Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta — sejħa għal chief human resources officer

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riklam li deher fil-gazzetti u r-rekwiżiti li ntalbu għall-pożizzjoni ta' chief human resources officer mal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li ċ-chief human resources officer li għadu jservi f'din il-kariga għandux degree jew ċertifikati tal-O levels u A levels? Jekk ghandu, jista' jgħid x'Masters u mil-liema università ġiet mogħtija? Rigward din il-Masters jista' jgħid jekk id-dipartiment tal-MQRIC fiż-żmien li saret din il-call kienx jirrikonoxxi din il-masters?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni Enemalta kienet ħarġet sejħa għal applikazzjonijiet għall-post ta’ chief human resources officer fl-2004. L-applikazzjonijiet kienu ġew evalwati minn PricewaterhouseCoopers u, wara li ma ġie magħżul ebda kandidat, saret sejħa oħra mill-Korporazzjoni. Il-persuna magħżula għandha MBA Maastricht u Executive Certificate in Management (Henley) li kienu kwalifiki rikonoxxuti waqt l-interviews.

rapport biex tittejjeb l-effiċjenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartimenti u l-entitajiet ippreżentawx ir-rapport mitlub sabiex tiġi mtejba l-effiċjenza bi 2% kif kien ġie espress mill-istess Ministru? Jekk iva, liema kienu dawn id-dipartimenti li għamlu dan? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn ir-rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32759.

service charge għall-industrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-service charge għall-industrija daħlitx fis-seħħ jew le? Jekk fl-affermattiv, kemm hija s-service charge u minn meta daħlet fis-seħħ? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-industrial estates li ġew milquta? Kif qed taħdem din il-proċedura u x’inhu r-rwol tal-Malta Enterprise fit-tħaddim tagħha? Jista’ jgħid ukoll jekk inħarġux xi tenders u jekk fl-affermattiv kemm kienu dawk li tefgħu t-tender? Min ingħata dan jew dawn il-kuntratti?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 32760.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati self employed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma self-employed u li qed jaħdmu fil-Ministeru jew fid-dipartiment jew f'xi entità oħra li taqa' taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu? X’inhu x-xogħol li dawn il-persuni qed jagħmlu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Evażjoni tat-taxxi — tbassir ta' evażjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li meta huwa jgħid il-politika tiegħu qed tindirizza l-evażjoni tat-taxxi, jirriżulta tbassir ta' evażjoni ta' €577 miljun fis-sena u dan kif intqal f'ġurnal indipendenti f'pajjiżna?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32639.

Air Malta — checks barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala s-C-Checks fuq l-ajruplani tal-Air Malta u li qabel kienu jsiru Malta issa qegħdin isiru barra minn Malta? Kemm qegħdin jiġu jiswew dawn is-C-Checks issa?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33063.

LGA — pożizzjonijiet ta' tmexxija - kredenzjali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi kriterji ntużaw u xi kredenzjali jkunu ġew mitluba biex jimtlew il-pożizzjonijiet ta' tmexxija fi ħdan il-LGA?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mgħotija għall-mistoqsija parlamentari numru 33488.

Operat ta' meter tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi ċċekjat l-operat tal-meter tad-dawl tal-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għax konsum ta' elettriku ta' aktar minn €15,000 għal tmien xhur jidher esaġerat?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33333.

informazzjoni dwar konsum ta' ilma

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32371, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm users (mingħajr ma ningħata ismijiet) li jikkunsmaw ilma li jeċċedi 40,000 m3 fis-sena? Jista' jikkonferma li f’dan il-każ dawn iħallsu rata preferenzjali ta' €1.75 kull m3 minflok €2.10 għal kull m3 għal min jikkonsma 168m3 jew anqas? Il-gvern għandu stimi ta’ kemm hemm ilma li qed jiġi pumped bla ħlas mill-boreholes u dan f’termini ta’ m3? Dan jgħodd ukoll għall-konsum tal-elettriku? Jekk iva, l-impjanti tar-reverse osmosis jibbenefikaw minn dawn ir-rati sussidjati? Jista' jwieġeb il-partijiet tal-mistoqsija li ma ġewx imwieġba?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ħaż-Żabbar — sistema ġdida tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-gvern biex is-sistema tal-fossa tispiċċa mit-triq li d-dettalji dwarha qed jinbtagħtu separatament f'Ħaż-Żabbar?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33226.

