Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex u Kemmuna – Siti protetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema siti storiċi jew arkeoloġiċi f'Għawdex u Kemmuna huma protetti u kemm ilhom protetti? Jista’ jgħid ukoll liema siti oħra għaddejjin mill-proċess u huma mistennija li jiġu ddikjarati bħala protetti matul is-sena 2024?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi skond artikolu 3 tal- Att dwar il-Patrimonju Kulturali, kull oġġett li eżista f’Malta għal tal-inqas ħamsin sena, jitqies li jagħmel parti mill-patrimonju kulturali li għandu jiġi protett skont artikolu 49 tal-istess Att. Infurmat ukoll illi artikolu 53 tal-Att dwar il-Patrimonju Kulturali jistabilixxi illi dik il-proprjetà kulturali inkluża fl-inventarju nazzjonali għandha tiġi mħarsa. Is-siti storiċi jew arkeoloġiċi f’Għawdex u Kemmuna li huma inkluża fl-inventarju nazzjonali u meqjusa bħala protetti huma dawk indikati fid-dokument li qieghed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsilli Lokali u l-Kunsilli Reġjonali – Direct orders

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' direct orders li ngħataw mill-Kunsilli Lokali u l-Kunsilli Reġjonali kollha ta' Malta u Għawdex għal din l-aħħar sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Deputati tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu/huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma impjegati fiċ-ċivil, jew fis-servizz pubbliku, jew f'kumpaniji/banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, jew f'aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qegħdin iservu, il-kariga li kienu/qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju tagħhom? Jista’ jqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol u/jew timesheets, il-work from home u/jew telework u/jew remote working u l-ispecial leave requests u approvals relatati mal-persuni hawn fuq imsemmija għall-perjodu bejn April 2013 sal-ġurnata li baqgħu fl-impjieg tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

It-taghrif qed jingabar.

Public Broadcasting Services — Lista tal-persuni li jiffurmaw parti mill-Bord

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li jiffurmaw parti mill-Bord tal-Public Broadcasting Services?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Dr Mark Sammut – Chairman Eżekuttiv Ray Calleja - Direttur Jeremy Camilleri - Direttur Engelbert Grech - Direttur Albert Marshall - Direttur Pablo Micallef - Direttur Adriana Zarb Adami - Direttur Dr Franco Galea - Direttur Norman Hamilton - Direttur

Public Broadcasting Services — Lista tal-persuni li jiffurmaw parti mill-Bord tal-Editorjali

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li jiffurmaw parti mill-Bord Editorjali tal-Public Broadcasting Services?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Joe Sammut - Chairman Charles Flores - Membru Dr Martin Fenech - Membru

Public Broadcasting Services — Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-Public Broadcasting Services, kemm minnhom huma full time u kemm minnhom huma part-time? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom jaħdmu fit-televiżjoni, kemm minnhom fuq ir-radju u kemm minnhom fuq it-tnejn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hi skond kif indikat hawn taħt: § Total ta’ ħaddiema – 111 § Full-time - 110 § Part-time – 1 § TV – 52 § Radju – 6 § TV & Radju - 53

Public Broadcasting Services — Servizz ta’ produzzjoni ta’ programmi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji li qed jagħtu servizz ta’ produzzjoni ta’ programmi lill-Public Broadcasting Services bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma programmi fuq ir-radju, kemm minnhom fuq it-televiżjoni u kemm minnhom fuq it-tnejn?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba hi skond kif indikat hawn taħt: § Kumpaniji / individwi TV (mhux impjegati) – 53 § Kumpaniji / individwi Radju (mhux impjegati) – 49 § Kumpaniji / individwi TV u Radju (mhux impjegati) - 1

Logħob tal-futbol – Biljetti mixtrija

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-istaġun 2021/22 saret talba speċifika mill-PBS lill-UEFA biex jiġu mixtrija ammont kbir ta' biljetti fejn minn tal-inqas kien hemm seba’ biljetti mixtrija f'isem individwu wieħed għall-finali li saret fi Franza, li t-total tal-ispiża ta' din l-ordni kienet ta' €7,400, liema ħlas minn dan l-individwu sar f'kont personali ta' impjegat tal-PBS u mhux fil-kont bankarju tal-PBS ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-PBS, li l-istess PBS ma xtrat l-ebda biljetti mingħand il-UEFA jew terzi għal dawn il-kompetizzjonijiet.

