Uffiċċju tal-Prim Ministru — Għawdxin maħtura f'bordijiet
Question
Jista` l-Prim Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin maħtura f'bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jgħid min huma? Xi rwol għandhom fi ħdan il-bord? Meta saret il-ħatra u kemm hu l-onorarju li jitħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm tmien persuni Għawdxin li qed iservu fuq bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Tnejn minn dawn il-persuni jirrappreżentaw korpi kostitwiti jew partiti politiċi filwaqt li s-sitta l-oħra huma nominati minn ministeri jew awtoritajiet tal-Gvern. Dawn il-persuni kollha għandhom ħatra bħala membri. Informazzjoni dwar il-bordijiet li fuqhom iservu dawn il-membri, id-data tal-aħħar ħatra u r-remunerazzjoni li jirċievu hija miġbura f’din il-lista:
Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar
21/12/2007
€2,620
Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta
11/07/2008
€1,211 fis-sena + €93.17 kull seduta
Bord tal-Fond għall-Ħarsien tal-Ambjent
31/11/2005
Xejn
Bord Mediku Kummissjoni Elettorali
23/05/2005
€2,329,40
Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann
31/07/2006
Xejn
Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (żewġ membri)
29/09/2008
Xejn
Kumitat għall-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrali tat-Tniġġiż
12/10/2007
Xejn
Il-kriterji li fuqhom jiġu magħżula l-membri li jinħatru fuq bordijiet governattivi ma jinkludux il-lokalità tat-twelid ta’ indvidwu imma dawn il-ħatriet huma bbażati prinċipalment fuq il-kwalifiki u l-kapaċitajiet tal-persuna. Għaldaqstant, ma nħossx li huwa ta’ interess pubbliku li jiġu identifikati xi membri speċifiċi ta’ dawn il-bordijiet jew li jiġi mxandar il-post ta’ twelid tagħhom. Meta tiġi ppublikata il-kompożizzjoni ta’ bordijiet, jiġu imħabbra l-ismijiet tal-membri kollha mingħajr ma tingħata data personali eċċessiva dwar membri partikolari.
Studenti li jaħdmu mal-Istitut għal Studji Turistiċi
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentement in-numru ta' studenti li qed jattendu xi taħriġ fl-Istitut għal Studji Turistiċi? Minn liema lokalità huma dawn li qed jattendu dan it-taħriġ? Kemm minnhom fil-fatt diġà jaħdmu ma' xi waħda mill-lukandi li għandna f'Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Salarju ta' DCC
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li għandhom il-post ta' DCC? Kemm għandhom salarju annwali dawn il-ħaddiema kull wieħed?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Persuna li mhix perit
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk matul dawn l-aħħar xhur fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kienx hemm rapport dwar persuna jew persuni partikolari, li mhumiex periti, u li regolarment kienu qed jidhru f'isem applikanti biex isegwu l-ħruġ ta' compliance certificates f'inħawi differenti f'Malta u partikolarment f'areas outside development zone? Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk fil-każijiet li għalihom dehret din il-persuna kienx hemm xi rregolaritajiet fl-applikazzjoni għal compliance certificate?
Salina, San Pawl il-Bahar u l-Għadira — Caravan site
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fis-Salina, San Pawl il-Bahar u l-Għadira hux se jsir caravan site? X'kundizzjonijiet se jkun hemm għal dawk li jridu jagħmlu użu minn din iż-żona? Jista' jgħid jekk dawk li kellhom caravan li kien poġġut is-Salina humiex ser jingħataw preferenza biex jagħmlu użu minn din is-site? Kemm ġejja tiswa l-kera biex jagħmlu użu minn dan il-post?
Jista' l-Prim Ministru jgħid fejn hawn permess li jsir camping f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid jekk dan il-permess huwiex għall-kampijiet tal-canvas jew għall-caravans ukoll? Hemm xi ħlasijiet relatati ma' dan il-permess?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9793 u jgħid:
1) Kemm huwa l-ammont ta' kunsilliera li ġew eletti fl-aħħar round tal-kunsilli lokali li għandhom l-età ta' bejn it-18 u l-25 sena?
2) Kemm huwa l-ammont ta' kunsilliera li ġew eletti fl-aħħar round tal-kunsilli lokali li għandhom l-età ta' bejn is-26 u l-35 sena?
3) Ma' liema partit jappartjenu?
4) Kemm minn dawk indikati f'punt (1) u (2) huma nisa? Ma' liema partit jappartjenu?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu l-kriterju li bih id-dipartiment tal-kunsilli lokali jwaqqaf proġetti ta' ġemellaġġ bejn kunsill lokali u xi entità simili fl-Ewropea u barra dan il-kontinent? Kemm kien hemm każi ta' ġemellaġġi li ġew imblukkati mid-dipartiment u liema kienu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-kriterji li l-Kunsilli Lokali huma mistennija jimxu magħhom sabiex jagħmlu ġemellaġġi ma’ xi entità simili f’xi pajjiż ieħor huma dawk stabbiliti fl-Avviż Legali 144 ta’ l-2009.