Malta Enterprise — Small Start Ups

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema Small Start-Ups tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-inċentiv Small Start Ups huwa skema ta’ natura kompetittiva kkofinanzjata mill-fondi ERDF li ġiet miftuħa 4 darbiet mill-2009. Fl-ewwel 3 sejħiet, 32 kumpanija ibbenefikaw minn din l-iskema għal total €1,959,557. Ir-raba’ sejħa hija miftuħa bħalissa. Is-sistemi ta informazzjoni tal-Malta Enterprise ma jżommux dettalji daqshekk speċifiċi dwar id-daqs tal-kumpaniji u n-NACE li fih joperaw. Madankollu ta’ min jinnota li din l-iskema hija miftuħa biss għall-kumpaniji ta daqs zgħir (inkluż il-micro) kif jissuġġerixxi l-isem. L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise — Environment Actions

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema Environment Actions tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-inċentiv Environment Actions huwa skema ta’ natura kompetittiva kkofinanzjata mill-fondi ERDF li ġiet miftuħa 4 darbiet mill-2009. Fl-ewwel 3 sejħiet, 16 kumpanija ibbenefikaw minn din l-iskema għal total €995,418. Ir-raba’ sejħa hija miftuħa bħalissa. Is-sistemi ta informazzjoni tal-Malta Enterprise ma jżommux dettalji daqshekk speċifiċi dwar id-daqs tal-kumpaniji u n-NACE li fih joperaw. Madankollu ta’ min jinnota li din l-iskema hija miftuħa biss għall-SMEs. L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Enterprise — Innovation Actions

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema Innovation Actions tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-inċentiv Innovations Actions huwa skema ta’ natura kompetittiva ko-finanzjata mill-fondi ERDF li ġiet miftuħa 4 darbiet mill-2009. Fl-ewwel 3 sejħiet, 68 kumpanija ibbenefikaw minn din l-iskema għal total €5,198,647 kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-raba’ sejħa hija miftuħa bħalissa. Is-sistemi ta informazzjoni tal-Malta Enterprise ma jżommux dettalji daqshekk speċifiċi dwar id-daqs tal-kumpaniji u n-NACE li fih joperaw. Madankollu ta’ min jinnota li din l-iskema hija miftuħa biss għall-SMEs.

Malta Enterprise — E-Business development

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema E-business Development tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-E-Business Development Grant hija skema ta’ natura kompetittiva ko-finanzjata mill-fondi ERDF li ġiet miftuħa 3 darbiet mill-2009. 95 kumpanija ibbenefikaw minn din l-iskema għal total €3,897,432 kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-iskema mhux pjanata li terġa tinfetaħ peress li il-fondi allokati ttieħdu kollha. Id-dettalji dwar il-benefiċjarji tal-iskemi ERDF huma ukoll aċċessibli fis-sit www.20millionforindustry.com Is-sistemi ta’ informazzjoni tal-Malta Enterprise ma jżommux dettalji daqshekk speċifiċi dwar id-daqs tal-kumpaniji u n-NACE li fih joperaw. Madankollu ta’ min jinnota li din l-iskema hija miftuħa biss għall-SMEs.

