Kunsilli Lokali — fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 429 u jgħid kemm kienu l-fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern li ħadu l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex b'mod individwali, fis-snin 2015, 2016, 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Kunsilli Lokali — fondi speċjali minn programmi/inizjattivi/proġetti Ewropej
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 430 u jgħid kemm kienu l-fondi speċjali minn programmi/inizjattivi/proġetti Ewropej li ħadu l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex b'mod individwali fis-snin 2015, 2016 u 2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li matul is-snin 2015, 2016 u 2017, kull Kunsill b’mod individwali ħa l-ammonti hawn taħt indikati:
Isem tar-rahal
Ammont
Isem tar-rahal
Ammont
Isem tar-rahal
Ammont
Birgu:
€62,840.56
Naxxar:
€220,172.88
Reġjun Għawdex:
€398,788.00
Floriana:
€51,078.81
Paola:
€334,631.33
Ghajnsielem:
€85,589.55
Gharghur:
€87,693.60
Pieta:
€5,000.00
Gharb:
€391,942.00
Isla:
€103,423.00
Qormi:
€307,730.70
Kercem:
€605,606.41
Luqa:
€14,934.90
Qrendi:
€101,969.49
Munxar:
€227,903.29
Marsascala:
€63,673.12
Rabat (M):
€474,764.99
Nadur:
€208,728.66
Marsaxlokk:
€98,750.00
Siggiewi:
€149,998.41
Rabat (G):
€1,707,149.64
Mdina:
€29,093.59
Sliema:
€22,686.75
Sannat:
€195363.26
Mellieħa:
€251,929.00
Ta’ Xbiex:
€7,500.00
Xaghra :
€83,823.20
Mgarr:
€7,500.00
Xgħajra:
€12,000.00
Xewkija:
€5,000.00
Mtarfa:
€249,001.99
Zabbar:
€22,222.40
¯ebbuġ(G):
€210,907.00
Zurrieq:
€25,176.20
Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ukoll, tabella li fiha l-Onorevoli Interpellant jista jsib informazzjoni addizzjonali dwar kull proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja li bbenefikaw minnhom il-Kunsilli Lokali fis-snin imsemmija.
Skemi mill-Gvern li mistennija joħorġu għall-Kunsilli Lokali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2489 u jindika kemm u liema skemi mill-Gvern mistennija joħorġu għall-Kunsilli Lokali matul l-2018 u jekk hux ser ikunu kollha eleġibbli għall-Kunsilli kemm dawk f'Malta kif ukoll dawk f'Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li filwaqt li mhux ser ikun hemm tnaqqis ta' xi skema magħrufa fis-sena 2017, ta' min isemmi li diversi skemi li ġew aġġudikati fis-sena 2017 huma fuq medda ta' tlett snin. Dawn jinkludi l-Community Innovation Fund u l-Culture Fund li ġħadu qed jiġi aġġudikat.
