Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Xiri ta’ karozzi ġodda - Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24394 u 24900 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista’ jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi nxtraw disa’ (9) karozzi ġodda mill-Ministeru, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas- Saħħa u l-Anzjanità Attiva. Dawn inxtraw lill-uffiċjali fi gradi maniġerjali u li skont il-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures huma intitolati għall-vettura. Kopja ta’ dan il-manwal, diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. Finalment irrid nirrimarka li x-xiri ta’ dawn il-vetturi jsir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procument Regulations.

Paediatricians — Ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew ingaġġati paediatricians matul is-sena 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għar-rigward ta’ pedjatri, dawn ma jiġux ingaġġati imma huma maħtura speċjalisti fil-qasam meta jikkonkludu t-taħriġ speċjalizzat tagħhom u jkunu rreġistrati fuq il-lista speċjalizzata tal-Kunsill Mediku.

Dermatologi — Ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew ingaġġati dermatologi matul is-sena 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għar-rigward ta’ dermatologi, dawn ma jiġux ingaġġati imma huma maħtura speċjalisti fil-qasam meta jikkonkludu t-taħriġ speċjalizzat tagħhom u jkunu rreġistrati fuq il-lista speċjalizzata tal-Kunsill Mediku.

Kardjologi — Ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew ingaġġati kardjologi matul is-sena 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għar-rigward ta’ kardjologi, dawn ma jiġux ingaġġati imma huma maħtura speċjalisti fil-qasam meta jikkonkludu t-taħriġ speċjalizzat tagħhom u jkunu rreġistrati fuq il-lista speċjalizzata tal-Kunsill Mediku.

Deep Brain Stimulation — Operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25551 u jgħid kemm-il operazzjoni tad-Deep Brain Stimulation saru fl-2024 u kemm tħassru?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ operazzjonijiet ta’ Deep Brain Stimulation li saru f’2024 huwa ta’ 20 operazzjoni/proedura. Matul is-sena l-oħra, tħassret proċedura wahda.

Proċess ta’ screening — Operazzjonijiet tal-kolonoskopija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-kolonoskopija wara l-proċess ta’ screening mill-bidu tas-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

CT2122/2024 — Tender to design, build, maintain, upkeep and the management and operations of Msida Care Home for Older Persons including high energy and environmental performance standards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal it-tender CT2122/2024 - Tender to design, build, maintain, upkeep and the management and operations of Msida Care Home for Older Persons including high energy and environmental performance standards? Jista’ jgħid għaliex dan il-proċess għadu ma ġiex konkluż?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li r-rapport tat-tender CT2122/2024 - Tender to design, build, maintain, upkeep and the management and operations of Msida Care Home for Older Persons including high energy and environmental performance standards, jinsab fl-aħħar stadji. Bħalissa qiegħda ssir l-aħħar reviżjoni amministrattiva.

Faċilità San Vincenz de Paul — Security li jaħdmu barra - Protezzjoni mix-xemx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex is-security fil-Faċilità San Vinċenz de Paul li jaħdmu fuq barra, mhumiex qed jingħataw protezzjoni mix-xemx u qed jitħallew jaħdmu f’kundizzjonijiet mingħajr ebda tinda li tipproteġihom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li mhux minnu li s-security fil-Faċilità San Vinċenz de Paul li jaħdmu fuq barra, m'għandhomx protezzjoni mix-xemx. Barra minn hekk, waqt li jkunu qed jagħmlu ronda l-ħaddiema jingħataw suncream apposta.

Il-Gżira — Dar residenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex jiġu indirizzati l-ilmenti kollha li qed isiru mill-anzjani u mill-membri tal-familji tagħhom rigward dar residenzjali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jagħti assigurazzjoni li dawn l-ilmenti kollha se jiġu solvuti fi żmien qasir? F’każ li dawn l-ilmenti jibqgħu mhux solvuti, jista’ jgħid x’passi ulterjuri bi ħsiebu jieħu biex jiġu salvagwardjati l-anzjani kollha li jgħixu f’din ir-residenza?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li kull ilment jiġi investigat mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK) skont il-proċeduri stabbiliti. L-AAKK tieħu dawn il-każijiet b’mod serju u, fejn meħtieġ, jittieħdu l-passi neċessarji. Fejn l-ilmenti jindikaw problemi ikbar, jittieħdu miżuri korrettivi skont l-obbligi kuntrattwali mal-fornitur tas-servizz. Fl-istess ħin, l-Awtorità ta’ l-Istandards għall-Anzjani (OPSA) tinvestiga l-ilmenti riċevuti u, fejn jinstabu nuqqasijiet, toħroġ rakkomandazzjonijiet segwiti bi spezzjonijiet mhux imħabbra.

Faċilità San Vincenz de Paul — Stennija għal dħul

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani li qed jistennew biex jidħlu fil-Faċilità San Vinċenz de Paul sal-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat, li fil-ġimgħat li ġejjin, f’SVP mistenni li jinfteħu żewġt’iswali li kien qed isir ix-xogħol ta’ rinovar fuqhom. B’hekk tkompli tonqos il-lista ta’ stennija li s’issa infurmat li hemm madwar 60 persuna.

Onkoloġisti — Ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm ġew ingaġġati onkoloġisti matul is-sena 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għar-rigward ta’ onkologisti, dawn ma jiġux ingaġġati imma huma maħtura speċjalisti fil-qasam meta jikkonkludu t-taħriġ speċjalizzat tagħhom u jkunu rreġistrati fuq il-lista speċjalizzata tal-Kunsill Mediku.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Rigali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qala rigali minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa u min tahulu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Paola Hub — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fuq il-Paola Hub, kenux affettwati min-nuqqasijiet li seta’ kellha l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva m’għandu jew kellu l-ebda rabta kuntrattwali diretta mal-imsemmija kumpanija.

AACC — Rapporti dwar il-kuntentizza ta’ min juża s-servizzi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27980, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li saru jew ġew ikkummissjonati mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) fl-aħħar tliet snin dwar il-kuntentizza ta’ min juża s-servizzi li jaqgħu taħt l-AACC?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

AACC — Quality Service Charter

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-“Quality Service Charter” tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) li jistabbilixxi l-proċeduri tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet u ż-żmien li fih irid jingħata kull servizz li jaqa’ taħt l-AACC?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.