B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25974, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx xi studju fuq rotta alernattiva mill-Mellieħa għall-bypass ta’ San Pawl il-Baħar jew l-Imġarr, Malta u jekk iva, jqiegħed dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid ukoll jekk hux qed tiġi kkunsidrata triq alternattiva minn dik li hemm biex toħroġ mill-Mellieħa u jekk iva, fejn?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku u jgħid jekk huwiex qed jirreferi għal rotta alternattiva tax-scheduled public trasport jew inkella għal triq alternattiva minn dawk diġà eżistenti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati direttament mal-Ministeru tiegħu? Jekk iva, kemm hu n-numru ta' persuni u x'tip ta' xogħol iwettqu? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lil-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li ingħatat lill-kollega tagħha għall-mistoqsija parlamentari 24614, ġejt infurmat illi l-informazzjoni kif mitluba ma tkunx tista’ tinġabar minħabba n-natura sensittiva u privata tagħha. Intenni illi l-Gvern jibqa’ kommess li japplika politiki u miżuri inklussivi fuq il-post tax-xogħol biex jissaħaħ l-istatus ta’ persuni b’diżabilità impjegati kif spjegajt fl-interpellenza su referita.
ista' l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati ma' xi entità/dipartiment/awtorità, eċċ. li jaqgħu taħtu? Jekk iva, ma' liema entità/dipartiment/awtorità u kemm hu n-numru ta' persuni għal kull entità/dipartiment/awtorità u x'tip ta' xogħol twettaq kull persuna? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati direttament mas-Segretarjat Parlamentari li jaqa' taħt il-Ministeru tiegħu? Jekk iva, kemm hu n-numru ta' persuni u x'tip ta' xogħol iwettqu? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jgħid jekk hemmx persuni b'diżabilità impjegati ma' entità/dipartiment/awtorità, eċċ. li jaqgħu taħt is-Segretarjat Parlamentari fil-Ministeru tiegħu? Jekk iva, ma' liema entità/dipartiment/awtorità u kemm hu n-numru ta' persuni għal kull entità/dipartiment/awtorità u x'tip ta' xogħol twettaq kull persuna? F'kull każ, jista’ jgħid ukoll kemm ilha impjegata din il-persuna?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Infiq fuq hospitality
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus bħala hospitality mill-Ministeru tiegħu, xahar b’xahar minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża f'hospitality, id-data ta' meta ntefqu dawn il-flus u minn liema membru tal-Ministeru ntefqu dawn il-flus f'hospitality?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-line item ta' hospitality fl-estimi finanzjarji tal-estimi tal-budget li kopja tagħhom diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħal Tarxien — Triq Santa Maria - Tindif ta’ spralli
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1950, 1951 u 1952, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet neċessarji fl-ispralli li jinsabu fi Triq Santa Maria, f’Ħal Tarxien, mill-kantuniera ta’ Triq is-Sorijiet sa Triq l-Iskola, humiex qed isiru, peress li kull darba li tagħmel ix-xita t-triq tkun mimlija perikli?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Ħaddiema full-time
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' kemm hemm ħaddiema impjegati fuq bażi full-time fil-Ministeru tiegħu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni tas-Segretarjat tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi huwa skont il-Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar — Dawl matul il-promenade - Tiswijiet
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji u jsiru t-tiswijiet meħtieġa biex id-dawl matul il-promenade ta’ San Pawl il-Baħar, mill-breakwater ta’ Buġibba sal-Qawra, ikun mixgħul kollu u ma jibqax ikun hemm qtugħ ta' dawl spiss kif qed jiġri bħalissa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ġejt infurmat li parti mid-dawl tal-promenade inqata’ biex ikun jista’ jinbeda l-proġett tal-Pjazza ta’ Buġibba li qed isir minn Infrastructure Malta flimkien ma’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu. Infrastructure Malta ħadet ħsieb il-provista temporanja f’dak li jifforma parti mis-sit tal-proġett. Il-bqija tad-dawl u s-sistema tiegħu għadha intatta u f’idejn is-sid oriġinali tas-sistema.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn hu mistenni li jitwaħħlu bus shelters ġodda madwar Malta u Għawdex matul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li tali bus shelters jitqiegħdu f’posthom?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2025?