San Ġwann – Ġnien Karin Grech — Latrini pubbliċi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14632, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat ta’ manutenzjoni jinsabu dawn it-toilets pubbliċi? Jista’ jikkonferma li kull ‘item’ f’din il-latrina pubblika taħdem?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann illi l-latrina ta’ San Gwann tinsab f’kundizzjoni tajba minkejja li ta’ spiss tiġi vandalizzata. Dwar dan infurmat li kwalunkwe vandaliżmu li jseħħ dejjem jiġi rrimedjat immedjatament. Intant infurmat mill-istess Kunsill li prezentament mhux jiffunzjonaw l-urinalsfis-sezzjoni tal-irġiel għaliex infurmat li biex jitranġaw dawn, jehtieġ jinbidel l-plumbingkollu li huwa għaddej minn taħt il-madum tal-latrina kollha. Tali xogħlijiet infurmat li jkopri spiża konsiderevoli. Madanakollu infurmat ukoll li t-toilets fuq in-naħa tal-irġiel ukoll jiffunzjonaw tajjeb. Finalment infurmat li fil-futur qarib huwa ppjanat illi din il-latrina tinqala sabiex isir l-proġett ta’ greening fiċ-ċentru u għalhekk mhux għaqli li ssir din l-ispiża.

Qala — Triq it-28 ta' April 1688 – Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13501, fejn intlabt biex nirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat, ġaladarba t-tender inħareġ mill-Kunsill Lokali tal-Qala, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq Triq 28 ta' April 1688, fil-Qala, Għawdex huwiex qed isir mill-istess kunsill? Jekk iva, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13501 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12870, jista' l-Ministru jgħid sal-lum kemm huwa proġettat li ġie jiswa x-xogħol fuq Triq 28 ta' April 1688 fil-Qala, Għawdex u jekk għal dawn ix-xogħlijiet hux se jħallas il-Kunsill Lokali waħdu jew jekk hux se jħallas parti l-Kunsill u parti l-Ministeru u/jew entitajiet governattivi oħra? Jekk mhux il-Kunsill Lokali waħdu jista’ jgħid x'ser jitħallas minn entitajiet oħra governattivi skont il-Kunsill Lokali u kemm hu l-ammont li l-Kunsill għandu allokat għal dan ix-xogħol?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant ghat-twegiba li nghatat ghad-domanda parlamentari bin-numru 14190.

Santa Luċija — Librerija pubblika – Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Santa Luċija (Malta) u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’ hawn taħt. Lokalita’ Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023 Infiq fuq kotba fi¿iċi ġodda – Jan sa Nov 2023 Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023 Santa Luċija 130 € 793.40 104 Intant infurmat illi l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Il-Birgu — Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Birgu u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Lokalita’ Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023 Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023 Birgu 164 € 1,376.85 391 Intant infurmat illi l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Bormla — Librerija pubblika - Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Bormla u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’ hawn taħt. Lokalita’ Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023 Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023 Bormla 6 € 94.99 124 Intant ninsab infurmat illi l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

L-Isla – Librerija pubblika – Kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika tal-Isla u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt. Lokalità Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023 Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023 Donazzjonijiet inkluż mill-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023 Isla 92 € 575.22 117 Intant ninsab infurmat illi l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kumitati tal-banda — Każini – Konvenji jew kuntratti ta’ xiri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14244, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-każini tal-banda li għalihom sar konvenju jew kuntratt ta' xiri tal-proprjetà tas-soċjetà rispettiva mill-Gvern u jaqsam l-informazzjoni skont jekk dan il-ftehim hux fi stat ta' konvenju jew kuntratt?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi skond kif gej: BAND CLUB STATUS Soċjetà Filarmonika Santa Marija, Mosta, Konvenju is-Soċjetà Filarmonika San Pietru fil-Ktajjen, Bir¿ebbuġa, Konvenju il-Każin Banda 12th May, Ħaż-¯ebbuġ, Konvenju is-Soċjetà Sant’Andrija, Ħal Lija Konvenju l-Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught’s Own, Birkirkara Konvenju Stella Maris, Sliema FTEHIM UTILE DOMINIUM Soċjetà ta’ De Paule, Raħal il-Ġdid Kuntratt Circolo San Giuseppe Sagra Familja, Kalkara Konvenju La Stella Levantina, Ħ’Attard Konvenju Marija Reġina Band Club, Marsa Konvenju Anici Band Club, Ħal Qormi Konvenju