Dawn ir-Regolamenti huma speċifikament dwar Ġemellaġġi u huma bbażati fuq
policy
li kienet ġiet stabbilita permezz ta’ Memo 13/2008 mibgħuta lill-Kunsilli Lokali kollha fit 18 ta’ Ġunju 2008. Din il-
policy
kienet ġiet stabbilita wara diskussjonijiet twal ma’ l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-Memo 13/2008 u ta’ l-Avviż Legali 144 ta’ l-2009. Il-Kunsilli Lokali li jagħmlu talbiet għall-ġemellaġġi għandhom jimxu strettament mar-rekwiżiti ta’ l-Avviż Legali b’mod partikolari mar-Regolament 4.
Kien hemm każ wieħed biss ta’ talba għall-ġemellaġġ li ma ssodisfatx il-kriterji imsemmija fl-Avviż Legali. Din kienet it-talba mill-Kunsill Lokali ta’ Pembroke mal-belt ta’ Anning fiċ-Ċina.
Ir-raġunijiet għar-rifjut tat-talba huma:
1) il-fatt li l-Kunsill ma bgħatx Twinning Work Plan kif ukoll ma tax stima totali tal-ispejjeż involuti fl-imsemmi ġemellaġġ;
2) il-fatt li minkejja li l-Kunsill ma kellu l-ebda awtorizzazzjoni bil-mitktub għal dan il-ġemellaġġ, il-Kunsill kien għamel it-tħejjijiet kollha għaż-żjara fiċ-Ċina; u
il-fatt li minkejja li fil-komunikazzjoni tad-dipartiment intalab speċifikament li kull komunikazzjoni mill-Kunsill relatata ma’ dan is-suġġett, iġġib il-firma kemm tas-sindku kif ukoll tas-Segretarju Eżekuttiv, xorta waħda kull korrispondenza baqgħet tiġi ffirmata biss mis-Sindku.
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 9844, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-persuna msemmija?
Ħlas lill-perit — sit tat-teatru rjal u Bieb il-Belt
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallas il-perit Renzo Piano sabiex jipproduċi il-concept design għas-sit tat-Teatru Rjal u Bieb il-Belt li ġie ppreżentat fil-pubbliku? Kemm tħallas s'issa?
Teatru Rjal u Bieb il-Belt — infromazzjoni dwar il-proġett
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9840 u cioè: B'referenza għal proġett imħabbar għas-sit tat-Teatru Rjal u Bieb il-Belt, jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li se jinbeda x-xogħol? Kemm hu stmat li ġej jiswa dan il-proġett? Liema fondi se jintużaw għal dan il-proġett?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9811, 9666, 9374 u 9200 u jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-persuni li daħlu mil-Korpi Governattivi qabel l-1979 jitilfu dawk is-snin meta jiġu biex jieħdu l-pensjoni u l-benefiċċji l-oħra? Jagħmel sens li xi ħadd li daħal fil-korpi qabel l-1979 u xi ħadd li ħadem direttament mal-Gvern qabel l-1979 ma jiggwadanjawx mill-istess benefiċċji ta' pensjoni?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9798 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jiddikjara għaliex l-Employment Commission imwaqqfa taħt il-Kostituzzjoni biex tħares lill-ħaddiema tal-Gvern kontra abbużi ta' diskriminazzjoni politika, mhijiex komposta? Jaf li dan kollu wassal biex il-kawżi kollha li kien hemm quddiem l-Employment Commission ġew tronkati intempestivament? Jaħseb li dan fih innifsu huwa inaċċetabbli f'soċjetà demokratika fejn suppost flimkien kollox possibbli? Għaliex l-Employment Commission mhijiex komposta? Jekk hi kwistjoni ta' appuntar ta' membri, għaliex ma sarx kollox minn qabel biex din iċ-ċirkostanza tant infeliċi ma tavverrax ruħha? Kemm ġew diferiti seduti minħabba n-nuqqas ta' kompożizzjoni? X'se jagħmel biex illum qabel għada l-Employment Commission terġa' tkun komposta skont ma trid il-Kostituzzjoni? Kemm ġew deċiżi kawżi quddiem l-Employment Commission bejn l-1998 u llum? Kemm minnhom kienu favur ir-rikorrent u kemm minnhom inqatgħu kontra r-rikorrent?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-process biex tiġi komposta il-Kummissjoni dwar l-Impjiegi għandu jiġi konkluż fil-ġranet li ġejjin.
