Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta – xogħlijiet f’Ħal Tarxien

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' xogħlijiet li saru fil-lokalità ta' Ħal Tarxien minn Transport Malta minn April tas-sena 2013 sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru f’Ħal Tarxien fil-perjodu msemmi f’din il-Mistoqsija Parlamentari huma kif indikat fit-tabella sussegwenti: Triq San Anard Repairs to Footpaths 2014 Triq Tal-Barrani Refreshing of Line Markings 2014 Triq San Anard Road Surface Repair Works 2015

Transport Malta – xogħlijiet f’Santa Luċija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' xogħlijiet li saru fil-lokalità ta' Santa Luċija minn Transport Malta minn April tas-sena 2013 sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill- Onor. Interpellant li fl- 2015 sar resurfacing works f’parti minn Triq Klematis u fl- 2018 sar resurfacing works f’parti minn Triq il-Pepprin.

Transport Malta – xogħlijiet f’Raħal Ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' xogħlijiet li saru fil-lokalità ta' Raħal Ġdid minn Transport Malta minn April tas-sena 2013 sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tax-xogħlijiet mitluba hija kif muri fit-tabella sussegwenti:- Physically Disabled Rehabilitation Centre Surfacing Works 2014 Triq Għajn Dwieli Removal of Information Sign 2014 Vjal Santa Lucia Road Surface Repair Works 2015 Vjal Sir Paul Boffa Road Surface Repair Works 2015 Vjal Sir Paul Boffa Installation of Crash Barriers 2015 Triq Għajn Dwieli; Triq San Lawrenz Road Surface Repair Works 2015 p/o Triq l-Arkata and p/o Triq l-Ibjar Construction and Surfacing 2015 p/o Triq Ninu Cremona Construction and Surfacing 2015 Vjal Sir Paul Boffa Civil Works for the implentation of Tidal Lane and Installation of high impact bollards 2016 Upgrading of Paola Junction (Sare roundabout) Emerg. All. 2017 Emergency works in corridor link between Pjazza De Paule & area behind CCF Emerg. All. 2018 Urgent road works at Triq il-Bacir Emerg. All. 2018 Rural Alleys off Vjal Santa Lucija Emerg. All. 2018

Open space enclaves

Question

Il-qalb ta’ kull raħal hu wirt arkitettoniku li jagħti karattru lil Malta, u peress li fil-pjanijiet lokali nsibu spazji li huma definiti b’mod tekniku bħala open space enclaves u li jinkludu wkoll ġonna antiki li mhux bilfors ikunu parti minn djar ta’ karattru, u billi dawn l-enclaves huma parti mill-Urban Conservation Areas, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jipproteġi lil dawn l-enclaves? Jista’ jgħid liema hu l-Att Legali li jħares dan u li joħroġ mil-liġi tal-Awtorità tal-Ippjanar? Liema hu l-artiklu li jiddefinixxi dan f’kull pjan lokali?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti l-kbira ta’ dawn l-enclaves huma proprjetà privata u għalhekk il-Gvern ma tantx għandu opportunità li jintervejeni b’mod dirett. Il-ħarsien ta’ dawn l-enclaves qed jiġu assigurat mill-Awtorità tal-Ippjanar meta tkun qed tikkonsidra applikazzjonijiet ta żvilupp ġo fihom billi tapplika l-policies viġenti kemm tal-iSPED u kemm tal-Pjanijiet Lokali. L-Att tal-2016 dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp jobbliga lill-Awtorità li meta tkun qed tħejji plan jew policy għandha tqis il-konservazzjoni u preservazzjoni ta’ riżorsi naturali, kif ukoll policies ambjentali kurrenti tal-Gvern. L-open space enclaves huma definiti fil-pjanijiet lokali u mhux fil-liġi. Kull Pjan Lokali għandu policy speċifika però l-ġist ta’ kull policy hu li ma jitħalla li jsir ebda żvilupp ħlief għal meta dan ikun estenzjoni ma' bini eżistenti, jew parti minn proġett ta riabilitazzjoni jew swimming pool u dejjem taħt kundizzjonijiet stretti biex jiġu mħarsa, sigar, il-ħamrija u features oħra ta’ valur arkitettoniku.