Skemi li nħarġu mill-Gvern Ċentrali għall-Kunsilli Lokali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2490 u jgħid kemm kienu jammontaw fi flus l-iskemi li nħarġu mill-Gvern Ċentrali għall-Kunsilli Lokali, sena b'sena, bejn l-2011 u l-2017?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Korrispondenza bejn il-LESA u ħaddiema reġistrati mal-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3419 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull korrispondenza li għaddiet bejn il-Local Enforcement System Agency (LESA) u l-ħaddiema reġistrati mal-kumpanija li preżentament hija responsabbli mill-gwardjani lokali f'pajjiżna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma ngħaddiet l-ebda korrispondenza bejn l-Aġenzija LESA u l-ħaddiema reġistrati mall-kumpanija li preżentament tħaddem il-Gwardjani Lokali f’pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru t-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2017? Jista’ jgħid ukoll kemm ittieħdu studenti tal-primarja jżuruh? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni tul is-sena 2017? Jista’ jgħid kemm ittieħdu studenti tal-primarja iżuruh, kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
San Pawl il-Baħar – Kunsill Lokali — Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għamel direct orders il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, matul is-sena 2016 u s-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti lista ta' direct orders li tinkludi l-ammonti mħallsa u min tħallas? Jista’ jagħti raġuni għalfejn saret direct order għal kull ammont li jeċċedi l-€1,164 jekk applikabli?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanti li wara evalwazzjoni mid-Diparitment għall-Gvern Lokali dwar rapport li sar mill-Bord ta’ Gvernanza Lokali, kif ukoll il-parir tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, skont it-termini ta’ Regolament 5 tal-Regolamenti tal-Kunsilli Lokali dwar il-Finanzi, tlabt lill-Awditur Ġenerali sabiex jinvestiga l-allegat irregolaritajiet ksur tal-istess regolamenti finanzjarji mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Ninsab infurmat li mingħajr konsultazzjoni mad-Dipartiment, l-istess Kunsill waqt laqgħa li nżammet fil-11 ta’ Mejju, 2017 approva li jagħti Ordnijiet Diretti fuq kuntratti skaduti lil diversi kuntratturi u li għalihom għadu ma ħariġx jew qiegħed fil-proċess li jaġġudika s-sejħiet għall-kuntratti skaduti. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-sejħiet kollha tal-offerti kollha tal-Kunsill bejn l-2016 u l-2017 kif fornuta mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Dan il-każ qed jiġi mistħarreġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali iżda r-rapport konklussiv tal-każ għadu mhux komplut peress li d-Dipartiment għadu qed jistenna d-dokumentazzjoni neċessarja minngħand l-istess Kunsill Lokali.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma sar l-ebda trasferiment jew pagamenti f’kontijiet li jinsabu fil-bank li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separament mill-Ministeru u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma għamlu.
Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – rakkomandazzjoni tar-rapport — reazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni tiegħu għar-rakkomandazzjoni tar-rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew segwenti: "Reform the Judiciary, namely on the basis of recommendations made in 2013, in order to reinforce the separation of powers and the independence of the Judiciary”?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirringrazzja lill-Onor. Interpellant tal-interess gdid li qed jiehu fir-rapport tal-Kummissjoni Bonello. Qed nghid hekk ghax fi zmien li hu kien Kap tal-Partit Nazzjonalista, l-Partit tieghu kien naqas milli jipprezenta kwalsijasi proposti matul il-process ta' konsultazzjoni li kienet nidiet il-Kummissjoni Bonello ghal riforma fil-qasam tal-Gustizzja. Minkejja li l-Partit Nazzjonalista fi zmien meta l-interpellant kien Kap tieghu naqas milli jikkontribwixxi mqar proposta wahda li hi wahda, l-Gvern xorta mexxa 'l quddiem process shih ta' riforma fil-qasam tal-Gustizzja u determinat li jkompli jimplimenta iktar u iktar riformi.
Kif jaf l-Onor Interpellant, matul il-legizlatura li ghaddiet il-Gvern, bi qbil ma' l-Oppozizzjoni, ghadda sensiela ta' emendi Kostituzzjonali li sahhew bil-bosta s-separazzjoni tal-poteri u l-indipendenza tal-Gudikatura. Ghad li dak li l-Gvern u l-Oppozizzjoni - bi qbil unaninimu - implimentaw ma kienx preciz dak li pproponiet il-Kummissjoni Bonello, jista' jinghad li d-direzzjoni generali kienet fl-istess spirtu.
Infakkar li bl-emendi storici li ghaddejna f'dik li kienet l-ikbar riforma Kostituzzjonali mill-1987 sal-lum:
1) Giet entrenched fil-Kostituzzjoni l-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja;
2) Inholoq mekkanizmu li bih il-Gvern neza minn idejh il-poter assolut li kellu li jahtar lil min irid bhala Magistrat jew Imhallef. Minflok il-hatra tista' ssir biss wara parir favorevoli minn kumitat indipendenti u awtonomu presedut mill-Prim Imhallef. (Il-Gvern jista' xorta wahda jmur kontra l-parir imma biex jaghmel hekk irid jispjega r-ragunijiet fil-Parlament li s'intendi jridu jkunu ragunijiet importanti hafna. Il-Gvern prezenti dejjem mexa mal-pariri tal-kumitat ghall-ghazla tal-Gudikanti u qatt ma mar kontra l-pariri).