Minħabba n-nuqqas ta' komposizzjoni, tlett seduti ġew differiti. Quddiem il-Kummissjoni dwar l-Impjiegi gew deciżi għaxar kawżi bejn l-1998 u llum. Tlieta minn dawn kienu favur ir-rikorrent, filwaqt li s-sebgħa l-oħra kienu kontra r-rikorrent.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — skedar ta' propjetà,
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta beda l-iskedar ta' propjetà, siti eċċ. pubbliċi u privati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Minn dakinhar 'l hawn, liema hi dik il-prorpjetà, sit eċċ li ġie skedat sena b'sena, lokalità, lokalità? F'liema grad kull proprjetà jew sit ġie skedat? Xi jfisser kull grad ta' skedar?
Hemm ħsieb li jkunu skedati proprjetajiet jew siti oħra din is-sena jew fis-snin li ġejjin? Liema huma dawn il-proprjetajiet, siti, eċċ? F'liema lokalitajiet qegħdin? Meta hemm il-ħsieb li jkunu skedati? X'moniteraġġ tagħmel l-Awtorità biex tassigura li r-rekwiżiti fl-iskedar ta' tali proprjetajiet jew siti, eċċ. ikunu mħarsa?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid bejn is-snin 1992 u 1998 kemm inħarġu permessi għal Outside Development Zone u min kien iċ-Chairman tad-Development Control Commission f’dak il-perijodu?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9634 u 9499 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jara li jitmexxa l-każ fuq il-kunsens tal-familja li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, peress li qiegħed ikun hemm ħafna problemi ta' telf ta' ittri?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nifhem li l-kumpanija in kwestjoni hija privata u għalhekk nissuġerixxi sabiex l-Onorevoli Interpellant jissuġerixxi li l-individwu in kwestjoni sabiex iressaq dan l-ilment lil din il-kumpanija.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9867 u jispjega lill-Parlament x'inhi l-qagħda li jinsab fiha l-ilma tal-Magħluq f'Wied il-għajn ? Għaliex il-ħut tal-Magħluq qed imut kollu? Possibbli l-Gvern m'għandux pjan ta' azzjoni konkreta biex dan il-post potenzjalment tant sabiħ f'Wied il-Għajn jisbieħ? Jekk għandu, jista' jpoġġi l-istudji tal-Gvern fuq dan is-settur fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista l-Prim Ministru jgħid x'passi qed jieħu sabiex jkun żgurat li performance bonus li jingħata mid-Direttur Ġenerali ta' CCD lid-diretturi, assistenti diretturi u gradi oħra huwa wieħed ġust? Kemm hu l-perċentaġġ massimu li jista' jingħata? X'inhuma l-kriterji li fuqhom jingħata l-bonus? Jista' jassigura li l-kriterji huma ġusti u li qed jitħaddmu fuq kulħadd l-istess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Performance Reviews u l-bonsuses proposti kollha jiġu diskussi u kkunsidrati mis-Segretarji Permanenti tal-Ministeri rispettivi. Wara li jsir dan il-proċess, il-performance bonuses proposti mill-Ministeri jintagħtu għall-kunsiderazzjoni u l-approvazzjoni tas-Segretarju Permanenti Ewlieni.
Jekk uffiċjal ma jaqbilx mal-assessment jew il-
performance bonus
li jkun ingħatalu mir-
Reviewing Officer
tiegħu u l-kwistjoni ma tiġix risolta bejniethom, l-uffiċjal għandu d-dritt li jappella billi jikteb lis-
Senior Reviewing Officer
tiegħu.
Il-persentaġġ massimu tal-
performance bonus
huwa ta’ 15%.
Il-
performance bonuses
jingħataw fuq kriterji stabbilit (Anness ‘A’) u a bażi ta’ riżultati miksuba skond kif provdut fil-kuntratt li l-uffiċjali għandhom fil-pożizzjoni li jokkupaw. Barra minn hekk is-Segretarju Permanenti Ewlieni kull sena joħroġ ċirkolari b’liji gwida u struzzjonijiet għall-
performance review
tas-sena u għall-
performance planning
tas-sena li tkun tmiss.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9722 u jgħid jekk hemmx xi ftehim li fil-ġejjieni ser ikunu mwaqqa' l-kmamar fl-Armier u jinbnew oħrajn ġodda? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi ftehim ma' xi assoċjazzjoni tas-sidien tal-kmamar li jobbliga s-sidien tal-kmamar preżenti li jridu jkunu bilfors membru ta' l-assoċjazzjoni? Jekk l-assoċjazzjoni hiex meħtieġa li tagħmel il-kontijiet tagħha pubbliċi? Hemmx xi drittijiet għas-sidien tal-kmamar kemm jekk huma membri ta' l-assoċjazzjoni jew le?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma hemm l-ebda ftehim li jagħti xi drittijiet in virtù biss ta’ sħubija f’assoċjazzjoni tas-sidien tal-kmamar jew li jobbliga sħubija bil-fors.