Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #5789 Sitting 119 2018-05-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Project Plus Malta — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru minn Projects Plus Malta s’issa minn kemm ilha li twaqqfet u xi proġetti hemm ippjanati li jsiru jew jibdew sal-aħħar tas-sena 2018? Jista' jgħid kemm minn dawn il-proġetti saru jew huma ppjanati li jsiru ġewwa Għawdex? Jista' jgħid kemm sewa kull proġett li sar jew se jsir ġewwa Għawdex sal-aħħar tas-sena 2018 u min ħareġ dawn il-flus?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4555.
Leg 13 PQ #2366 Sitting 115 2018-05-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – promotional material — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li għandi, n-nefqa fuq printed promotional material minn Marzu 2013 s’issa hija ta’ ftit aktar minn tminn mitt elf ewro, bi 93% tal-ispiża hija sostuna mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u minn Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Fil-każ ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi il- promotional material jintuża biex tippromwovi l-faċilitajiet tagħha kif ukoll l-avvenimenti li jseħħu fl-istess faċilitajiet. L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tuża dan il-materjal biex timmarkitja lil pajjiżna bħala destinazzjoni f’fora u fieri barranin. L-użu tal- promotional material huwa parti mill-istrateġija tal- marketing tal-Awtorità.
Leg 13 PQ #5597 Sitting 114 2018-05-21 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – Data Protection Officers

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu nkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fil-Ministeru huwa ta’ 11. Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.
Leg 13 PQ #5745 Sitting 114 2018-05-21 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġett tal-Bajja tal-Għadira

Question

B'referenza għall-artiklu li deher fin-newsportal ta' The Times of Malta nhar it-Tlieta 15 ta' Mejju dwar il-proġett marbut mal-Bajja tal-Għadira, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni mal-operaturi tal-kjosks eżistenti, u jekk le, hemmx il-ħsieb li dawn ikunu kkonsultati? Jista’ jgħid ukoll kif dan il-proġett ser jaffetwa lill-kjosks?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5619.
Leg 13 PQ #2351 Sitting 113 2018-05-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – radio advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 ’l hawn saru medja ta’ €15,007 (ħmistax-il elf u seba’ Ewro) fis-sena fuq radio advertising.
Leg 13 PQ #5368 Sitting 113 2018-05-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — mobile phones imħallsa mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4895 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuni fis-Segretarjat li għandhom il-mobile phone imħallas jew jieħdu telephone allowance mill-Gvern huma dawk kif stipulat fil-Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Mill-informazzjoni miġbura, l-ispiża medja fix-xahar minn Ġunju 2017 sa Marzu 2018 hi ta’ €942.
Leg 13 PQ #5463 Sitting 113 2018-05-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Safar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4904 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11014 tat-12-il Leġiżlatura, minħabba li l-ispejjeż għas-safar jittieħdu minn fondi pubbliċi mħallsa mill-poplu u minħabba li l-Prim Ministru wiegħed Gvern trasparenti, jista’ l-Ministru jwieġeb u jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, għal kemm ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu? Jista’ jgħid ukoll jekk il-booking tat-titjiriet u lukandi sarux permezz ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar? Jekk iva, liema huma dawn l-aġenziji? Kien hemm sejħa għall-kwotazzjonijiet jew saru b’direct order?

Response (MIZZI, KONRAD)

Tlabt biex it-tagħrif jinġabar.
Leg 13 PQ #4913 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: ROSIANNE CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha, mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2004 u l-2012 il-kumpanija / numru tal-VAT imsemmija ngħatat b’kemm jiswew €343,460.03 f’xogħlijiet ta’ stampar, xiri ta’ kotba u sponsorships fost l-oħrajn.
Leg 13 PQ #5619 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajja tal-Għadira — EIA

Question

B’referenza mal-estensjoni tal-bajja tal-Għadira, jista’ l-Ministru jgħid sarx l-istudju magħruf bħala l-EIA?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett għadu fi stadju ta’ pjanar u l-istudji għadhom għaddejjin. Fost l-istudji li saru nsibu Appropriate Assessment (AA), stadju marittimu taħt l-ospizzju tal-ERA, kif ukoll studju dwar il-kurrenti u l-impatt tagħhom kemm fuq il-bajja kif ukoll fuq il-breakwater li jinsab fil-viċinanza. Saret ukoll konsultazzjoni sħiħa ma’ diversi stakeholders fosthom il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, entitajiet, dipartiment u awtoritajiet tal-Gvern, kif ukoll mar-rappreżentant Malti tal-Blue Flag International.
Leg 13 PQ #5620 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajja tal-Għadira – studju u analiżi

