Legislature:
Category:
Reset
Active:

Roll out tal-Constant Glucose Monitors

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-servizz tal-Constant Glucose Monitors hux se jiġi estiż għall-persuni ta’ bejn it-22 u l-35 sena sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, sa meta? Jekk le, għalfejn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-estenzjoni gradwali tas-servizz tal-Continuous Glucose Monitors ser ikompli matul din is-sena, u jkompli s-sena d-dieħla.

Sptar Mater Dei u Ċentri tas-Saħħa – servizz ta’ ambulanzi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-servizz ta' ambulanzi miċ-Ċentri tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid u tal-Mosta hux jopera b'mod normali? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm-il vjaġġ sar lejn kull lokalità mill-ambulanzi tal-Isptar Mater Dei, u mill-ambulanzi minn kull wieħed minn dawn iċ-Ċentri, sena b'sena mill-2017 sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella hawn taħt mehmuza, waqt li nfakkar lill Onorevoli Interpellant illi is-servizz tal-ambulanza minn Paola reġa’ ġie introdott wara li kien twaqqaf mill-amministrazzjoni tal-PN Year North Region Central Region South Region Yearly Totals 2017 8,644 19,157 10,458 38,259 2018 9,044 19,582 11,424 40,050 2019 9,849 19,239 12,471 41,559 2020 15,565 14,630 17,218 47,413 2021 16,690 14,300 17,826 48,816 2022* 15,721 12,687 16,863 45,271 Id-data tas-sena 2022 tinkludi biss minn Jannar sa Ottubru.

Għawdex – bereġ tas-saħħa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm Bereġ tas-Saħħa f'Għawdex li fil-mument qed jiffunzjonaw? Kemm ħin fil-ġimgħa qed tinfetaħ għall-pubbliku kull waħda minn dawn il-bereġ? X'servizzi qed jiġu offruti fil-mument minn dawn il-bereġ u kemm hemm ippjanati li jerġgħu jinfetħu bereġ fl-irħula f’Għawdex fil-ġimgħat li ġejjin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed impoggi fuq il-mejda tal-kamra lista bl-informazzjoni li talabni, waqt li ninformaħ illi fl-2023 hemm ippjanat li jiftah ċentru kommunitarju għas-Saħħa fil-Qala kif ukoll ċentru għas-saħħa fir-Rabat

Infermiera li qagħdu għal resit

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jidħlu fid-dinja tax-xogħol dawk in-nurses li taw resit f'Settembru u rċevew ir-riżultat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant fil-ġranet li ġejjin ser jibda’ l-ingaġġ ta’ dawn in-nurses

Sptar Mater Dei — Complement ta' personnel

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 415, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jinforma bil-complement tal-personnel f'kull grade li hemm fis-swali tal-Isptar Mater Dei fid-data li fiha titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed impoġġi fuq il-mejda tal-kamra il-lista tal- complement tal-personnel mitluba minnu.

Infermiera, qwiebel u carers — medja ta' sigħat ta' ħidma

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 417, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti l-medja tas-sigħat maħduma mill-infermiera, qwiebel u carers tal-isptarijiet kollha sena b'sena bejn l-2013 u l-2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed impoggi fuq il-mejda tal-kamra lista ta medja tas-sigħat maħduma mill-infermiera, qwiebel u carers tal-isptarijiet kollha skont ma talab hu.

Persuni ta’ nazzjonalità barranija li jaħdmu fi sptarijiet jew kliniċi Maltin — kuntratt ta’ xogħol

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega jekk ħaddiema ta' nazzjonalità barranija jkollhomx kuntratt ta' xogħol għal sena jew definit/indefinit meta jibdew jaħdmu fl-isptarijiet/kliniċi Maltin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ħaddiema ta' nazzjonalità barranija jkollhom kuntratt indefinit, sakemm ma jkunux tobba li ġew impjegati għal-perjodu definit sabiex jimlew vakanza b’mod temporanju

Catheters ipprovduti

Question

Peress li ħafna pazjenti li jużaw il-catheters qed isibu problema bil-catheters tad-ditta Lenty u Daxan li qed jiġu pprovduti, minflok dawk Lofric li kienu jiġu pprovduti fil-passat u li kienu ta' kwalità aħjar, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx ħsieb li dawn jerġgħu jinbidlu lura?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant waqt li d-dipartiment tas-saħħa, bħal kull dipartiment ieħor tal-gvern, hu marbut bir-regoli ta’ prokurment nazzjonali u Ewropej, id-dipartiment jagħmel kull sforz sabiex jinghataw l-aħjar prodotti mediċinali lill-pazjenti Maltin u Għawdxin.

Ministeru għas-Saħħa — Dikjarazzjoni tal-assi għas-sena 2016

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3318 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għas-sena 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 3571.

Sptar tal-Onkoloġija — kimoterapija

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3416, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'isimhom it-13-il tip ta' kimoterapija li jingħataw f’Għawdex u l-erba’ tipi li jingħataw orali?

Response (FEARNE, CHRIS)

: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il- kimoterapija li jingħataw f’Għawdex huma dawn: 1. Transtuzumab - Capecitabine 2. Avastin - Temozolamide 3. 5FU - Etoposide 4. Oxaliplatin - Palbociclib 5. Carboplatin 6. Gemcitabine 7. Irinotecan 8. Vinorelbine 9. Epirubicin 10. Pemetrexed 11. Docetaxel 12. Etoposide 13. Vincristine

Sptar Mater Dei – apparat fis-Sleep Lab

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3290, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta hu pproġettat li jiġi ppubblikat tender bi specifications sabiex jinxtara apparat addizzjonali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-offerta intbagħtet lid-DOC għall-pubblikazzjoni fl-24 ta’ Ottubru 2022.

Tilqum tal-influwenza

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3424, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid għalfejn il-Gvern għażel li t-tilqim tal-influwenza se jsir mill-Gvern Ċentrali u mhux mill-Kunsilli Lokali kif isir is-soltu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif diġa kelli okjazzjoni nispjega lill-Kamra, din is-sena qed jiġi rrakkomandat illi mat-tilqima tal-influwenza tingħata ukoll it-tilqima tal-varjant tal-Covid l-Omicron. Peress li din ta’ l-aħħar teħtieġ li tinħa¿en f ‘temperatura baxxa, din is-sena t-tilqim jingħata mill-Bereġ u ċentri għas-saħħa.

Tilqim mill-Kunsilli Lokali

Question

Peress li fi żmien il-pandemija t-tilqim sar mill-policlinics minflok mill-kunsilli lokali, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjan biex it-tilqim tal-influwenza u oħrajn mhux relatat mal-COVID-19 jerġgħu jingħataw mill-kunsilli lokali għax il-bidla fis-sistema qed tkun problematika għar-residenti minħabba l-fatt li mhemmx policlinics f’kull lokalità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 3589.

Ta’ Giorni – Community Clinic

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jibda x-xogħol biex jinfetaħ Community Clinic f’Ta’ Giorni hekk kif kien imwiegħed sena ilu u għadu ma sar xejn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ir-Rapport tal-Periti jindika li parti mis-saqaf għandu problemi strutturali serji li jridu jitranġaw qabel ma wieħed ikun jista jikkonsidra li jkompli bl-izvilupp tas-sit. Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi, il-Primary HealthCare qed tfittex soluzzjonijiet ulterjuri.

Professjoni tal-Counselling – elenku ta’ professjonijiet komplimentari

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti iktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet li għalihom il-Professjoni tal-‘Counselling’ tħalliet barra mill-elenku ta’ professjonijiet komplimentari għal dik tal-mediċina, peress li din is-sitwazzjoni qed tpoġġi lill-professjonisti inkwistjoni f’qagħda li ma tikkumparax ma’ oħrajn li jagħmlu xogħol simili u għalhekk huma obbligati li joħorġu rċevuta tal-VAT għax-xogħol tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 1837 u numru 1839.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2588 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ adivsors mitluba minnu.

Counsellors – eżenti mill-VAT

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-counsellors mhumiex meqjusa bħala professjoni ta' mediku u jkunu eżenti għall-VAT bħalma huma l-Psikologi u l-psikoterapisti li qed jagħmlu l-istess xogħol? X'se jagħmel biex isolvi dan, issa li sar konxju minnu, speċjalment meta l-counsellors kienu parti mil-lista tal-Istrateġija tas-Saħħa Mentali għal Malta 2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Waqt li għall-ewwel parti tal-mistoqsija parlamentari nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema Councellors qed jirreferi, rigward il-parti dwar it-taxxa nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 1837.

Sptarijiet tal-Gvern – fuels użati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippreżenta lista ta' fuels li jintużaw f'kull wieħed mill-isptarijiet tal-Gvern u jgħid għaliex jintużaw u x'kienet il-kwantità użata kull sena mill-1 ta' Jannar, 2013 sal-31 ta' Diċembru, 2021?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba minnu.

Richmond Foundation – Mental Health Support Helpline – għajnuna mill-Gvern

Question

Fid-dawl li minn Novembru li ġej l-għajnuna tal-Gvern għall-ħlas tal-Mental Health Support Helpline lir-Richmond Foundation sabiex din topera 24 siegħa kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd kienet se titwaqqaf, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar x’inhi r-raġuni għal dan? Kemm kienet l-għajnuna finanzjarja li kienet tingħata lil Richmond Foundation marbuta ma’ dan is-servizz? Jekk il-Gvern se jkun qed joffri servizz alternattiv għal dak li kienet toffri r-Richmond Foundation, jista’ jagħti tagħrif dwar dan is-servizz, kemm se jkun qed jiswa, minn meta se jibda jopera u kif se jkun informat il-pubbliku inkluż dawk il-persuni li bħalissa qegħdin jużaw is-servizz ta’ Richmond Foundation?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz il-ġdid li se jkun operat mill-Mental Health Service se jkun imħabbar il-ġimgħa d-dieħla.

Ċentri tas-saħħa – ħinijiet tal-ftuħ

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2201, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux infermier biss se jkun preżenti meta ċ-Ċentri tas-Saħħa jiftħu l-Ħdud u l-Festi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirrerferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella hawn mehmuża li tindika s-servizzi mogħtija matul il-Ħdud u l-Festi fiċ-Ċentri tas-Saħħa. Iċ-Ċentri tas-Saħħa li jiftħu 24 siegħa kuljum (24/7) Professjonisti fil-Kura tas-Saħħa presenti matul il-ħin tal-ftuħ fil-Ħdud u l-Festi -Floriana -Mosta -Raħal Ġdid Victoria, Għawdex Tobba u Infermiera Mosta H/C Radiographer Iċ-Ċentri tas-Saħħa l-oħrajn Professjonisti fil-Kura tas-Saħħa presenti matul il-ħin tal-ftuħ fil-Ħdud u l-Festi -Gżira Infermiera bejn 7am - 8pm. Tobba bejn it-8.00am – 5.00pm -Bormla -Qormi -Rabat -Kirkop Infermiera bejn 7am - 8pm. - B`Kara Bħalissa magħluqa peress li għaddej il-programm ta’ immodernizzar. Il- kumplament tas-servizzi qed jiġu offruti miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Floriana u tal-Gżira.