Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9943 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Interim From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — ħaddiema li jieħdu deċiżjonijiet fuq il-permessi li jinħarġu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa kbir il-pool ta' ħaddiema li jieħdu deċiżjonijiet fuq il-permessi li jinħarġu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kif jigu maħtura dawn il-persuni? Min jaħtarhom? Kemm għandu żmien l-appointment li jingħataw? Xi professjonijiet għandhom dawn il-ħaddiema li jiddeċiedu dwar l-għoti ta' permess jew iż-żamma tiegħu? Kemm ilhom jaħdmu mal-Gvern jew ma' din l-Awtorità kull ħaddiem minn dawn u jekk dawn il-ħaddiema humiex fuq bażi ta' kuntratt jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9991 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjonijiet rifjutati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet xahar b’xahar mill-2002 sa l-aħħar figuri ta’ l-2009? Kemm minn dawn kienu overturned ma' l-ewwel seduta u/jew f’reconsideration? Minn liema boards saru dawn l-overturnings u liema kienu l-periti li gawdew l-iżjed minn dawn l-overturnings? Kien hemm xi tnaqqis f’termini ta' perċentwali ta’ overturnings minn mindu rriżenja id-Development Control Commission Board A u nħatar il-ġdid fl-2008?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9992 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

każi fejn ir-rapport tal-case officer ġie endorsjat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet (2000-2009) fejn ir-rapport tal-case officer ġie endorsjat u l-applikazzjoni ġiet deċiża dakinhar stess jew f’perijodu ta’ tlett ijiem mid-data ta’ l-endorsement? Jista' jgħid ta’ liema periti kienu dawn l-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond is-sistema ta’ l-informatika tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, mis-sena 2000 sal-lum, kien hemm elfejn u tmienja u erbgħin (2048) applikazzjoni li ġiet deċiża (first decision) f’perjodu ta’ tlett ijiem mid-data ta’ l-endorsement. Fil-kas ta’ reconsiderations, din l-informazzjoni bdiet tinġabar mis-sena 2004. Sal-lum kien hemm wieħed u għoxrin reconsideration li ġew deċiżi f’perjodu ta’ tlett ijiem mid-data ta’ l-endorsement. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bid-dettalji.
Leg 11 PQ #9993 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dokument tar-riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma dawk involuti direttament fit-tfassil tad-dokument tar-riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u jekk dawn jinkludux nies li kienu involuti f’riformi ta’ din l-organizzazzjoni fil-passat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dawn il-persuni assistew direttament lill-Gvern fit-tfassil tad-dokument imsemmi: Is-Sur Austin Walker, Chairman, MEPA; Perit Kevin Gatt B.E.&A. (Hons), M.Sc (Lond), MBA (Exec) DIC, MCIWEM, CEng, A.&C.E., Managing Consultant, MEU; Ms Nadia De Marco B.Com (Hons), Econ, M.Sc. (LSE), Associate Consultant, MEU. Uffiċjali mill- Management Efficiency Unit kienu membri f’grupp ta’ ħidma biex jimplimentaw ċerta titjib fil-proċess ta’ l-ipproċessar ta’ l-applikazzjonijiet. Is-Sur Gatt kien iċ- Chairman ta’ dan il-grupp ta’ ħidma.
Leg 11 PQ #9994 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rapport ta' case officer li ġie endorsjat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet mis-sena 2000 sal-2009 fejn ir-rapport tal-case officer gie endorsjat minn l-istess case officer li kitbu? Jekk ġara hekk, jista' jgħid jekk dan huwiex suppost li jiġri? Jekk iva, jista' jgħid għaliex sar hekk u jekk hux ser jittieħdu passi dixxiplinarji kontra dawn il-persuni jekk jinstab li mhux suppost ġara hekk?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9996 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Operat tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Inkjesta indipendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex lest li jilqa' t-talba li saritlu riċentement għall-inkjesta indipendenti dwar każ speċifiku marbut mal-operat tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn għadd ta' non government organisations ewlenin fid-dawl tal-iskandlu riċenti tal-Baħrija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awditur tal-MEPA qed jinvestiga l-każ.
Leg 11 PQ #10024 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bozoz Energy Saving