Malta Enterprise — Trade Promotions

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema Trade Promotions tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi u numru ta’ ħaddiema impjegati (Micro – 10 ħaddiema jew anqas, Żgħar – aktar minn 10 iżda sa 50 ħaddiem, Medji – aktar minn 50 sa 250 ħaddiem)?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Meters tad-dawl u l-ilma fid-djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fil-qari li qed isir tal-meters tad-dawl u l-ilma fid-djar, l-konsumatur f’ħafna każijiet mhux qed jingħata kopja tar-reading li jkun qiegħed jittieħed? Ma jidhirlux li dan in-nuqqas qiegħed ikompli jimmina l-integrità tal-proċess li bih il-households qed jiġu ċċarġjati għall-konsum tagħhom ta’ dawl u ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm xi meter readers li għandhom il-printers bil-ħsara w il-konsumatur qiegħed jingħata irċevuta, b’mod manwali. Mhux kull konsumatur jaċċetta din il-kopja tal-qari manwali u għaldaqstant, il- meter reader ma jkollux għażla oħra ħlief dik li ma jagħtix il-qari lil dawk li jirrifjutaw, minħabba li jinsistu li jkunu jridu waħda maħruġa mill- Hand Held Computer . Dan ma jfissirx illi l-konsumatur jista jiġi mġiegħel jħallas aktar, għaliex dan jista jivverifika il-qari ma l-ewwel kont attwali u jqabbel il-qari li jkun ittieħed mill- meter reader . Il-Kumpanija ARMS qegħda fil-proċess finali sabiex jinġieb apparat kollu ġdid għall- meter readers u tiġi eliminata darba għal dejjem din il-problema.

Mistoqsija li għadha mhux imwieġba

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-mistoqsija bil-miktub ma ġietx imwieġba? Jista’ jagħti l-informazzjni mitluba għall-mistoqsija parlamentari W523 (datata 27 ta' Diċembru 2011)?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru W 523.

Mistoqsijiet li għadhom mhux imwieġba

Question

Peress li għall-mistoqsijiet li għamilt ingħatajt risposta li r-risposta se tingħata f’xi seduta oħra, jista’ l-Ministru jagħti raġuni għaliex l-informazzjoni għadha ma ngħatatx? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba għal dawn il-mistoqsijiet parlamentari: 31104 (datata 18 ta; Jannar 2012), 31846 (datata 9 ta' Frar 2012), 32377 (datata 27 ta' Frar 2012), 30602 (datata 28 ta' Novembru 2011), 29135 (datata 17 ta' Ottubru 2011), 29117 (datata 17 ta' Ottubru 2011), 29110 (datata 17 ta' Ottubru 2011) u 27661 (datata 18 ta' Lulju 2011)?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-mistoqsijiet parlamentari li qed jirreferi għalihom f’din il-mistoqsija parlamentari qed jiġu risposti f’seduti 464 u 465. Ir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 29110, ser tingħata f’seduta oħra.

LGA — pożizzjonijiet ta' tmexxija - kredenzjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32852 u jinforma lill-Kamra xi kriterji intużaw u xi kredenzjali jkunu ġew mitluba biex jimtlew il-pożizzjonijiet ta' tmexxija fi dan il-LGA?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-pożizzjoniet ta’ tmexxija ġew ingaġġati skont il-proċessi ta’ MPO u ETC. Il-kandidati ġew mitluba kwalifiki ta’ livell universitarju preferibilment f’qasam relatat mal-pożizzjoni, kondotta nadifa, dikjarazzjoni li m’hemmx konflitt ta’ interess u esperjenza ta' tmexxija fuq ix-xogħol.

ilment dwar kalkulazzjoni tat-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tweġiba tal-mistoqsija fuq l-ilment dwar kalkulazzjoni tat-taxxa li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tibdil fis-sistema ta’ tassazzjoni ta’ min jaħdem barra minn Malta, li kien sar fl-2010, sar sabiex ineħħi l-ħafna abbużi li kienu qegħdin isiru. Is-sistema l-ġdida jidhrilna li hi ukoll aktar fair ma’ kulħadd għaliex tagħti option biex wieħed jagħżel jekk iridx jiġi ntaxxat b’rata fissa ta’ 15% jew inkella bir-rati normali. Jekk jagħżel il-15%, dan l-income jitqies bħala l-ewwel parti tad-dħul għas-sena, u dan sar biex jitneħħew l-abbużi. Per eżempju, ħafna kienu qegħdin jużaw ir-rati ta’ miżżewweġ u ma jħallsu l-ebda taxxa fuq interessi tal-bank, dividendi, paga tal-konjuġi, eċċ, li m’għandhom x’jaqsmu xejn mal-impjieg barra minn Malta. Li r-rata ta’ 15% hija vantaġġjuża ferm fil-maġġoranza kbira tal-każi joħroġ ċar mill-fatt li din hija l-aktar option li tintagħżel.