Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #10047 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Interim From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — sorsi alternattivi ta' enerġija

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti s-segwenti informazzjoni: 1) X'kienu l-inizjattivi li ħa l-Prim Ministru u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu biex jutilizzaw alternative sources of energy fl-uffiċini u dipartimenti tagħhom rispettivament? 2) X'tip ta' teknika ġiet utilizzata minn kull dipartiment li implimenta tali inizjattivi? 3) Fejn ġew implimentati tali inizjattivi, jekk dawn ġewx effetwati billi inħarġet call for tendering jew jekk ix-xogħol ingħatax permezz ta' direct order? 4) F'kull każ jekk b'direct order u/jew b'sejħa għall-offerti kemm kien l-ammont ta' kull tender jew direct order? 5) Lil liema kumpannija jew persuna ingħatat kull tender jew direct order? Din l-informazzjoni qed tiġi mitluba għas-snin 2007, 2008 u sal-aħħar ta' Mejju 2009.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6418 Sitting 136 2009-07-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sheffield United — sponsorship

Question

Peress li t-team tax-Sheffield United qed jitlob li jerġa’ jiġi sponsorjat mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta għal sena oħra, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dan l-isponsorjar hux se jerġa’ jsir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6419 Sitting 136 2009-07-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sheffield United — Sponsorship

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien jiswa’ l-isponsorship ta’ sena lit-team tax-Sheffield United li sar mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9616 Sitting 136 2009-07-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — full complement

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-full complement fl-Armata u jekk l-Armata għandhiex il-full complement? F'liema ranks hemm nuqqas u meta hemm il-ħsieb li dan jimtela'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-establishment approvat tal-Forzi Armati ta’ Malta huwa ta’ 1954 persuna uffiċjal u suldati mqassmin kif muri fit-tabella hawn taħt: Ranks Full Complement Brigadier 1 Colonel 6 Lt Colonel 13 Major 35 Captain 32 Subaltern 42 WO 1 28 WO 2 RQMS 4 WO 2 62 SSgt 125 Sgt 169 Bdr 309 LBdr 387 Gnr 741 Officer Cadets N/A Recruits N/A Jeżistu vakanzi f’diversi ranks fosthom ta’ Maġġuri, Subalterni, Warrant Officer 2, Staff Sergeants, Bumbardiera, Lance Bumbardiera u Gunners. Sejħiet għall-ingaġġ ta’ suldati ġodda jsiru fuq bażi regolari u għaldaqstant il-mili tal-vakanzi jiddependi fuq in-numru ta’ applikanti u kemm minn dawn jirnexxilhom itemmu b’suċċess it-taħriġ tagħhom. Ta’ min isemmi li aktar tard din is-sena hemm pjanat li jiġu ngaġġati aktar rekluti li għadhom kemm temmew il-proċess ta’ selezzjoni wara sejħa għall-applikazzjonijiet li saret fil-gazzetta tal-Gvern tat-3 ta’ Ottubru 2008.
Leg 11 PQ #9617 Sitting 136 2009-07-01 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Armata — promozzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fuq liema kriterji kienu jsiru u qed jsiru preżentament il-promozzjonijiet fl-Armata? Jista' jgħid meta saru l-aħħar promozzjonijiet u jekk dawn il-kriterji msemmija kenux użati fl-aħħar promozzjonijiet li ngħataw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kriterji li fuqhom jingħataw il-promozzjonijiet fl-Armata huma rregolati mill-Kondizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta li jistabbilixxu li l-promozzjoni għandha ssir skond rakkomandazzjoni bbażata fuq effiċjenza, anzjanità, kwalifiki u għażla biex timtela vakanza. L-aħħar promozzjonijiet ġew ippublikati f’Mejju ta’ din is-sena u saru b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2008.
Leg 11 PQ #9767 Sitting 136 2009-07-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — proġetti kapitali - fast track