Għawdex – Ir-Rabat – każ ta’ esproprjazzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 6452, li kienet dwar espropriju ta' art fir-Rabat Għawdex, li fit-tweġiba għaliha ntqal li fuq l-art in kwistjoni hemm kontestazzjoni minn terzi persuni rigward it-titolu tal-art u li għalhekk, sakemm jiġi stabbilit min huma s-sidien proprji, il-kumpens ma jistax jingħata, jista' l-Ministru jgħid: a. Meta ġiet esproprijata l-art in kwistjoni; b. Id-data meta kienet ġiet ippreżentata l-kontestazzjoni msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari minn terzi persuni; c. Jekk mal-kontestazzjoni ta’ dawn it-terzi persuni, ippreżentawx dokumenti bħala prova li għandhom xi titolu fuq din l-art; d. Meta ġew ippreżentati dawn id-dokumenti u jekk l-uffiċċju legali tal-Awtorità analizzawx ir-riċerki sottomessi; e. Jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ippreżentawx dokumentazzjoni bħal testmenti, riċerki u dikjarazzjoni ta' trasferiment causa mortis; f. Jekk l-Uffiċċju Legali tal-Awtorità analizzax ir-riċerki sottomessi miż-żewġ partijiet u; g. Jekk fin-negattiv jistax jara li din l-analiżi ssir, kemm jista’ jkun malajr?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6452 f’Seduta 133.

Government Property Department – files digitised

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il file tal-Government Property Department ġew digitised kompletament fuq sistema elettronika mill-2014 sal-lum?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li riċentement, l-Awtorità tal-Artijiet nediet dan il-proġett ġdid fejn qed jiġu analizzati ‘l fuq minn 250,000 fajl eżistenti kif ukoll oħrajn ġodda. Għal dan il-għan, l-Awtorità daħlet fi ftehim ma' MaltaPost biex din tal-aħħar twettaq parti minn dan il-proċess. Il-bqija tal-fajls u tad-dokumenti qed jiġu scanned internament mill-impjegati tal-Awtorità. Sa minn meta beda l-proċess tal-i scanning u diġitazzjoni f’Marzu 2018, ġew proċessati madwar 3,700 fajl.

In-Naxxar – Triq Francis Attard — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6100 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex itaffi mill-problemi kbar li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' Triq Francis Attard fin-Naxxar minħabba l-impatt ta' proġetti ta' żvilupp massiv f'din iż-żona, liema xogħol qed ikollu effett qawwi fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti tal-imsemmija triq, kif ukoll liema xogħlijiet ukoll ħolqu ħsarat fi wħud mir-residenzi tal-imsemmija triq? (Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li fiż-żona se jibda żvilupp ieħor ta' kobor li se jkollu effett fuq il-ħajja tar-residenti ta' din it-triq fiż-żmien li ġej) (Ara ritratti li qed jintbagħtu separatament).

Response (BORG, IAN)

Fl-istadju ta’ ppjanar tal-proġetti msemmija Transport Malta tikkollabora mal-awtoritajiet tal-ippjanar u tal-ambjent sabiex l-iżviluppaturi jsegwu kundizzjonijiet u prekawzjonijiet li jnaqqsu l-impatt tal-ivvjaġġar marbut max-xogħol ta’ kostruzzjoni. Dan jinkludi miżuri bħall-kundizzjoni li l-kuntrattur jagħmel sensiela ta’ sinjali tat-traffiku applikabbli skont il-proġett għal waqt ix-xogħlijiet. L-Awtorità kontinwament issegwi l-qagħda tat-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha, sabiex fejn ikun meħtieġ isir it-titjib meħtieġ. Din il-ħidma ser tkun qed tissaħħaħ fiż-żmien li ġej bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, l-aġenzija li ser tmexxi u twettaq programm ta’ titjib u bini mill-ġdid tal-infrastruttura tat-toroq tal-pajjiż, b’investiment bla preċedent ta’ madwar €700 miljun. Infrastructure Malta ser tieħu ħsieb il-kwalità tat-toroq arterjali u b’mod gradwali anke dawk residenzjali li bħalissa jieħdu ħsiebhom il-kunsilli lokali. L-Occupational Health and Safety Authority (OHSA), min-naħa tagħha titratta kwistjonijiet ta’ trab u saħħa fuq il-post tax-xogħol, u l-Building Regulation Office (BRO) tieħu ħsieb li jiġu indirizzati kwalunkwe ħsarat strutturali li jaffettwaw terzi.

