Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #21514 Sitting 470 2021-06-03 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-karozza li tintuża minni hija BMW 520D. Din il-karozza hija mikrija b’rata ta’ €27.09 (VAT eskluż) kuljum.
Leg 13 PQ #21529 Sitting 470 2021-06-03 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ċena Gala — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif fit-13 ta' Settembru 2019 ingħatat direct order MF 100/19/9 fl-ammont ta' €42,250 barra l-V.A.T. għall-organizzazzjoni ta' ċena gala fl-okkażjoni tad-Dinja Mondjali tat-Turiżmu mentri fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14230 u 14880, intqal li din iċ-ċena swiet € 36,152.37 barra l-V.A.T., liema ammont kien jinkludi ħlasijiet oħra lil terzi minbarra l-persuna li ngħatat id-direct order?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-valur indikat ta’ €42,250 (VAT eskluż) huwa l-ammont massumu tal-kuntratt, filwaqt li l-ammont €36,152.37 (VAT eskluż) huwa l-ammont finali mħallas. Dan il-ħlas kien jiddependi minn numru ta’ nies li attendew.
Leg 13 PQ #21530 Sitting 470 2021-06-03 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Dar ta’ San Ġużepp — kirja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li d-Dar ta' San Ġużepp inkriet bil-kera ta' €60,000 fis-sena għal 30 u dan kif kien ħabbar il-predeċessur tiegħu l-Ministru Anton Refalo fis-17 ta' Diċembru 2013 (https://www.tvm.com.mt/mt/news/dar-san-guzepp-fghawdex-se-ssir-residenza-ghall-anzjani/ ) ? Jista' jgħid jekk hemmx żidiet fil-kera matul it-terminu tal-kirja? Jista' l-Ministru jpoġġi kopja tal-kuntratt tal-kera fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ingħatat fit-tweġiba tal-mistqosija parlamentari 2119.
Leg 13 PQ #21031 Sitting 469 2021-06-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

In-Nadur – Triq l-Imġarr – Project leader għall-proġett ta’ rikostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Project Leader (isem, kunjom u grad tal-individwu) tal-proġett ta' rikostruzzjoni ta' Triq Mġarr fin-Nadur?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-Project Leader tal-proġett huwa uffiċċjal tal-Ministeru għall-Għawdex.
Leg 13 PQ #21032 Sitting 469 2021-06-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn – Riġenerazzjoni tal-Menqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18380 u jgħid fil-proġett li għaddej bħalissa ta’ Riġenerazzjoni tal-Menqa fil-Promenade ta' Marsalforn jispjega fid-dettall fiex kienu jikkonsistu l-varjazzjonijiet jew Direct Orders li ngħataw fit-13 ta' Frar 2020, fit-2 ta' April 2020 u fit-8 ta' April 2020, min talab għalihom, kemm ġew jiswew, lil min ingħataw u min awtorizza dawn il-varjazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx iktar jew hemmx ippjanat li jkun hemm iktar variations u direct orders fuq dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #21033 Sitting 469 2021-06-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xiri tar-raba’ vapur tal-Gozo Channel

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18698 jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra f’liema xahar u sena hu ppjanat li toħroġ it-tender biex jinxtara r-raba' vapur tal-Gozo Channel u jgħid liema hu l-Vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dan l-iskop?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sabiex jagħmel riferenza għar-risposta li kienet ngħatat għal Mistoqsija Parlamantari numru 19150.
Leg 13 PQ #21034 Sitting 469 2021-06-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Fondazzjoni għas-Servizz tal-Ħarsien Soċjali u l-Ministeru għal Għawdex – Traineeship Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm imsieħba fit-Traineeship Scheme li tnediet bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali u l-Ministeru għal Għawdex? Jista jgħid kemm hemm ippjanati li jidħlu msieħba fit-Traineeship Scheme fil-ġimgħat li ġejjin?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 20528.
Leg 13 PQ #21112 Sitting 469 2021-06-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali – Services Gozo Directorate — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus sena b'sena li kienu vvutati għas-'Services Gozo Directorate' taħt il-Vot Kapitali għas-sena 2018, 2019 u 2020 tal-Ministeru għal Għawdex? Jista' jelenka l-inizjattivi u l-ammont ta’ finanzi li ntefqu fuq kull proġett u inizjattiva?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Leg 13 PQ #21485 Sitting 469 2021-06-02 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex- siġar u pjanti miżrugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet ta’ taħtu, mill-2008 sal-lum?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Leg 13 PQ #21525 Sitting 469 2021-06-02 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Buses Elettriċi — xiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-iskop li nxtraw tmien buses elettriċi fl-2019 bil-prezz ta' € 1.8 m wara s-sejħa tal-offerti CT 3245/2018? Min qed jopera dawn il-buses, fejn qed jintużaw u kemm qed jintużaw dawn il-buses?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li inxtraw sitt buses u mhux tmienja. Għall-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 16506
Leg 13 PQ #21526 Sitting 469 2021-06-02 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Dar ta’ San Ġużepp – servizzi professjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' servizzi professjonali ngħataw in konnessjoni mad-Dar ta' San Ġużepp li l-ħlas tagħhom ġie approvat mis-Segretarju Permanenti fl-20 ta' Diċembru 2019 referenza 0001442?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ingħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 15524.
Leg 13 PQ #21527 Sitting 469 2021-06-02 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Tenders — kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern il-lista tal-kuntratti tat-tenders dipartimentali mogħtija mid-direttorati fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex bejn l-1 ta' Lulju 2019 u l-31 ta' Diċembru 2020 skont l-Artikolu 111(2) tar-Regolamenti tal-2016 dwar il-Kuntratti Pubbliċi? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda kopja ta' dawn il-listi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni qed tiġi kkonsolidata, bil-publikazzjoni mistennija fil-ġimgħat li ġejjin
Leg 13 PQ #21528 Sitting 469 2021-06-02 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Summit dwar Intelliġenza Artifiċjali f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn u meta nżamm is-summit dwar l-intelliġenza artifiċjali f'Għawdex li għall-organizzazzjoni tiegħu l-Ministeru għal Għawdex ta € 100,000 (Direct Order approvata fit-23 ta' Settembru 2019)? Min kien eliġibbli li jattendi għal dan is-summit, x'kienet l-attendenza tiegħu u x'benefiċċju ħareġ minnu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
Leg 13 PQ #21025 Sitting 468 2021-06-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16888 u jgħid liema toroq f'Għawdex saru matul is-sena 2020 mill-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid f'kull każ it-tul tat-triq li saret bit-tarmak u f'kull każ jekk inbidlux is-servizzi kollha qabel saret it-triq bit-tarmak u jekk sarux culverts għall-ilma tax-xita kif ukoll culverts minn fejn jgħaddu s-servizzi kollha fl-istess toroq? Jista' jgħid f'kull każ kemm kienet l-ispiża fuq kull triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li bħal ma jaf hu stess, matul is-sena 2020 saru numru rekord ta’ toroq f’Għawdex. Għalhekk, nitlob lill-istess Interpellant jispeċifika għall-liema toroq qed jirreferi.
Leg 13 PQ #21026 Sitting 468 2021-06-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Il-Qortin – Osservatorju Astronomiku

