Direttiva ta' SEVESO III – Toroq u żoni affettwati
Question
Jista' l-Ministru jqieħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista u pjanti tat-toroq u żoni illi huma affettwati bid-direttiva SEVESO III fil-ġurnata li fiha tiġi imwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri se jittieħdu peress li l-impjant tad-drenaġġ ta’ Għajnsielem, Għawdex, mhux qed ilaħħaq mad-domanda, bil-konsegwenza li qed ikun hemm leakages tad-drenaġġ fil-baħar ġewwa x-Xatt l-Aħmar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13702, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, u jagħti rendikont fuq ix-xogħol li sar sabiex titwaqqaf l-entità msemmija fid-Diving Strategy imnedija fl-2022 li tieħu ħsieb is-siti tal-għadis? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi data meta din mistennija li tiġi mnedija?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Minsteru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13703 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u jgħid jekk sarux xi preparamenti u jekk l-istakeholders, kemm pubbliċi u anke privati, kif ukoll l-NGOs hux ser ikunu ikkonsultati u/jew ikollhom rappreżentanza u/jew parteċipazzjoni fi ħdan l-entità msemmija fid-Diving Strategy biex din taqdi dmirha b’mod xieraq u kif mistenni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Minsteru kkonċernat.
Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Direct Order
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisiti u għala nħasset il-ħtieġa li permezz ta' Negotiated Procedure tinħareġ id-direct order 'MGP NP 04/2024 - Negotiated Procedure for the Provision of Technical Professional Services to the Ministry for Gozo And Planning'? Jista’ jgħid ukoll kemm hu l-valur ta' din is-sejħa, għall-kemm il-perjodu/żmien u fuq liema xogħlijiet/proġetti ser jingħataw dawn il-pariri tekniċi professjonali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din in-Negotiated Procedure tkopri diversi servizzi tekniċi għal diversi proġetti li qed jitwetqu mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar. Din in-Negotiated Procedure qed tiġi pproċessata skont l-artikolu 154(b)(ii) tal-LN 352/16. Il-valur tas-sejħa huwa stmat bir-rata ta’ €25.00 kull siegħa (VAT eskluż).
Xagħra, Għawdex – triq li twassal ir-Ramla l-Ħamra – xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema miżuri ta' sigurtà qed jittieħdu biex jiġi assigurat li jitneħħa l-periklu li hemm matul it-triq li twassal mir-Ramla l-Ħamra sax-Xagħra, Għawdex? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol marbut mas-sigurtà f'din it-triq, fosthom ix-xogħol relatat mal-bini taċ-ċint?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar diġà ġibed l-attenzjoni lill-kuntrattur sabiex dan ix-xogħol isir.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9144 dwar parti minn Triq Mons Ġużeppi De Piro fiż-Żebbuġ, Għawdex li madwar sena ilu bdiet iċċedi u tisfronda u fejn kien imwieġeb li ‘l-Perit imqabbad mill-Ministeru mar fuq il-post, u qegħdin isiru l-istudji meħtieġa sabiex din it-triq terġa' tinfetaħ lura għall-pubbliku’, peress li f'dawn l-aħħar xhur ingħalqet kompletament bil-barriers u fid-dawl li l-Ministeru tiegħu huwa responsabbli għat-toroq ta' Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid x’beħsiebu jagħmel fil-futur qarib? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' dawn l-istudji, kif ukoll ir-rapport li ħejja l-perit? Jista’ jgħid jekk fil-preżent hemmx periklu għar-residenti li għandhom id-djar fil-parti msemmija tat-triq? Meta hu ppjanat (xahar u sena) li jibda x-xogħol fuq din il-parti tat-triq, fiex ser ikun jikkonsisti u kemm hu stmat li ser jiġi jiswa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Perit ħejja d-disinn għall-bini mil-ġdid tat-triq u bħalissa qed isiru l-konsultazzjonijiet neċessarji mal-entitajiet qabel ma jiġi ffinalizzat id-disinn.