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’sar s’issa biex proġetti kapitali għal Għawdex jitpoġġew fuq fast track?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex issir referenza għar-risposti li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 9482 u numru 7565 fuq l-istess tema. Il-Kumitat Reġjonali għall-Għawdex għandu rwol li jressaq rakkmandazzjoniet. Il-proċess maqbul bejn il-membri kollha tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex jitratta konsolidament tar-rakkmandazzjoniet kollha f’kuntest soċjo-ekonomiku u amjentali f’rapport dettaljat. Fil-ġimgħat li ġejjin dan ir-rapport ħa jitressaq quddiem il-Kunsill Malti għall-Iżvillup Ekonomiku u Soċjali u finalment għall-kunsiderazzjoni tal-Gvern.
Leg 11 PQ #9768 Sitting 136 2009-07-01 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — feasibilty study fuq airstrip

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk itteħdux xi passi biex isir feasibility study dwar il-bini ta’ airstrip f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x’passi ttieħdu? Jekk fin-negattiv, għaliex ma sarx feasibility study dwar dan il-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex issir referenza għar-risposti li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 9482 u numru 7565 fuq l-istess tema. Wara li jkun rċieva r-rapport mingħand il-Kumitat Reġjonali għal Għawdex msemmi f’risposta parlamentari numru 9767, il-Gvern jiddeċiedi kif għandu jimxi u f’dan l-istadju mhux jeskludi li jsiru l-istudji neċessarji biex tittieħed l-aħjar deċiżjoni f’kuntest aktar wiesa’.
Leg 11 PQ #9919 Sitting 136 2009-07-01 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Reform u Minerals Advisory Board

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-konsulenti jew advisors li għandu fuq il-MEPA reform? Min huma l-membri tal-MEPA minerals advisory board?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9920 Sitting 136 2009-07-01 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bozoz Energy Saving

Question

B'referenza għat-tqassim tal-bozoz energy saving, jista' l-Prim Ministru jippreċiża jekk dawn humiex se jingħataw skont il-familja jew skont l-ammont tal-meters tad-dawl u l-ilma li kull familja jkollha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9924 Sitting 136 2009-07-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tnaqqis fit-titjiriet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid huwiex minnu li l-qagħda fis-settur turistiku lokali hija tali li l-British Airways naqqset it-titjiriet tagħha b'erba' flights fil-ġimgħa fl-istaġun tax-xitwa u probabbilment tnaqqas erba' flights kuljum fl-istagun tas-sajf ? Jirriżultalu l-Prim Ministru li quddiem dan l-impatt negattiv fuq is-settur turistiku lokali, il-Gvern Malti warrab ukoll it-talba ta' Ryanair sabiex tiftaħ flotta f'Malta u topera għal 12-il destinazzjoni ġdida li l- AirMalta ma tlaħħaqx u b'dan il- commitment iġġib 300,000 turist fix-xitwa u 300,000 turist fis-sajf , u dan billi irrimedja u żied żewġ titjiriet bl- AirMalta għal Londra kuljum biex jilqgħu kemm għat-titjiriet li naqqset il- British Airways u għat-telf tal-opportunità tas-suq li Ryanair riedet tiżviluppa f'Malta? Jekk huwa l-każ, jista’ l-Prim Ministru jirrifletti u jinvestiga mill-ġdid il-pożizzjoni tal-Gvern Malti u dan bil-għan li tiġi evitata l-agħar kriżi f'din l-industrija li laqtet lil pajjiżna b'mod partikolari bis-sitwazzjoni attwali fl-inħawi ta' Bugibba, Qawra, San Pawl il-Bahar u l-Mellieħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-mistoqsija sottomessa fiha numru ta’ inkonsistenzi u żbalji. Id-deċiżjoni tal-British Airways li twaqqaf is-servizz lejn Malta mix-xitwa li ġejja ma kienx motivat minn fatturi lokali biss iżda minħabba l-kriżi enormi internazzjonali li qedgħa taffetwa t-turiżmu dinji. Fil-fatt, flimkien ma’ Malta, l-BA se twaqqaf ukoll numru ta’ titjiriet lejn destinazzjonijiet kbar fi Spanja bħal Palma, Barċelona u Madrid. Iċ-ċifri kkwotati fuq titjiriet inqas “kuljum” mill-British Airways għal dan is-Sajf u titjiriet iżjed “kuljum” mill-Airmalta ma jirriżultawx li huma korretti. L-anqas huwa korrett li wieħed iħallat din id-deċiżjoni ma’ proposti sottomessi minn linji tal-ajru oħrajn, li għadhom qed jiġu evalwati għal mertu tagħhom. L-istrateġija tal-gvern fil-qasam ta’ aċċessibilita bl-ajru hija waħda mibnija fuq bilanċ sostenibbli li jfittex li jkabbar is-suq mingħajr, kemm jista’ jkun, ma jżarmax knisja sabiex jibni oħra. Malta teħtieġ l-akbar wesgħa ta’ servizzi bl-ajru legacy, kif ukoll low cost, apparti t-titjiriet charter mill-operaturi tal-ivvjaġġar. Huwa frott ta’ din l-istrateġija li rnexxielna nżommu l-air-seat capacity għal dan is-sajf fl-istess livell tas-sena l-oħra, meta destinazzjonijiet kompetituri tagħna qedgħin jiffaċċjaw tnaqqis drastiku fl-aċċessibilita’ tagħhom.
Leg 11 PQ #8062 Sitting 134 2009-06-30 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu — investiment

