħu nistennew tnaqqis konsiderevoli fil-preżenza ta’ dan l-insett fil-Gżejjer Maltin.
Jista’ l-Ministru jgħid il-kwoti kollha tal-ħut ta’ min huma?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwoti tal-ħut huma tal-istat Malti wara li jkunu assenjati b’mod annwali permezz ta’ regolamenti adottati mill-Unjoni Ewropea u anke minn organizzazzjonijiet internazzjonali. Min-naħa tiegħu l-Gvern jiddeċiedi kif iqassamhom b’konsultazzjoni sħiħa mas-settur. Hemm uħud mill-kwoti, li huma hekk imsejħa borma waħda, u hemm uħud assenjati b’mod dirett lis-sajjieda a bażi ta’ diversi kriterji u indikaturi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3289, peress li vverifikajt il-ġurnata msemmija u jidher li dik il-ġurnata partikolari kien impossibbli li s-sajjieda joħorġu fuq il-baħar minħabba l-maltemp, jista’ l-Ministru, permezz tal-GPRS li huwa obbligatorju li jkun dejjem mixgħul, jgħid kif operaw il-bastimenti li qabdu l-bycatch fis-sena 2022?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġranet indikati ir-rih kien forza 2 għal 3. Għaldaqstant it-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 3289 tibqa’ fis-seħħ.
Fisheries Department – azzjoni dwar nylon mormi fil-baħar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu jagħmel id-Dipartiment tas-Sajd u Akkwakultura flimkien mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar nylon li qed jintuża darba għas-sajd tal-lampuki u ma jiġix irkuprat (li jirriżulta li huma mijiet ta’ tunnellati), u li qed jiġu mormija fil-baħar?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li min-naħa tad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, minkejja li mhux responsabbli b’mod dirett, qed iniedi skema fis-sena sabiex iħajjar lis-sajjieda jinvestu f’irkapti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. Dan bil-għan li s-settur jiġi edukat u iktar konxju tar-responsabbiltajiet ambjentali li għandu kulħadd.
Jista’ l-Ministru jgħid x'azzjonijiet ħa dwar kompetizzjoni li seħħet nhar is-Sibt, 4 ta' Frar 2023, fejn għadd ta' summien li ġew imfaqqsa u trabbew fil-magħluq, ġew mitluqin u numru ta' kaċċaturi flimkien mal-klieb tagħhom setgħu joqtluhom? Jista' jispjega kif din l-attività setgħet issir ladarba l-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali, Kap. 439 tal-Liġijiet ta' Malta, speċifikament jipprojbixxi dan u jsostni dan li ġej:
"8.(2) L-ebda annimal m'għandu jiġi mġiegħel isofri uġigħ, tbatija jew dwejjaq mingħajr bżonn jew jiġi soġġett għal attivitajiet li ma jkunux fin-natura tiegħu. L-ebda annimal ma jista’ jiġi abbandunat.".
Jista' jgħid din il-kompetizzjoni kif setgħet tiġi aċċettata li ssir jekk dawk is-summien ġew mitluqa u abbandunati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li din l-attività mhijiex regolata bid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali, iżda hi regolata taħt ir-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi u għalhekk għandha tiġi riferuta lill-Ministru responsabbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem taċ-Ċivil fil-Ministeru tiegħu għad għandhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 943 ħaddiema taċ-Ċivil fil-Ministeru li kien fadlilhom vacation leave mhux użat fi tmiem id-data tal-vacation leave.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mid-Dipartiment tas-Sajd fil-gżira ta' Għawdex tul is-snin 2020, 2021 u 2022? Jista’ jgħid kemm ittieħdu passi fl-istess perjodu fil-gżira ta' Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm-il sid ġie mwiddeb mingħajr ma ttieħdu passi? Kemm minnhom tressqu l-Qorti? Jista’ jagħti break down sena b’sena?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2020, 2021 u 2022 saru 2,423 spezzjoni mid-Dipartiment f'Għawdex. Fl-istess perjodu kien hemm każ wieħed li kien meħtieġ li jittieħdu passi, u dan qiegħed fil-proċess li jitressaq il-Qorti. Barra minn hekk, kien hemm diversi każi fejn sidien ta’ bastimenti ġew imwiddba mingħajr ma kien hemm il-bżonn li jittieħdu passi ulterjuri.
Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Animali – ħruġ ta’ multi amministrattivi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu multi amministrattivi fl-2022 hekk kif jirrikjedi l-artikolu 47 tal-Att dwar it-Trattament Xieraq tal-Animali, Kap. 439 tal-Liġijiet ta' Malta?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali – telefonati u rapporti biex jiġu megħjuna annimali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-ammont ta' telefonati u rapporti li saru biex jiġu megħjuna annimali diversi mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali, xahar b'xahar fis-sena 2022? Jista’ jgħid dawn x'annimali kienu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar sa Diċembru 2022, saru total ta’ 5,032 telefonata u 854 rapport sabiex jiġu megħjuna annimali diversi mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. L-annimali megħjuna kienu jvarjaw minn klieb, qtates, tjur, ekwini u fniek fost oħrajn. It-tabella segwenti turi l-ammont ta’ telefonati u rapporti li saru mqassma xahar b’xahar.
Xahar
Telefonati
Rapporti
Jannar
395
88
Frar
334
51
Marzu
315
53
April
359
48
Mejju
674
102
Ġunju
637
59
Lulju
254
75
Awissu
505
50
Settembru
424
90
Ottubru
448
95
Novembru
358
71
Diċembru
329
72
Totali
5032
854