Question

B'referenza għat-tqassim tal-bozoz energy saving, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9920 u jippreċiża jekk dawn humiex se jingħataw skont il-familja jew skont l-ammont tal-meters tad-dawl u l-ilma li kull familja jkollha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li n-numru ta’ bozoz li tingħata kull familja (djar domestiċi) hu kkalkulat fuq kemm kien hemm persuni reġistrati fit-30 ta’ April 2009 bħala residenti f’dik id-dar partikolari, mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma.
Leg 11 PQ #10054 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impjegati mal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni impjegati mal-Gvern illum? Xi grad għandhom u fejn qed jaħdmu? Kif jikkompara dan in-numru ma' għaxar snin u ħames snin ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena kien hemm 28,829 persuna impjegata mas-Servizz Pubbliku. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi l-gradi u l-Ministeri ta’ fejn jinsabu dawn l-impjegati. Id-dettalji ta’ kif jikkompara dan it-total ma’ dak ta’ għaxar u ħames snin ilu huma kif jidhru hawn taħt: l-aħħar ta’ Ġunju 1999 l-aħħar ta’ Ġunju 2004 l-aħħar ta’ Ġunju 2009 31,086 30,506 28,829
Leg 11 PQ #10076 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema tal-Unjoni Ewropea — Tqassim ta' ikel

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7624 u 9888 li oriġinarjament saru lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u lill-Ministru għall-Politika Soċjali rispettivament u issa ġew riferuti lilu u cioè jispjega x'inhi l-iskema konnessa mal-Unjoni Ewropea li permezz tagħha jingħataw ross u għaġin lill-familji fil-bżonn? Min jirregola t-tqassim ta' dan l-ikel? Kif jigi aċċertat li kollox jimxi skond is-sewwa? Kemm tqassmu ross u għaġin jew ikel ieħor taħt din l-iskema, sena b'sena minn kemm ilna membri tal-Unjoni Ewropea? F'liema rħula tqassmu? Kemm gawdew familji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10078 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MDC — Ex Ħaddiema - allowance - basic wage

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9812, 9587 u 9400 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9206, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija u cioè: Jikkonsidra l-Gvern li l-allowance imħallsa għat-truck tiġi inkluża mal-basic wage biex eventwalment dawn l-istess ħaddiema jkunu jistgħu jkollhom pensjoni ftit iktar diċenti minn dik li jkollhom fuq il-basic wage preżenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’hiex il-policy tal-gvern li allowance marbuta mal-użu tal-vettura issir parti mis-salarju, ukoll għaliex din l-allowance tista’ tvarja bejn persuna u oħra skond is-servizz li tingħata.
Leg 11 PQ #10082 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tfal Għawdxin — kundizzjoni tad-dijabete

Question

B'referenza għat-tfal Għawdxin li jbatu mill-kundizzjoni tad-dijabete, jista' l-Prim Ministru jiddikjara jekk kienx hemm żviluppi u jekk iva, kif wasal il-Gvern għal din is-soluzzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10215 Sitting 138 2009-07-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tnaqqis fit-titjiriet

Question

B'referenza għat-twegiba ta' mistoqsija parlamentari 9924, u cioè t-tnaqqis fit-titjiriet lejn Malta għax-xitwa u sajf li ġej mill-British Airways, jista' l-Prim Ministru jirrispondi l-kontenut u l-bazi tal-mistoqsija parlamentari in kwestjoni u jgħid jekk il-Gvern huwiex se japprova l-proposta tar-Ryanair sabiex jibbażaw żewġ ajruplani f'Malta biex iġorru 600,000 turist fis-sena u cioè 300,000 fix-xitwa li ġejja u 300,000 għas-sajf tas-sena dieħla minn 14-il rotta ġdida u dan sabiex ma jaffettwawx assolutament ir-rotot attwali tal-AirMalta, filwaqt li jġibu aktar turisti għax-xitwa li ġejja u dan meta l-qagħda attwali tindika li se tkun l-agħar xitwa għall-gżejjer tagħna għal dak li jirrigwarda n-numru ta' turisti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Gvern kostantement jevalwa l-possibilitajiet kollha li jippreżentaw ruħhom quddiemu bl-iskop li jissalvagwardja l-air seat capacity li tgħaqqad lil Malta mas-swieq li jiġġeneraw it-turiżmu. L-għażliet tal-Gvern huma bażati fuq prinċipji ta’ sostenibilità u jintagħmlu wara li jiġu kunsidrati l-effetti kollha, diretti w indiretti, li rota ġdida jista’ jkollha fuq rotot eżistenti.
Leg 11 PQ #6420 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — sheffield United - sponsorship

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’evalwazzjoni serja saret mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta dwar il-benefiċċji li gawdiet l-industrija turistika f’pajjiżna mill-isponsorship li ngħata lit-team ta’ Sheffield United? X’kienu dawn il-benefiċċji, jekk kien hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6421 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — Sheffield United - Sponsorship - turisti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li ġew turisti mis-suq Ingliż iżjed mis-soltu grazzi għas-sena sponsorship li ħallset l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta lit-team ta’ Sheffield United?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6422 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — Sheffield United

