Sptar Mater Dei — nefqa fuq operational materials and supplies
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq f’operational materials and supplies fis-snin 2010 u 2011 fl-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ispiża minfuqa mill-Isptar Mater Dei fuq Operational Materials and Supplies matul l-2010 u l-2011 sa issa hija hekk:
2010 - €4,177,948.35
2011 - €2,907,420.25
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni dwar kif fis-sena 2008 u 2009, fl-Isptar Mater Dei intnefqu fi spare parts €424,341, filwaqt li fl-ewwel tmien xhur tas-sena 2011 intnefqu €483,301? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra breakdown ta’ fiex intnefqu fl-ewwel tmien xhur tas-sena 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei — nefqa f'manutenzjoni ta' non medical equipment
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefaq f’manutenzjoni relattata ma' non medical equipment fis-snin 2010 u 2011 fl-Isptar Mater Dei? Jista' jiġi ppreżentat breakdown speċifiku ta’ x’tip ta’ manutenzjoni saret u kemm intnefaq għal kull manutenzjoni fuq kull item?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 26270, jista’ l-Ministru jispjega n-nefqa ta’ € 66,516 bħala other contractual services, fiex intnefqu, min issuplixxa s-servizz u kemm tħallas għas-servizz provdut?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li n-nefqa ta’ €66,516.00 ġiet imħallsa lil Joseph F. Spiteri & Co. (1927) Ltd. għal manutenzjoni fuq CT-Scanner.
Jista' l-Ministru jgħid mix-xahar ta' Jannar 2011 sal-lum, xahar b' xahar kemm kienu dawk l-appuntamenti li ma ġewx miżmuma minn pazjenti individwali fl-Outpatient Department tal-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu x-xogħlijiet li saru fiċ-Ċentri tas-Saħħa u fil-bereġ ta' Malta u Għawdex matul din is-sena? X'kienu x-xogħlijiet u x'kienet l-ispiża f'kull każ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus matul din is-sena mit-€2.3 miljun li kienu ddedikati għat-tnaqqis tal-waiting lists? Jista' jagħti breakdown ta' kif saru dawn in-nefqiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu s-servizzi kliniċi elettroniċi għat-tobba li kienu introdotti matul din is-sena biex ikollhom aċċess aħjar għall-istejjer mediċi biex il-pazjent jingħata kura aħjar? X'kienet l-ispiża minfuqa fuq dan il-proġett?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. W392.
L-ispiża totali minfuqa relatata ma’ dawn is-servizzi kienet ta’ €4,074,037, liema somma tinkludi:
1. Spejjeż ta’ manutenzjoni u servizzi mingħand il-kuntratturi konċernati ta’ Integrated Health Information System;
2. Spejjeż relatati ma riżorsi umani nvoluti f’servizzi relatati ma’ Integrated Health Information System;
3. Spejjeż relatati mal-estensjoni tal-Integrated Health Information System ġewwa Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid x’persentaġġ tlesta mix-xogħol biex id-Dar tal–Anzjani tal-Imsida tiġi estiża u jiġu akkomodati 167 sodda, b’żieda ta’ 105 sodda? X’kien l-investiment li sar s'issa? Min huma l-kuntrattuti li qed jagħmlu x-xogħlijiet? Meta huwa mistenni li jitlesta dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li qed jiġu kkunsidrati pjanijiet għall-estensjoni tad-Dar tal-Imsida.
Jista' l-Ministru jgħid x’persentaġġ tlesta mix-xogħol biex l-Isptar Zammit Clapp jiġi żviluppat f’nursing home ta’ mitt sodda għall-anzjani? X’kien l-investiment li sar s'issa? Min huma l-kuntratturi li qed jagħmlu x-xogħlijiet? Meta huwa mistenni li jitlesta dan il-proġett? Kemm huwa mistenni li jiġi jiswa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li huwa mistenni li x-xogħol ta’ refurbishment sabiex l-Isptar Zammit Clapp ikun jista’ jopera bħala nursing home ikun lest sal-aħħar ta’ din is-sena. Huwa mistenni li l-investiment totali f’dan il-proġett ta’ refurbishment ilaħħaq il-1.7 miljun Ewro.