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16889 li ngħatat fit-2 ta' Novembru 2019, jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi dwar ix-xogħol fuq Osservatorju Astronomiku fil-Qortin? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar għall-bini ta' dan l-Osservatorju?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda bini ġdid involut għaliex dan hu Osservatorju li jinħadem fi struttura waħda u li mbagħad titpoġġa fuq il-bejt tal-kmamar eżistenti li hemm fil-Qortin T’Isopu. L-istruttura tal-Osservatorju bħalissa qed tinħadem mill-kumpanija li rebħet is-sejħa għall-offerti.
Leg 13 PQ #21027 Sitting 468 2021-06-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Blue Lagoon – rinovar tat-Till

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar ir-rinovar (upgrading) tat-'Till' ġewwa l-Blue Lagoon li matul is-sena 2019 kien anke saħansitra ngħatat direct order għal konsulenza professjonali għalih?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli li tlabt sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba.
Leg 13 PQ #21028 Sitting 468 2021-06-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – persuni impjegati ma’ kuntratturi privati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17156 u jgħid kemm kien hemm persuni impjegati ma' kuntratturi privati u li kienu qed jagħmlu xogħol ta' Security Guards għall-Ministeru għal Għawdex jew entitajiet li jaqgħu taħtu u l-postijiet ġewwa Għawdex fejn kien qed jingħata dan is-servizz u f'kull post kemm kien hemm Security Guards u l-ħinijiet li kienu qed jagħtu dan is-servizz sena b'sena mis-sena 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża fuq dan is-servizz, jekk ingħatawx permezz ta' Tender jew Direct Order kif ukoll l-isem tal-kumpaniji li taw dan is-servizz sena b' sena mis-sena 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt sabiex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
Leg 13 PQ #21493 Sitting 468 2021-06-01 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – Triq l-Ewropa — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol biex titwessa' u titranġa Triq l-Ewropa, ir-Rabat, Għawdex li tinsab fi stat tal-biki?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li m’hemm l-ebda pjanijiet sabiex titwessa Triq l-Ewropa.
Leg 13 PQ #21006 Sitting 467 2021-05-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Iż-Żebbuġ – shooting range

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19975 u jgħid liema xogħol sar fuq ix-shooting range taż-Żebbuġ, Għawdex f’dawn l-aħħar erba’ snin? Kemm sewa dan ix-xogħol u jekk dan sarx b'direct order jew b’tender? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim dwar l-amministrazzjoni ta' din ix-shooting range mill-Gozo Clay Target Association? Jista’ jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu f'din ix-shooting range u min ħallas il-pagi ta' dawn il-ħaddiema, sena b'sena għal dawn l-aħħar erba’ snin? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' xogħlijiet hemm ippjanat li jsir fix-xhur li ġejjin f'din ix-shooting range?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sar l-ebda ftehim dwar l-amministrazzjoni tar-Range mal-kumitat preżenti – Gozo Clay Target Association. Ix-xogħlijiet ippjanati huma infrastrutturali u tisbieħ tal-post. Il-bqija tal-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #21007 Sitting 467 2021-05-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – contracts of services

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19573 u jgħid kemm ingħataw contracts of service mill-Ministeru tiegħu inkluż mid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Jannar 2020 sal-lum? Jista’ jagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament hemm għoxrin persuna ngaġġata fuq contract of service, b’perjodi ta’ kuntratt ta’ sena, bl-eċċezzjoni ta’ persuna waħda, li l-kuntratt tagħha jintemm hekk kif ix-xogħol relatat ikun komplut. Il-ħlas tal-persuni konċernati, b’konformità mar-regolamenti tal-Gvern, hu skont id-dmirijiet li huma assenjati lilhom.