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x’kienu r-ragunijiet li minn daqstant timijiet fil-gżejjer Brittaniċi gie magħżul dak tax-Sheffield United biex jigi sponsorjat mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? Ġie kkunsidrat li kien jagħmel iżjed sens li jekk kellu jiġi sponsorjat xi tim, kellu jiġi sponsorjat tim ieħor minflok dak tax-Sheffield United b’ benefiċċju aħjar għall-industrija turistika lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6423 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Industrija turistika lokali — kriżi ekonomika u finanzjarja

Question

Fid-dawl tad-diffikultajiet u sfidi serji li qed tiffaċċja l-industrija turistika lokali anki minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja kbira li hemm fiz-żewġ swieq ewlenin tagħna – dak Brittaniku u dak Ġermaniż, jista' l-Prim Ministru jgħid xi strategiji ġodda ta’ marketing se jintuzaw suq b’suq biex kemm jista’ jkun inħajru turisti jiġu f’pajjiżna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9512 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — toroq ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex isiru toroq ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, skond is-sistema ta' l-informatika ta' l-Aworità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorita` fil-preżent għandha quddiemha total ta' erbgħa u tletin (34) applikazzjoni għal toroq ġodda.
Leg 11 PQ #9600 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex Patrol Boats

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9196 li oriġinarjament saret lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u jiddikjara li f'dawn ix-xhur ta' sajf huwiex maħsub li tiġi stazzjonata patrol boat f'Għawdex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm proposta kif tista’ tissaħħaħ il-preżenza fis-settur marittimu kemm fil-portijiet kif ukoll max-xtut kollha Maltin. Din il-proposta għadha qed tkun eżaminata.
Leg 11 PQ #9666 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema mal-Korpi Governattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9374 u 9200 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u issa ġew riferuti lilu u jgħid x'inhi r-raġuni li dawk il-persuni li daħlu mil-Korpi Governattivi qabel l-1979 jitilfu dawk is-snin meta jiġu biex jieħdu l-pensjoni u l-benefiċċji l-oħra? Jagħmel sens li xi ħadd li daħal fil-korpi qabel l-1979 u xi ħadd li ħadem direttament mal-Gvern qabel l-1979 ma jiggwadanjawx mill-istess benefiċċji ta' pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korpi Governattivi li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant kienu korpi para-militari. Nassumi, illi fil-mistoqsija tiegħu meta semma l-pensjoni, l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal pensjoni tat-Teżor. Ninsab infurmat illi skont l-Artiklu 2 tal-Ordinanza tal-Pensjonijiet, servizz f’kariga ċivili biss jista’ jiġi meqjus bħala servizz għall-fini tal-pensjoni tat-Teżor. Għaldaqstant, peress illi s-servizz fil-Korpi hu meqjus bħala servizz militari, dan is-servizz ma jgħoddx bħala servizz għall-fini tal-pensjoni tat-Teżor, minkejja li persuni involuti jkunu daħlu f’dawn il-Korpi qabel il-15 ta’ Jannar 1979. Iżda jekk persuna kienet membru ta’ xi Korp u wara tkun ħadet impjieg fis-Servizz Pubbliku qabel il-15 ta’ Jannar 1979, dik il-persuna tkun intitolata għall-pensjoni tat-Teżor għax tkun daħlet f’kariga ċivili qabel id-data effettiva. Il-perjodu li tkun għamlet fil-Korp iżda ma jkunx jgħodd bħala servizz għall-fini tal-pensjoni tat-Teżor. Bil-maqlub, persuna li tkun daħlet fis-Servizz Pubbliku qabel il-15 ta’ Jannar 1979, jkollha s-servizz tagħha jgħodd għall-fini tal-pensjoni tat-Teżor, peress illi s-servizz tagħha jkun f’kariga ċivili.
Leg 11 PQ #9669 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pembroke — Kunsill lokali - ħlas

Question

In vista tar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8852 u ġaladarba dawn l-attivitajiet saru matul is-sena li għaddiet, jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-kunsill rrifonda l-flus li tħallsu anke għal drabiet oħra, fejn intwerew logħbiet tal-football bil-ħlas, skond il-flyers li ntbgħatu fid-djar ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlasijiet li saru għall-logħba finali kollha ġew rifużi. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali ġie infurmat mill-Kunsill Lokali Pembroke illi s-sena l-oħra saret l-istess attività u dak inhar kienu nġabru €45. Il-Kunsill ġie mitlub biex anke dan l-ammont jiġi rifuż.