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu mistenni li jkun l-investiment li ser tagħmel l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta fil-lokalitajiet turistiċi, u ta' importanza turistika, matul din is-sena? Liema proġetti oħra huma ppjanati li jsiru, fejn ser isiru, u kemm hu mistenni li jqumu dawn il-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-MTA għandha programm ta’ investiment fil-prodott li jvarja minn immaniġġjar ta’ bajjiet sa proġetti ta’ tisbiħ (product upgrading). Fost il-proġetti li qed taħdem fuqhom l-MTA bħalissa hemm dawn li huma miġburin f’lista u qed inpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #9589 Sitting 134 2009-06-30 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nies li jaħdmu mal-gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm iddaħħlu nies jaħdmu mal-Gvern matul is-sena 2008? F'liema setturi dawn idaħħlu jaħdmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi kien hemm 1337 persuna li ġew ingaġġati għall-ewwel darba matul is-sena 2008, maqsumin f’dawn il-kategoriji: 210 fis-settur tas-saħħa; 471 fis-settur tal-edukazzjoni; 239 fi gradi klerikali u amministrattivi; 21 fuq bażi ta’ back to back ; 111 fis-segretarjati privati tal-Ministri/Segretarji Parlamentari peress li l-kuntratti fil-Ministeri preċedenti ġew terminati ma’ l-elezzjoni; kif ukoll 277 f’kategoriji oħra. Ta’ min jgħid ukoll illi matul l-istess perjodu, 1782 persuna temmew l-impjieg tagħhom minn mas-Servizz Pubbliku.
Leg 11 PQ #9811 Sitting 134 2009-06-30 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema mal-Korpi Governattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9666, 9374 u 9200 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-persuni li daħlu mil-Korpi Governattivi qabel l-1979 jitilfu dawk is-snin meta jiġu biex jieħdu l-pensjoni u l-benefiċċji l-oħra? Jagħmel sens li xi ħadd li daħal fil-korpi qabel l-1979 u xi ħadd li ħadem direttament mal-Gvern qabel l-1979 ma jiggwadanjawx mill-istess benefiċċji ta' pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9336 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali li ġew devoluti lilhom libreriji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li ġew devoluti lilhom il-libreriji, jiġifieri li issa l-libreriji jaqgħu taħt il-kunsilli lokali? Meta ħarġet id-devoluzzjoni ta' kull librerija? Kemm fadal kunsilli lokali li qed jistennew id-devoluzzjoni ta' librerija li tinsab fil-lokal tagħhom ? Liema huma dawn il-kunsilli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, lista li turi dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom librerija devoluta lilhom kif ukoll meta saret din id-devoluzzjoni. Mis-68 Kunsill Lokali, 49 minnhom diġà għandhom librerija devoluta lilhom. Skont ma jien infurmat, il-Kunsill Lokali ta’ Paola bħalissa qed jagħmel l-arranġamenti biex huwa wkoll ikollu devoluzzjoni ta’ librerija.
Leg 11 PQ #9342 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali li għamlu ġemellaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta twaqqfu l-kunsilli lokali kemm hemm u liema huma l-kunsilli lokali li għamlu ġemellaġġ? Meta sar dan il-ġemellaġġ u ma’ min? Liema huma l-kunsilli lokali li applikaw għall-ġemellaġġ u fil-preżent qed tiġi proċessata din l-applikazzjoni? F'dan ir-rigward liema huma l-kunsilli lokali u ma’ liema pajjiż iridu jagħmlu l-ġemelaġġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi li juru: (a) dawk il-Kunsilli li għandhom ġemellaġi u (b) dawk il-Kunsilli li għandhom l-approvazzjoni biex jagħmlu ġemellaġġ imma s’issa għadhom ma ffirmawx tali ġemellaġġ. Bħalissa hemm ħames applikazzjonijiet li qed jiġu ipproċessati: Marsaskala ma’ Douzelage fi Spanja Għarb mal-Communita’ Collinare Coli Tortonesi u Veglie fl-Italja Mdina ma’ Zaragosa fi Spanja Mtarfa ma’ Arvidsjaur fi Svezja Mellieħa ma’ Agia Napa f’Ċipru
Leg 11 PQ #9405 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Xemxija — Żbir ta' siġar