3) Gie riformat il-metodu ta' dixxiplina tal-Gudikanti bil-holqien ta' kumitat ad hoc maghzul b'mod demokratiku mill-Gudikatura stess. A kuntrarju ta' dak propost mir-rapport Bonello, il-Gvern u l-Oppozizzjoni raw li fl-emendi taghhom jassiguraw li l-principju kardinali u fundamentali f'demokrazija li "Judges must be Judged by their own peers" jkun rispettat f'kull hin u b'mod car.
4) Inholqot pensjoni specjali ghas-servizz ghall-gudikatura b'beneficcji godda u bla precedent biex kompliet tissahhah b'mod effettiv l-awtonomija ta' dan il-korp krucjali ghal pajjizna, anke wara l-irtirar taghhom. Din il-mizura se sservi wkoll biex ikomplu jigu attirati l-ahjar mhuh legali lejn il-bank tal-Gudikatura.
Irrid naghmilha cara li jien ninsab miftuh dejjem ghal proposti u ideat li jsahhu l-indipendenza tal-Gudikatura u s-separazzjoni bejn l-Ezekuttiv u l-Gudikatura. Ghalhekk perezempju rrid nara li fix-xhur li gejjin, in linea mal-manifest elettorali tal-Partit Laburista, jkollna ligi li taghti awtonomija amministrattiva lill-Qrati bl-istess mod li tajna awtonomija amministrattiva lill-Kamra tad-Deputati.
Jekk hemm xi punti ohrajn li jirrigwardjaw is-separazzjoni tal-poteri u l-indipendenza tal-Gudikatura elenkati fir-rapport Bonello li l-Onor Interpellant jixtieq nirrispondih dwarhom, ninsab a pjena dispozizzjoni.
Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – reazzjoni dwar ir-rapport
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni uffiċjali tiegħu għar-rakkomandazzjoni segwenti tar-rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew: “ … the veto power of the Prime Minister should no longer exist regarding the nomination of the Maltese Chief Justice”?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 3548.
Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – reazzjoni dwar ir-rapport
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni uffiċjali tiegħu għar-rakkomandazzjoni segwenti tar-rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew: “Mr Ferris should be granted police protection and serious consideration should be given to his application for protection under the Whistle-blower Protection Act”?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 3548.
Kunsilli Lokali – Anniversarju tal-25 sena mit-twaqqif
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun imfakkar l-anniversarju tal-25 sena mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali? Hemm xi pjani dwar laqgħat fejn se jkun diskuss il-vjaġġ tal-kunsilli, fejn waslu u fejn irridu nieħduhom minn hawn?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Gvern, permezz ta’ dan il-ministeru, ser ikun qiegħed ifakkar l-Anniversarju tal-25 sena mit-twaqqif tal-Kunslli Lokali permezz ta’ sensiela ta’ attivitajiet matul din is-sena, li jilħqu l-qofol tagħhom f’Novembru liema xahar ifakkar l-ewwel Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Sabiex ikunu pjanati u eżegwiti dawn l-attivitajiet twaqqaf kumitat biex ifassal kalendarju tal-inizzjattivi li ser jittieħdu. Naturalment, dawk kollha involuti fil-qasam tal-Gvern Lokali ser ikunu nvoluti b’mod dirett. Ta’ min isemmi f’dan il-kuntest li l-ewwel attività fis-sensiela ta’ attivitajiet ser tkun Konferenza fl-aħħar ta’ Jannar għall-ex Sindki, li ser ikunu wkoll protagonisti biex jagħtu s-suġġerimenti tagħhom fil-qafas tar-riforma tal-Gvern Lokali. Għalhekk, ninforma lill-Onor. Interpellant li, iva, mhux biss ser ikun qiegħed imfakkar l-anniversarju tal-25 sena mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, iżda diversi attivitajiet li ser isiru se jkunu wkoll qed iservu biex il-parteċipanti jagħtu huma wkoll l-input tagħhom dwar ir-responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali u r-Reġjuni, kif dawn jistgħu jitjiebu u jekk hemmx lok li jiżdiedu responsabbiltajiet u funzjonijiet ġodda.
