Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jew jiċħad li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ttronka direttament ġemellaġġ bejn Pembroke u l-belt Ċiniża ta' Anning? X'għamel eżatt id-dipartiment tal-Kunsilli Lokali? X'inhi r-retroxena? Għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni? X'jaħseb il-Prim Ministru dwar dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija bħala risposta f’mistoqsija parlamentari 9968.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjeagti li gradwaw jew ħadu kors l-Università
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-dekasteru tiegħu li huma gradwati mill-Università għaliex segwew kors sponsorjat mill-Gvern? Jista' jgħid meta ggradwaw u liema kors għamlu? Kemm sewa l-kors? Kemm għadhom jaħdmu mal-Gvern, f'liema grad u f'liema dipartiment? Kemm irriżenjaw? Kemm ħadu sponsorship iktar minn darba u f'liema kors u meta? Kemm weħlu mill-eżamijiet tal-kors u allura ma komplewx? Jekk intalbux jirrifondu xi ammonti mħallsa mill-Gvern in konnessjoni ma' l-istudji tagħhom? Kemm kien l-ammont, jekk kien il-każ? Jekk kienx hemm xi impjegat li minkejja li m'għaddiex reġa' beda l-kors sponsorjat għal darb'oħra mill-Gvern? X'kien il-kors relattiv u meta kienet l-intake year u l-grad ta' tali impjegat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma narax il-ħtieġa li nuża r-riżorsi umani li għandna sabiex niġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant peress li din trid ammont kbir ta’ ħin sabiex tinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Rilokazzjoni tad-dipartiment
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji dwar in-nefqa fil-Ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2008 u 2009 sal-lum dwar :
i) rilokazzjoni tad-dipartiment mill-post eżistenti għall-ieħor jekk tkun avverrat
ii) nefqa dwar xiri ta' għamara ġdida biex tirrimpjazza dik eżistenti u jew iżżid ma' dik eżistenti
iii) nefqa dwar redecoration fl-uffiċini u fiex kienet tikkonsisti?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm kunsilli lokali minn Għawdex li talbu li jkollhom laqgħat mal-MEUSAC dwar inizjattivi biex jieħdu fondi mill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid liema kienu dawn il-kunsilli lokali?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ħariġx permess mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għax-xogħol li qiegħed isir fuq il-faċċata tal-bini etniku Auberge de Bavière? Jekk fl-affermettiv, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Teatru Rjal u Bieb il-Belt — infromazzjoni dwar il-proġett
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9976 u 9840 u cioè: B'referenza għal proġett imħabbar għas-sit tat-Teatru Rjal u Bieb il-Belt, jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li se jinbeda x-xogħol? Kemm hu stmat li ġej jiswa dan il-proġett? Liema fondi se jintużaw għal dan il-proġett?
B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 9844, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9972 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-persuna msemmija?
Ħlas lill-perit — sit tat-teatru rjal u Bieb il-Belt
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9973 u jgħid kemm tħallas il-perit Renzo Piano sabiex jipproduċi il-concept design għas-sit tat-Teatru Rjal u Bieb il-Belt li ġie ppreżentat fil-pubbliku? Kemm tħallas s'issa?
Korporazzoni Enemalta — tneħħija ta' wire perikoluż
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10018 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li wire perikoluż tal-Korporazzoni Enemalta quddiem residenza, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jiġi mibdul?
diffikultajiet finanzjarji u ekonomiċi mondjali — passi biex kriżi tolqotna fl-inqas livell
Question
Fid-dawl tad-diffikultajiet finanzjarji u ekonomiċi mondjali li laqtu lid-dinja kollha, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif fil-qosor tal-passi li ħa l-Gvern biex fil-fatt jiġi assigurat li din il-kriżi tolqotna fl-inqas livell possibli u dan fid-dawl tal-fatt li aħna niddipendu ħafna minn dak li jiġri fil-pajjiżi ta' madwarna u wkoll tal-pajjiżi mhux daqstant qrib tagħna?
