Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9526 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Interim From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġetti li se jitwettqu f'Għawdex

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9044 u jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, il-proġetti, l-iskemi u x-xogħlijiet li d-Dipartimenti tal-Gvern u l-entitajiet, l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex, sena sena minn din is-sena sal-2013? Jista’ jidentifika liema minnhom se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9527 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — proġett infrastrutturali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5947, jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar s'issa fuq l-applikazzjoni msemmija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9564 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Direttiva ta' l-Unjoni Ewropea — Ħarsien ta' l-Ilma mit-Tniġġiż - Nitrati

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7795 li saret mill-kollega tiegħi l-Onor. Leo Brincat, jista' l-Prim Ministru jipprovdi d-dokument imsemmi fir-risposta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Avviż Legali Numru 233 tas-sena 2004, paragrafu Numru 6, li deher fis-Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta’ Malta Nru. 17,574 tat-30 ta’ April, 2004 u li huwa d-dokument imsemmi fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 7795.
Leg 11 PQ #9666 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema mal-Korpi Governattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9374 u 9200 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-persuni li daħlu mil-Korpi Governattivi qabel l-1979 jitilfu dawk is-snin meta jiġu biex jieħdu l-pensjoni u l-benefiċċji l-oħra? Jagħmel sens li xi ħadd li daħal fil-korpi qabel l-1979 u xi ħadd li ħadem direttament mal-Gvern qabel l-1979 ma jiggwadanjawx mill-istess benefiċċji ta' pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9669 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Interim From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pembroke — Kunsill lokali - ħlas

Question

In vista tar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8852 u ġaladarba dawn l-attivitajiet saru matul is-sena li għaddiet, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-kunsill rrifonda l-flus li tħallsu anke għal drabiet oħra, fejn intwerew logħbiet tal-football bil-ħlas, skond il-flyers li ntbgħatu fid-djar ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9720 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Interim From: GEORGE VELLA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Conciliation Committee

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi Membru Parlamentari Ewropew Malti fid-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li ħadet sehem fil-Conciliation Committee li nżamm dwar in-nuqqas ta' qbil rigward il-Working Time Directive li nżamm fl-aħħar ta' April li għadda? Jekk kien hemm, min kien, u x'pożizzjoni ħa fuq din il-kwestjoni? Nistaqsi wkoll x'pożizzjoni ħadet Malta fil-Kunsill li ħa sehem f'dan il-Conciliation Committee u jekk il-Gvern Malti kienx jifforma parti mill-blockup minority fil-Kunsill li ħasset li kull attentat biex titneħħa l-fakultà ta' opt out mid-Direttiva dwar working time ma kienx aċċettabbli? Fi kwalunkwe każ, x'kienet il-pożizzjoni meħuda minn Malta f'dan il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9722 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bini mill-ġdid tal-kmamar fl-Armier

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ftehim li fil-ġejjieni ser ikunu mwaqqa' l-kmamar fl-Armier u jinbnew oħrajn ġodda? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi ftehim ma' xi assoċjazzjoni tas-sidien tal-kmamar li jobbliga s-sidien tal-kmamar preżenti li jridu jkunu bilfors membru ta' l-assoċjazzjoni? Jekk l-assoċjazzjoni hiex meħtieġa li tagħmel il-kontijiet tagħha pubbliċi? Hemmx xi drittijiet għas-sidien tal-kmamar kemm jekk huma membri ta' l-assoċjazzjoni jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9747 Sitting 131 2009-06-22 Oral · Interim From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Barriera — permess għar-radam

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid u jispjega jekk sid il-barriera li dettalji tagħha qed jinbagħtu seperatament, għandux il-permessi li flok jitfa' r-radam fil-barriera jgħolli mad-dawra l-barriera bir-radam u jgħola 'l fuq mil-livell tat-triq? Jara l-Ministru li dan huwa abbuż sfaċċat fil-pubbliku?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #3993 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Minisitru — Direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7721.
Leg 11 PQ #4296 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct Orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3993 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7721.
Leg 11 PQ #4578 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4296 u 3993 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Prim Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7721.
Leg 11 PQ #7490 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Minisitru — Direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3993 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli għalih u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7721.
Leg 11 PQ #7922 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sidien tal-caravans — Permess temporanju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jagħti permess temporanju lis-sidien tal-caravans biex is-sajf li ġejt jagħmlu użu mill-post ta' Baħar iċ-Ċagħaq, peress li l-postijiet identifikati mill-Gvern għadhom ma sarux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8450.
Leg 11 PQ #7985 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ċittadini Iżraeliti li żaru lil Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Iżraeliti li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8730.
Leg 11 PQ #7986 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ċittadini Amerikani li żaru lil Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Amerikani li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8728.
Leg 11 PQ #7987 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ċittadini Afrikani li żaru lil Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Afrikani li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8727.
Leg 11 PQ #7989 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ċittadini Ġappuniżi li żaru lil Malta

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm fil-fatt kien in-numru ta' ċittadini Ġappuniżi li żaru lil Malta s-sena li għaddiet? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawn l-aħħar 10 snin sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8726.
Leg 11 PQ #8127 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konsulenti — sigħat tax-xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7202 u jagħti rapport ta' x'inhu mistenni li jkun ix-xogħol li għandhom il-konsulenti li għandhom f'kull ministeru? Huma marbutin ma' sigħat ta' xogħol jew ħidma produttiva? Il-ħlasijiet tagħhom huma fissi jew ivarja skond il-ħin li jagħtu fil-konsulenza tagħhom? Il-ħlas huwa miftiehem minn qabel jew dawn jibagħtu l-kont wara li jlestu x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7202.
Leg 11 PQ #8130 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konsulenti li jaħdmu mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7198 u jgħid kemm għandu konsulenti miegħu bħala Gvern, ministeru b'ministeru? Kemm għandhom salarju dwan il-konsulenti? Għandhom benefiċċji oħra barra s-salarju? Dawn il-konsulenti huma b'kuntratt jew le? Kemm huma twal dawn il-kuntratti li għandhom il-konsulenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7198.
Leg 11 PQ #8415 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — servizz tal-internet

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern mal-Ministeru inkluż s-segretarjat tal-Ministru li għandu servizz tal-internet mhux provdut mill-MITTS? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8684.