Kunsill Lokali tal-Belt Valletta – allokazzjoni finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-allokazzjoni finanzjarja għall-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta fir-rigward ta' manutenzjoni ta’ toroq u infrastruttura mis-sena 2013 sas-sena 2017? Jista’ jgħid kemm effettivament nefaq il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għall-manutenzjoni ta’ toroq u infrastruttura għall-istess snin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2013 u l-2017 il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ingħata € 82,643.16 f’fondi bħala parti mill-Iskema tal-Public Private Partnership tat-toroq kif ukoll €430,322.43 f’allokazzjoni diretta għall-manutenzjoni tat-toroq.
Mill-2017 ‘il quddiem il-Gvern, beda jirrikonoxxi l-ispejjeż addizjonali li l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għandu fir-rispett tal-ħarsien tal-Belt Kapitali ta’ pajjiżna u għaldaqstant qiegħed jalloka s-somma addizjonali ta’ €100,000 kull sena bħala allokazzjoni speċjali u li qed tingħata lil Kunsill Lokali.
L-ispiza rikorrenti għall-istess perjodu tal-Kunsill Lokali f’manutenzjoni laħħqet għal €127,949. Minbarra dan, għall-istess perjodu l-Kunsill Lokali nefaq it-total ta’ €1,149,133 fi spiża kapitali relatata mal-Iskema tal-Public Private Partnership kif ukoll sabiex sar Ġnien Peacock.
Dan minbarra diversi proġetti li wettaq il-Gvern Ċentrali fil-Belt Valletta b’investiment dirett, inkluż l-uffiċċju tal-kunsill li beda jopera ftit tal-jiem ilu.
Kunsill Lokali tal-Mellieħa – Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xogħol li qed isir mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras hux qed isir skont il-permessi approvati mill-awtoritajiet konċernati kollha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li x-xogħlijiet qed isiru skont il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar PA 02572/15.
Kunsill Lokali tal-Mellieħa – Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras – permessi approvati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi kif approvati mill-awtoritajiet konċernati tal-proġett li qed isir mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Kunsill Lokali tal-Mellieħa – Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras – ħajt mwaqqa’
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq proġett tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li għaddej bħalissa bejn Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras hux miexi kif ippjanat u x’ kien il-kaġun li parti mill-ħajt tal-istess proġett deher ‘imwaqqa’’ kmieni filgħodu tal-Erbgħa 24 ta’ Jannar 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa illi wara li saret evalwazzjoni teknika waqt li kienu għaddejin ix-xogħlijiet, inħass li l-ħajt kellu jinħatt biex jerġa’ jinbena, minħabba li ma kienx strutturalment stabbli. Il-ġebel oriġinali ġie konservat fuq il-post u ser jerġa’ jiġi wżat fil-bini tal-istess ħajt, liema xogħol inbeda minnufiħ.
Wara li l-Ministru kien stqarr li l-inkjesta li kienet sar referenza għaliha fil-mistoqsijiet parlamentari 2279 u 1674 dwar l-Advisory Board tal-Fostering fil-fatt kienet tlestiet u li qiegħda fi stadju li jiġi kkompilat ir-rapport tal-istess inkjesta, jista’ l-Ministru jpoġġi dan l-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qed isiru preżentement fuq Triq Santa Maria, Ħal Tarxien? Jista’ jara li l-parti inizjali tal-istess triq tiġi rranġata wkoll?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2207 rigward il-bust tal-mibki pulizija Mark Farrugia, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ġiex restawrat jew le?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li x-xogħol fuq il-bust mistenni jkun lest sal-aħħar ta’ Frar.