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9482 dwar studju ta' fattibilità dwar bini ta' airstrip f'Għawdex, jista' l-Prim Ministru jgħid meta huwa mistenni li jitlesta r-rapport imsemmi fit-tweġiba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s’issa r-rapport għadu ma wasalx għand il-Gvern. Huwa l-Kumitat tal-MCESD għal Għawdex li effettivament jiddetermina meta għandu jitlesta r-rapport biex imbagħad jgħaddi għal kunsiderazzjoni tal-Gvern.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Ħaddiema u salarji
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu salarju kull ħaddiem li hemm jaħdem mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fis-sena 2008? Kemm hemm minn dawn il-ħaddiema f'kull kategorija? Jista' jikkonferma jekk din l-Awtorità għandhiex full compliment tal-istaff ? Jekk le, kemm jonqosha ħaddiema biex isir full compliment u f'liema kategorija?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — żbalji fil-local plans
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabitx żbalji oħra fil-local plans li ġew approvati fl-2006, bħal dak li nstab fil-local plans ta' Ħal-Balzan? Fiex kienu jikkonsistu dawn l-iżbalji?
Jista' l-Prim Ministru jitlob lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tippubblika r-rapport sħiħ tal-awditur dwar il-każ tal-Baħrija li jikkonċerna l-iżvilupp prospettiv ta' art f'isem il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li r-rapport finali msemmi mill-Onor Interpellant għadu mhux finalizzat.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9520, jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-iskeda għas-sajf u x-xitwa tas-servizz tal-ajru li hemm bħalissa? Jista' jgħid minn fejn qed jaħdem f'Malta f'kull ħin tal-iskeda? Jista' jara li toħroġ stqarrija għall-istampa mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni biex ifakkar lill-Maltin u lill-Għawdxin b'dan is-servizz tant komdu u utli għalihom?
Nies li jaħdmu fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Pagi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed jaħdmu nies direttament mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm minn dawn huma full time u kemm hemm part-time? Kemm hemm li huma bil-paga fixed? Kemm hemm li huma mħallsin skond kemm-il darba jissejħu? Hemm xi ħaddiema li huma mħallsin mod ieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha 446 persuna jaħdmu magħha li minnhom 434 jaħdmu fuq bażi ta' full time, 4 part time u 8 apprentisti. Dawn il-persuni kollha jitħallsu paga fissa.
Kemm jiswa l-operat ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed jiġi jiswa lill-Gvern u allura lill-poplu Malti u Għawdxi l-operat tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f'pagi u salarji? Kemm hija l-kera tal-post fejn qed topera? Kemm qed jonfoq flus oħrajn il-poplu biex lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar iżommha tiffunzjona?
Uffiċjal pubbliku li jsostni s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il uffiċjal pubbliku fuq bażi part-time kif ukoll fuq bażi full-time jew bażi ta' kuntratt jinsab jaħdem maċ-Ċivil jew mal-kunsilli lokali jew f'xi entità oħra tal-Gvern u x-xogħol direttament tiegħu/tagħha huwa li jara li jsegwi u jsostni s-sħubija ta' Malta bħala membru sħiħ fil-Unjoni Ewropea? Kemm huwa n-numru ta' dawn il-ħaddiema? F'liema entitajiet/dipartimenti/ ministeri / kunsilli jinsabu? Kemm hemm ħaddiema minn dawn f'kull post? Kemm huwa is-salarju globali tagħhom? Jekk hemmx l-ħsieb li jidħlu iktar ħaddiema biex jagħmlu dan x-xogħol għaliex jinstabu under staff?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-aġenda tal-Unjoni Ewropea illum hija mwaħħda ma’ dik nazzjonali u għalhekk, id-distinzjoni li qed jagħmel l-Onorevoli Interpellant ma tistax issir.
Pero’ hemm ċertu entitajiet li huma aktar iffokati minn oħrajn fuq aspetti tal-Unjoni Ewropea, fosthom, Is-Segretarjat tal-Unjoni Ewropea, Id-Diviżjoni għall-Ko-Ordinazzjoni tal-Ippjanar u l-Prioritajiet, id-Dipartimenti tal-Affarijiet tal-Unjoni Ewropea f’kull Ministeru, il-
European Union Programmes Agency
(EUPA), it-
Technical Attachés
eċċ.
Għar-raġuni fuq imsemmija, mhux indikat tingħata l-informazzjoni mitluba għax anke hawn ġieli jsir xogħol relatat ma’ aġenda purament nazzjonali.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Ħaddiema li jiddeċiedu dwar ħruġ ta' permessi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li jagħmlu parti mill-pool ta' ħaddiema li jiddeċiedu jekk il-permessi joħorġux jew le fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jaħdmux part-time jew full time ma' xi kumpannija privata? Jekk iva, kemm hemm ħaddiema li jaħdmu ma' xi kumpannija privatament wara l-ħin tax-xogħol tagħhom f''din l-Awtorità?