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul is-sena 2023, xahar b'xahar, mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Palazz tal-Gran Mastru – Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down tal-€40 miljun li ntefqu fuq il-Palazz tal-Gran Mastru ġewwa l-Belt Valletta, liema ċifra ilha tissemma mill-Ministru sa minn sentejn ilu? Jista’ wkoll jipprovdi lista ta’ kemm minnhom kienu kuntratti barra Heritage Malta u kemm minnhom kienu direct orders?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-investiment li sar fil-Palazz tal-Gran Mastru huwa imqassam skond kif indikat fit-tabella t’hawn taħt. Intant infurmat li din it-tabella ma tinkludiex il-pagi tal-ħaddiema tal-Aġenzija Heritage Malta li kienu involuti direttament f’dan il-progett, f’dawn l-aħħar ħames snin. Infurmat ukoll li minbarra t-tim tal-progetti, kuraturi u logistika, li kienu dejjem fuq is-sit, mas-seba’ t’elef (7,000) artifatt li hemm fl-Armerija ġew restawrati kollha minn ħaddiema ta’ Heritage Malta. Contract Total Value (incl. VAT) and/or as applicable CT3028/2017 - Engagement of an Integrated Design Team for the Grandmaster's Palace Regeneration Project €587,775.94 CT3055/2017 - Works Tender for the documentation and resoration of the Piano Nobile Artworks in an environmentally friendly manner, at the Grandmaster's Palace in Valletta €4,792,634.35 HM06/98/2019 - Contract for the Replaceement of the Existing Roof of the Piano Nobile Corridor at the Grand Master's Palace, Valletta €1,093,275.25 CT3036/2020 - Tender for All Works required for the Restoration, Rehabilitation and Upgrading of the Grandmasters’ Palace, Valletta, in an Environmentally Friendly Manner €4,707,725.76 HM06/44/2020 - Service contract for the engagement of an integrated design team for all the Grandmaster's Palace in Valletta (excluding the parts under the ERDF project) €312,700.00 HM06/72/2020_HM24/26/2020 - Direct Order for the testing of structures in separate Areas, at the Grandmaster's Palace, Valletta €69,667.20 HM06/85/2020_HM24/36/2020 - Contract for the re-introduction of water spouts in the Nettuno Courtyard of the Grandmaster's Palace, Valletta €65,891.20 HM06/84/2020_HM24/37/2020 - Contract for the replacement and repair of Stone Balustrades in the Parapet around the Nettuno Courtyard of the Grandmaster's Palace, Valletta €88,500.00 CT3004/2021 - Design & Build Works Tender in lots for the Documentation and Restoration of the State Rooms in an Environmentally Friendly manner at the Grandmaster's Palace, Valletta (Lot 1) €4,520,190.72 CT3004/2021 - Design & Build Works Tender in lots for the Documentation and Restoration of the State Rooms in an Environmentally Friendly manner at the Grandmaster's Palace, Valletta (Lot 2) €3,424,869.17 CT3004/2021 - Design & Build Works Tender in lots for the Documentation and Restoration of the State Rooms in an Environmentally Friendly manner at the Grandmaster's Palace, Valletta (Lot 3) €1,653,770.21 HM06/07/2021_HM24/02/2021 - Contract for 3D documentation and training (on mapping software) at the Grandmaster's Palace €411,820.00 CT3028/2021 - Structural roof repairs/restoration/replacement and waterproofing at the Grandmaster's Palace, Valletta, using Environmentally Friendly Materials €3,520,008.59 CT3024/2021 (Lot 1) - Interior fit-out works, refurbishment, and installation of conservation grade showcases, audio-visual development and graphic installations at the Grandmaster's Palace, Valletta using Environmentally friendly materials €1,288,391.43 HM24/03/2021 - Negotiated Procedure for the design, manufacture, supply, delivery, installation, testing and commissioning of an Environmental Control System at the Grandmaster's Palace, Valletta €790,534.06 HM24/06/2021 - Contract for the creation of new decorations at the Offie of the President of the Republic at the Grandmaster's Palace, Valletta €38,326.40 HM24/21/2021 - Works' Contract with RVC Ltd for the replacement and installation of special light fittings in Nettuno Courtyard of the Grandmaster's Palace, Valletta €54,931.64 HM24/53/2021 - Works Negotiated Procedure for the Uncovering and restoration of the decorated Palace Armoury (former Parliament) wall surfaces at the Grandmaster's Palace, Valletta €542,257.20 HM24/67/2021 - Works Negotiated Procedure with Camilleriparismode for the supply, fabrication and installation of Damask at Piano Nobile level in the Grandmaster's Palace, Valletta €596,387.93 HM24/71/2021 - Turnkey Works Negotiated Procedure for the Restoration and Rehabilitation of the Grandmaster's Palace, Valletta (Phase 2) €6,357,724.78 CT3038/2021_HM24/79/2021 - Supply of audio-visual design and development works at the Grandmaster's Palace, Valletta using Environmentally Friendly Materials €329,176.65 HM24/81/2021 - Supply Direct Order for the provision of a scaffold for the Throne Room at the Grandmaster's Palace, