Legislature:
Category:
Reset
Active:

Aġenziji pubbliċi — CEOs/kapijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hawn CEOs/kapijiet ta’ aġenziji pubbliċi? Kemm minn dawn kienu appuntati wara sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat rigward ic-CEOs/kapijiet ta’aġenziji pubbliċi fi ħdan id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ġej: Entita CEO/Kap Metodu kif ġew appuntati MITA Mr Emanuel Darmanin Appuntat wara sejħa interna Servizz.gov Mr Massimo Vella Appuntat b’mod dirett RSSL Mr Lawrence Mizzi(Executive Chairman) Appuntat b’mod dirett Awtorita tax-Xandir Dr Joanna Spiteri Appuntata wara sejħa pubblika

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Artikli u opinjonijiet fuq online portals - Nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq artikli u opinjonijiet fuq online portals mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn l-artikli, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-online portal li l-Ministeru xtara l-artiklu? Jista' jindika wkoll liema minn dawn kienu intervisti jew rapporti?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li minn Jannar 2024 l’ hawn kien hemm spi¿a ta’ € 983 VAT eskluża .Din kienet intervista mal-Kap tal-eGovernment Services Department fi ħdan il-MITA li saret fl-24 ta’Jannar 2024 fuq BusinessNow. Din saret b’relazzjoni mal fatt li Malta ġiet l-ewwel post fl-European eGovernment Benchmark fl-2023.

Awtorità tal-Ippjanar – Emendi fil-liġi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux ser ikun hemm emendi fil-liġi tal-Awtorità tal-Ippjanar, kif kien intqal f’Ottubru li għadda biex sakemm jinqatà appell quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) jew Qorti tal-Appell ma jkunx jista' jibda l-bini tal-kostruzzjoni?

Response (ABELA, ROBERT)

Dan hu proċess li jinsab għaddej u li dwaru diġa’ kien hemm konsultazzjoni pubblika.

Servizz ta’ internet b’xejn lil anzjani

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-wegħda elettorali tal-Partit Laburista: “Waqt il-pandemija, l-internet kien l-uniku mezz li bih ħafna anzjani setgħu jikkomunikaw mal-maħbubin tagħhom. Bil-ħsieb li niġġieldu s-solitudni u l-firda diġitali, l-anzjani li jirċievu l-għajnuna supplimentari minħabba dħul baxx ser ikunu jistgħu japplikaw għal servizz ta’ internet bażiku b’xejn” ġietx implimentata u jekk iva jagħti d-dettalji dwarha?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi l-Onor.Interpellant lill-Ministeru kkonċernat.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ottubru 2023?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W80.

Awtorità tal-Ippjanar – Emendi fil-liġi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm biex jiddaħħlu emendi fil-liġi tal-Awtorità tal-Ippjanar biex sakemm jinqata’ appell (quddiem l-EPRT jew Qorti tal-Appell) ma jkunx jista' jibda l-bini tal-kostruzzjoni?

Response (ABELA, ROBERT)

Dan hu proċess li jinsab għaddej u li dwaru diġà kien hemm konsultazzjoni pubblika.

San Vinċenz de Paule — Testijiet mill-Bord Mediku tal-Kummissjoni Elettorali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru sa issa testijiet fil-faċilità ta’ San Vinċenz de Paule mill-Bord Mediku tal-Kummissjoni Elettorali stabbilit skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali bi tħejjija għall-elezzjonijiet li ser isiru fit-8 ta' Ġunju 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17818.

Emigranti Maltin — Boroż ta’ studju

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-Gvern Malti joffri boroż ta’ studju (sponsorships) lil ċittadini Maltin jew it-tfal tagħhom, emigranti, sabiex jistudjaw il-Malti f’Malta?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16864 u 16867.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Programmi tar-radju - Nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tar-radju mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tar-radju li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika wkoll liema minn dawn il-programmi kienu intervisti?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li minn Jannar 2024 l’hawn, ma ntefqux flus fuq programmi tar-radju mid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali — Individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadux jaħdem mas-Segretarjat Parlamentali għad-Djalogu Soċjali? Jekk le, jista’ jgħid meta spiċċa?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Emigranti Maltin fl-Awstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti u pajjiżi oħra – Investiment fuq il-komunitajiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm jinvesti flus il-Gvern Malti fuq il-komunitajiet Maltin u ċ-ċittadini Maltin emigranti fl-Awstralja, il-Kanada, l-Istati Uniti u pajjiżi oħra?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16866.

Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp – Kumpanija

Question

B’referenza għar-Rapport Annwali u l-Financial Statements tal-Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp (NSDF) għas-sena 2021, jista’ l-Prim Ministru jgħid l-isem tal-kumpanija involuta fit-Transferable Loan Note Instrument (‘TLNI’) ta’ USD25 miljun, hekk kif hemm miktub f’paġna 49 tal-istess Rapport Annwali?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Deċiżjoni ta’ sentenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid taħt liema Ministeru u dekasteru taqa’ l-materja partikolari tal-mistoqsijiet parlamentari 14025, 14026 u 14478?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Ministeru li taħtu taqa l-materja msemmija huwa dak għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li s-Segretarju Permamenti Ewlieni jservi bħala Chairperson tal-Bord tal-MITA. Nirreferi ukoll lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru 11525.

L-Imġarr Malta — Triq Ġorġ Żammit

Question

Peress li l-Imġarr, Malta, spiċċa b’żewġ toroq bl-istess isem, imsemmija għall-istess persuna, u ċjoè Triq Ġorġ Żammit, u peress li anke l-Kunsill Lokali tal-Imġarr diġà għamel l-ilment tiegħu mal-bord għat-tismija tat-toroq imma sal-lum il-ġurnata l-isem taż-żewġ toroq għadu l-istess, jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji f’dan ir-rigward? Jista’ jgħid meta din is-sitwazzjoni se tiġi riżolta peress illi qiegħda twassal għal problemi ta' loġistika u anke ta’ tqassim ta' posta?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li uffiċjalment fil-lokalità tal-Imġarr hemm triq waħda biss bl-isem ‘Triq Ġorġ Zammit’. L-isem ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern datata 19 ta’ Frar, 1991. L-estensjoni ta’ din it-triq tibda minn Triq San Pawl u twassal sa Triq Sir Harry Luke.

Uffiċjali pubbliċi sospiżi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il uffiċjal pubbliku kien hemm sospiż bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi kien hemm 121 uffiċjal pubbliku sospiż.

Uffiċjali pubbliċi — Sospensjonijiet kawtelatorji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il sospensjoni kawtelatorja b’nofs paga minħabba proċeduri kriminali maħruġa fil-konfront ta’ uffiċjali pubbliċi tneħħiet meta l-proċeduri għadhom għaddejjin, mill-1 ta’ Ottubru 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li hemm 36 każ li fihom tneħħiet is-sospenzjoni prekawzjonali mill-Kummissjoni Dwar is-Servizz Pubbliku waqt li l proċeduri għadhom għaddejjin.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2024?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16938.

Ministeru għal -Għawdex u l-Ippjanar — Sejħa għal-Diretturi Ġenerali

Question

B’referenza għas-sejħiet li ħarġu f'dawn l-aħħar xhur għal tliet Diretturi Ġenerali ġewwa l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-persuni f'dawn il-karigi ġewx magħżula? Jekk iva, jista’ jgħid min huma (isem u kunjom ta' kull waħda) u jgħid ukoll f'liema rwol/karigu ta' Direttur Ġenerali ntgħażlu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17394.

Anzjani — Testijiet ta’ defiċit konjittiv

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il test ta’ defiċit konjittiv sar fid-djar tal-anzjani, sptarijiet u faċilitajiet skont istruzzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali lill-amministraturi fid-djar tal-anzjani skont ittra maħruġa lilhom datata 8 ta’ Ġunju 2023? Jista’ jelenka kemm saru testijiet f’kull dar tal-anzjani, sptar u faċilità? Jista’ jelenka wkoll kemm anzjani ġabu 0-7 punti (meqjusa bħala normali) u kemm anzjani ġabu 8 punti jew aktar (meqjusa bħala mhux normali) f’kull dar tal-anzjani, sptar u faċilità?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-bord mediku msemmi huwa maħtur mill-Kummissjoni Elettorali skont l-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap 354). Iċ-Chairperson tal-Bord Mediku msemmi tinħatar mill-Kummissjoni Elettorali bil-membri l-oħra (tnejn) jinħatru wara nomina ta’ kull partit rappreżentat fil-Parlament. Bħala Korp Kostituzzjonali, il-Kummissjoni Elettorali ma taqa’ taħt id-direzzjoni ta’ ebda Ministru. Għaldaqstant l-Onor. Interpellanta tista’ tqajjem din il-materja direttament mal-Kummissjoni Elettorali.