Question

B'rabta mal-estensjoni tal-bajja tal-Għadira, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju u analiżi dwar il-modelling/studju tal-kurrenti u l-impatt tagħhom meta r-ramel ikun se jitneħħa minn fejn jinsab illum sabiex allura tkun tista' titkabbar il-bajja?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamenteri 5619.
Leg 13 PQ #5621 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajja tal-Għadira – estensjoni

Question

Mill-istudji li saru jew li għad iridu jsiru dwar l-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira, jista' l-Ministru jagħti garanzija li mhux se jintilef ramel matul is-snin u li l-bajja mhux se tiddegrada ġaladarba se jkun qiegħed jintmiss is-sand bank eżistenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamenteri 5619.
Leg 13 PQ #5622 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajja tal-Għadira — breakwater

Question

Peress li qed jiġi kkunsidrat li jsir breakwater fil-viċinanzi tal-bajja tal-Għadira, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx modelling/studju dwar l-impatt fuq/ta' din l-istruttura u kif se jkunu affetwati l-kurrenti fuq l-istess bajja?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamenteri 5619.
Leg 13 PQ #5623 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajja tal-Għadira – Garanzija għall-istatus ta’ Blue Flag

Question

Jista' l-Ministru jagħti garanzija li l-istatus ta' Blue Flag miksub għall-Bajja tal-Għadira fil-Mellieha fl-2010, bl-ebda mod mhu se jkun qed jitpoġġa f'riskju ġaladarba jsir il-proġett tal-estensjoni tal-Bajja msemmija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamenteri 5619.
Leg 13 PQ #2336 Sitting 110 2018-05-09 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — newspaper advertising - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 ’l hawn saru medja ta’ €32,044 (tnejn u tletin elf, erbgħa u erbgħin Ewro) fis-sena fuq newspaper advertising.
Leg 13 PQ #5479 Sitting 110 2018-05-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — General Conditions of Carriage – reservations ta’ flights

Question

Peress li fil-General Conditions of Carriage tal-Air Malta hemm klawsola li tavża lill-utent li jekk dan jonqos milli jidher għall-flight tat-tluq mingħajr ma javża lill-Air Malta bil-quddiem, l-Airmalta tista’ tħassar ir-reservation tal-flight lura, anke minkejja li jkun diġà sar il-ħlas (klawsola 3.3.6 tal-General Conditions of Carriage), jista’ l-Ministru jispjega r-raġunament wara din ix-xorta ta’ klawsola fiċ-ċirkustanzi fejn l-utent ikun diġà ħallas kemm għall-flight tat-tluq kif ukoll għal dik lura, u allura jinkorri l-possibbilità li jiġi miċħud milli juża l-flight lura jekk għal xi raġuni ma jkunx ħa l-flight tat-tluq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li dawn il-Conditions of Carriage 3.3.6 huma bbażati fuq IATA Standards u huma wkoll aċċettati mill-Kummissjoni Ewropea.
Leg 13 PQ #5508 Sitting 109 2018-05-08 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Laqgħat ma’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li huwa ltaqa' mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament nhar il-Ħamis 3 ta' Settembru 2015?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-mistoqsija tiegħu hija bba¿ata biss fuq spekulazzjoni bla bażi li diġà ġiet miċħuda pubblikament, ngħarrfu xorta waħda li r-risposta tiegħhi hija fin-negattiv, jiġifieri le.
Leg 13 PQ #2321 Sitting 108 2018-05-07 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — production costs għal TV advertising - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal production costs għal TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 ’l hawn intnefqu b’kemm jiswew €23,940 (tlieta u għoxrin elf, disa’ mija u erbgħin Ewro) fuq production costs għal tv advertising.
Leg 13 PQ #5501 Sitting 108 2018-05-07 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Reklamar fuq magazine ta’ kumpanija

Question

F’April 2017, il-Gvern ġie rrapportat li ħallas miljun ewro lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, bil-ġustifikazzjoni li l-Awtorità tat-Turiżmu se tagħmel reklami fuq il-magazine tal-kumpanija u peress li issa li għaddiet iktar minn sena, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dawn ir-reklami? Kemm hu kkalkolat li laħqet nies din il-pubbliċità?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #5502 Sitting 108 2018-05-07 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għat-Turiżmu

Kumpanija — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus b’kollox lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, bejn l-2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #5426 Sitting 107 2018-05-02 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Palazz ta’ Selmun — ħsarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk preżentement il-Palazz ta’ Selmun għandux ħsarat strutturali u li hemm urġenza għat-tiswija/restawr tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5417.