Servizzi ta' konsulenza legali – Kuntratt ta’ individwu
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt għal servizzi ta' konsulenza legali tal-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tiġi ppubblikata perjodikament fil-Gazzetta tal-Gvern.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16989, jista’ l-Ministru jikkjarifika għaliex it-tweġiba mogħtija f'din il-mistoqsija parlamentari hija kunfliġġenti mad-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, fejn filwaqt li d-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv kienet li 'Third party owned garages / parking bays should not be considered as part of the parking requirements" u din id-deċiżjoni ttieħdet fuq diversi applikazzjonijiet li ġew a konjizzjoni tal-EPC Board tal-Awtorità abbażi tad-deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, filwaqt li t-tweġiba tal-istess mistoqsija parlamentari tgħid li "Fil-każ li jkun qed jintilef garaxx jew spazju ta’ karozza li ma jkunx żejjed, l-applikant jintalab iħallas għall-UIF/CPPS biex jikkumpensa għal dak l-ispazju, u dan irrispettivament hux sid appartament jew aktar mill-blokka"?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10374 ta' din il-leġislatura, imwieġba nhar is-26 ta' Ġunju 2023, li fiha l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali kien qal li jinsab infurmat “mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera illi iċ-ċint in-kwistjoni qiegħed jipprotrudi fuq bankina pubblika” u li l-istess kunsill informa “lill-Awtorità tal-Ippjanar b’dan il-każ għal kull azzjoni meħtieġa minn naħa tagħhom.”, jista' l-Ministru jgħid x'ħidma saret minn dakinhar u x'passi ttieħdu sabiex il-bankina ma tibqax imblukkata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità m’għandhiex din il-kompetenza.
Fid-dawl li t-toroq kollha ġewwa Għawdex jaqgħu taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-valur tal-kuntratti ta’ bini ta’ toroq li kellhom l-offerta milqugħa fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 u kemm minnhom saru u kemm minnhom għadhom ma sarux?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar laqa' 7 offerti għall-bini ta’ toroq bejn is-snin 2020 u 2023. Il-valur tagħhom kien ta’ Euro 4,206,753.40 (VAT eskluż). Minn dawn ix-xogħlijiet, tlestew fuq 3 offerti, filwaqt li hemm ix-xogħlijiet għaddejjin fuq 2 offerti, u fuq 2 offerti x-xogħlijiet għadhom ma bdewx.
Fid-dawl illi Triq tal-Gidi fix-Xewkija taqa’ taħt ir-responsabilità diretta tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u peress li f'dawn l-aħħar disa' snin sar ħafna bini fiha, hi bla wiċċ u tinsab fi stat ħażin ħafna, jista’ l-Ministru jindika bejn wieħed u ieħor meta ser jibda x-xogħol ta' bini u rikostruzzjoni ta’ din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fi Triq tal-Gidi mistenni jsir fix-xhur li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm anzjani rġiel u nisa li jixtiequ jidħlu f'xi dar tal-anzjani ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm hi l-waiting list (f’tul ta' żmien) biex l-anzjani f'Għawdex ikollhom dan is-servizz mill-Gvern?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm sitta u ħamsin (56) applikazzjoni li jridu jiġu pproċessati. It-tabib ġerjatriku bħalissa għaddej bl-assessjar meħtieġ sabiex l-anzjani jkunu jistgħu jiġu ammessi fid-djar tal-anzjani.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tkun l-area totali f’metri kwadri mill-wied li ser tittieħed biex issir parti mill-proġett infrastrutturali tat-twessiegħ tat-triq li tagħti minn Marsalforn għar-Rabat Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tar-rikostruzzjoni tat-Triq ta’ Marsalforn mhux ser ikun qed jagħmel l-ebda intervent fuq il-wied, dan għaliex il-parti l-kbira tax-xogħol ħa jsir kollhu fuq it-triq eżistenti u biswit, apparti għall-ftuħ ta’ Triq Ġorġ Pisani. Fil-ftuħ tat-Triq Ġorġ Pisani il-wied xorta mhux ser ikun qed jintmess, għall-kuntrarju dan il-proġett ser ikun qed jinkludi sistemi ta’ immaniġjar tal-ilma aħjar, li ħa jtejbu l-istat eżistenti tal-wied.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17029 u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minuri, maġġuri u dawk illi jinħtiegu Environmental Impact Assessment għand l-Awtorità tal-Ippjanar fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari illi għadhom ma ġewx deċiżi wara li għadda ż-żmien stipulat mill-liġi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar qed tagħmel dak kollu possibbli sabiex l-applikazzjonijiet jiġu deċiżi b’mod aktar spedit.
Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar spezzjoni fi triq ġewwa Pjazza Salvatore Busuttil ġewwa Kerċem, peress li madwar sena ilu parti minn din it-triq bdiet tinfetaħ? Jista' jgħid ukoll jekk min għamel din l-ispezzjoni, ikkonfermax li ma hemm l-ebda periklu? Jekk iva, jista' jqiegħed kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li saret spezzjoni mill-Perit tal-Gvern u qed isiru d-diskuzzjonijiet meħtieġa sabiex issir ix-xogħol
Jista’ l-Ministru jgħid mit-tenders li nħarġu u ġew awarded fis-sena 2017 ġewwa Għawdex biex toroq jinbnew mill-ġdid jew jiġi rranġat l-asfaltar u/jew is-servizzi tat-triq, f’kemm minn dawn it-tenders inqabeż id-deadline stipulat sakemm tlestew u ġew iffinalizzati x-xogħlijiet, u f’kull każ jgħid b’kemm inqabeż?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.