Jista’ l-Ministru jgħid u jipprovdi dettalji f’liema stadju wasal il-pjan tal-Metro?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Ministeru għaddej b’evalwazzjoni dwar liema hija l-aħjar sistema ta’ trasport tal-massa għall-pajjiżna, u liem hi l-iktar “feasible” finanzjarjament.
Din l-evalwazzjoni qed tiġbor fiha wkoll studji differenti li saru tul diversi snin f’pajjiżna f’dan il-qasam u mistennija tiġi konkluża fil-ġimgħat li ġejjin. Irid jiġi stabbilit darba għal dejjem liema hi s-sistema li l-pajjiż għandu jmur għaliha. Sistema li tkun effiċjenti u li l-pajjiż jista’ jiffinanzja b’responsabbilita mingħajr ma jidħol fi problemi ta’ budgets.
Fuq dan il-proġett nazzjonali, se jkun hemm il-konsultazzjoni ġenwina li hija meħtieġa. Djalogu miftuħ biex inwettqu l-aħjar soluzzjoni għal pajjiżna. Wieħed jittama li kulħadd jipparteċipa b’mod kostruttiv f’din id-diskussjoni, inkluż l-Oppożizzjoni.
Tas-Sliema — Kunsill Lokali - Controlled Residents Parking Scheme
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema sabiex tiġi implimentata skema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme) fil-lokalità ta' Tas-Sliema?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn wara li din l-iskema ġiet sospiża, ma ġew proċessati l-ebda talbiet oħra, inkluż dik tal-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema.
Controlled Residents Parking Scheme — Kunsilli Lokali - Talbiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-Kunsilli Lokali li mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ippreżentaw talba lill-Awtorità għat-Trasport f'Malta sabiex fil-lokalità tagħhom tiġi implimentata skema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme)? Jista' l-Ministru jgħid dwar liema toroq kienu jirreferu dawn it-talbiet, liema minn dawn it-talbiet ġew aċċettati, liema ġew miċħuda u liema għadhom pendenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2013 sal-ġurnata ta’ llum ma ġiet ipproċessata l-ebda talba għal skema ta’ parkeġġ ikkontrollat (Controlled Parking Scheme, Residents and Commercial). Dan għaliex fl-2013 ittieħdet deċiżjoni li tissospendi din l-iskema.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet f'Malta u f'Għawdex tinsab fis-seħħ skema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti (Controlled Residents Parking Scheme)? Jista' jgħid ukoll għal kull lokalità, liema toroq, ġranet u ħinijiet tapplika l-iskema ta' ipparkjar kontrollat favur ir-residenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser titranġa l-biċċa triq fi Triq Xrobb l-Għaġin, f’Marsaxlokk (li tinsab fejn it-Tempju ta’ Ġuno, fil-viċinanza tal-knisja fiż-żona ta’ Tas-Silġ) u li għadu ma sarx xogħol fuqha?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Infrastructure Malta hija konxja mis-sensittivita tas-sit in kwistjoni, u għaldaqshekk qed tistudja l-possibilitajiet kollha b’koordinament mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, sabiex tlesti pjan konkret għall-implimentazjoni. S’issa il-pjan għadu fil-fażi tat-tfassil u preparazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25966 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u jgħid meta u fejn tlestew id-90 pontoon addizzjonali għall-bastimenti tas-sajd fil-Port tal-Imġarr?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25967 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u jinforma lill-Parlament jekk id-90 pontoon disponibbli għall-bastimenti tas-sajd ġewx użati fil-Port tal-Imġarr?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25968 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u jipprovdi informazzjoni dwar il-marka, il-mudell u n-numru tar-reġistrazzjoni tad-90 bastiment tas-sajd li qed jintużaw fid-90 pontoon ġdid li nħolqu għall-bastimenti tas-sajd?