Il-lista ta’ kuntratturi li rebħu s-sejħiet għall- offerti sa issa huwa hekk:
· Project Technik
· Ideal Bathrooms Ltd
· J and P Contracting Ltd
· Central Trading Ltd
· Anjo Ltd
· St Anthony Woodworks
· C. Fino and Sons
· Ray Aquilina Installations Ltd
· Fmcore Ltd
· Zamsul
Jista' l-Ministru jara każ ta' anzjan li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li jixtieq li titmexxa l-applikazzjoni tiegħu għar-Residenza San Vinċenz de Paul? Jista' jara l-każ u jekk hemm bżonn isiru kuntatti miegħu personali u anke ma' uliedu biex din it-talba tiġi milqugħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant dehret quddiem il-Bord tal-Ammissjoni fil-31 ta’ Lulju 2008 u ġiet approvata għad-Djar tal-Anzjani tal-Gvern. L-applikazzjoni reġgħet ġiet ikkunsidrata mill-Bord fl-4 ta’ Diċembru 2008 u ġie deċiż li tibqa approvata għad-Djar tal-Anzjani tal-Gvern. Il-bord reġa' ra din l-applikazzjoni fis-7 ta’ Lulju 2011 u ġie deċiż li din l-applikazzjoni tiġi aċċettata għar-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul biex b’hekk tqiegħdet fil-lista ta’ stennija tal-high priority ta’ din ir-residenza.
Jista' l-Ministru jara każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tinsab waħedha u din bħalissa tinsab fl-Isptar Mater Dei, fejn din għandha d-demensia u barra min hekk hija kienet f home tal-privat mingħajr attenzjoni għal min ikun bid-drip u d-demensia?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjana li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant applikat għall-kura fit-tul waqt li kienet rikoverata l-Isptar Mater Dei. Se ssir valutazzjoni mis-social workers ħalli l-applikazzjoni tidher quddiem il-Bord tal-Ammissjoni.
Jista' l-Ministru jara każ ta' anzjani li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li qegħdin f'home li hija sussidjata mill-gvern, peress li dawn jinsabu f'post lower ground?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei — Bini ta' oncology department - spejjeż
Question
Peress li l-kuntratt għall-bini ta' oncology department fl-Isptar Mater Dei se jkun fuq bażi ta' kuntratt magħruf “design and construct on a fixed lump sum basis" jista' l-Ministru jgħid:
a) x'miżuri huma maħsuba li jittieħdu biex il-Gvern għan-nom tat-
taxpayers
jieħu valur għall-flus minfuqa (
value for money
};
b) kif se jassigura li x-xogħol kollu jkun sar skont l-istandards stipulati fit-tender kif ukoll li jitlesta fil-ħin u mingħajr variations li jkunu jiswew ħafna flus addizzjonali;
ċ) peress li dan it-tip ta' kuntratt jidher li kull aspett mid-disinn sal-kostruzzjoni tkun f'idejn il-kuntrattur, x'sorveljanza se jagħmel biex ma jkunx hemm claims addizzjonali wara li tittieħed it-tender?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-proċess ta’ evalwazzjoni tat-tender imsemmija għadu ma ġiex konkluż u għaldaqstant ma tistax tingħata r-risposta rikjesta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu matul din is-sena mit-€2.3 miljun li kienu ddedikati għat-tnaqqis tal-waiting lists? Jista' jagħti breakdown ta’ kif saru dawn in-nefqiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29462.
Jista' l-Ministru jgħid x’kienu s-servizzi kliniċi elettroniċi għat-tobba li kienu introdotti matul din is-sena biex ikollhom aċċess aħjar għall-istejjer mediċi biex il-pazjent jingħata kura aħjar? X’kienet l-ispiża minfuqa fuq dan il-proġett?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li kont tgħid għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29463.