Question

Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex is-siġar li hemm matul it-triq prinċipali (fejn hemm is-siġar taż-żebbuġ) fil-bajja tax-Xemxija, jinżabru u l-art ta' taħthom titnaddaf u tinħarat qabel ma jkun hemm xi ħadd li jiddeċiedi li jagħti n-nar lil dawn is-siġar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għas-siġar li hemm qabel tidħol fir-Reżerva Simar, skont informazzjoni miksuba mid-Dipartiment tal-Artijiet, il-Birdlife Malta għandhom titlu ta’ din l-art.
Leg 11 PQ #9427 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Furjana — żbir ta' siġra taż-żebbuġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9263 u 8832 li oriġinarjament saru lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġew riferuti lilu u jara li tinżabar siġra taż-żebbuġ li l-friegħi tagħha qegħdin jostakolaw lin-nies li jitilgħu t-taraġ fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat mill-Kunsill Lokali Floriana illi għalkemm mhuwiex żmien ideali biex isir żbir ta’ siġar taż-żebbuġ, din is-siġra inżabret b’tali mod li ma baqgħetx ta’ ostakolu għan-nies li jitilgħu t-taraġ fiċ-Ċentru tas-Saħħa.
Leg 11 PQ #9514 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għandhom applikazzjoni quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9727 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema dwar l-aċċessibilità

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9335 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġiet riferuta lilu, u jagħti d-dettalji li ġew mogħtija lill-kunsilli lokali fuq l-iskema dwar l-aċċessibilità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9729 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Interim From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Bini ta' websites

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-dekasteru tiegħu, d-dipartimenti, l-entitatjiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu għamlux użu minn kumpanniji privati jew soċjetajiet kummerċjali sabiex jinbnew websites matul din l-aħħar sena? Min kienu l-magħżula? X'kienet l-ispiża? Inħarġet sejħa għall-offerti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.