In-Naxxar – Triq il-Markiż Ċensu Depiro — pjanijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6102 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern biex itaffi mill-problemi kbar li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' Triq il-Markiż Ċensu Depiro fin-Naxxar minħabba l-impatt ta' proġetti ta' żvilupp massiv f'din iż-żona, liema xogħol qed ikollu effett qawwi fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tar-residenti tal-imsemmija triq, kif ukoll liema xogħlijiet ukoll ħolqu ħsarat fi wħud mir-residenzi tal-imsemmija triq? (Niġbed l-attenzjoni tal-Ministru li fiż-żona se jibda żvilupp ieħor ta' kobor li se jkollu effett fuq il-ħajja tar-residenti ta' din it-triq fiż-żmien li ġej).

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6245.

Cables – tneħħija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6104 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett pilota mħabbar mill-Prim Ministru f'Birkirkara, f'Mejju 2017 li kellu jara li l-cables tal-Enemalta u oħrajn jibdew jinqalgħu mill-faċċati tad-djar u l-arbli fl-irħula tagħna u jitpoġġew taħt l-art qabel jirranka l-proġett ta' €700m f'manutenzjoni estensiva tat-toroq Maltin tul din il-leġiżlatura?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħidma sabiex jintaqqsu l-linji fuq l-arbli u mal-faċċati tal-bini teħtieġ kollaborazzjoni bejn diversi entitajiet, fosthom entitajiet pubbliċi u azjendi privati. Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali jemmen li dan l-impenn għandu jiġi kkordinat ukoll mal-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex itejjeb il-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex fis-snin li ġejjin. Fiż-żmien li ġej, din il-ħidma ser tkun qed titmexxa u titwettaq mill-aġenzija Infrastructure Malta, li bħalissa qed tiġi diskussa fil-Parlament. Nemmen li Infrastructure Malta jeħtieġ tikkollabora mal-entitajiet konċernati, li jiffurmaw parti minn Ministeri differenti, sabiex flimkien inwettqu l-proġett pilota msemmi. Dan il-proġett se jgħin lil pajjiżna jistabbilixxi l-kriterji u r-riżorsi meħtieġa biex fil-futur din il-ħidma tkompli madwar il-pajjiż kollu. Qed nesiġi wkoll li fl-investimenti ta’ Infrastructure Malta sabiex ittejjeb il-kwalità, s-sigurtà u l-effiċjenza tal-infrastruttura tat-toroq, fejn ikun possibbli, nibdew inħarsu wkoll lejn sistemi li jiffaċilitaw it-tneħħija tal-wires minn mal-faċċati u fuq l-arbli. Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali jagħti l-appoġġ kollu tiegħu lil kull inizzjattiva li tgħin sabiex intejbu l-kwalità tal-ambjent tat-toroq f’pajjiżna.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali– persuni b’diżabilità — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li huma reġistrati bħala persuni b'diżabilità li jaħdmu fid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità politika tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex it-tagħrif jinġabar.

Applikazzjonijiet ta’ reserved parking

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta’ persuna anzjana, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni ta’ reserved parking għall-vettura tagħha?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għall-Parkeġġ Riżervat mingħand il-persuna msemmija. Id-Dipartiment għamel kuntatt mas-Sinjura fejn min-naħa tagħha kkonfermat li m’għamlet l-ebda talba għall-parkeġġ riżervat ma’ Transport Malta.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jelenka liema direct orders ingħataw u l-ħlas rispettiv għalihom, minn kull entità li għaliha huwa responsabbli matul l-2017, xahar b’xahar separatament?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 535 f’Seduta 80, kif ukoll għall-korrezzjoni li ġiet mehmuża mal-istess tweġiba.

Is-Siġġiewi – Triq Salvu Curso u Trejqet l-Anġli – ħajt ta’ lqugħ

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5902, u peress li t-twessigħ ta' triq ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali, jista' l-Ministru jikkunsidra mill-ġdid it-talba għat-twessigħ tat-triq bejn Trejqet l-Anġli u Triq Salvu Curso fis-Siġġiewi minħabba numru ta' inċidenti li seħħew?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.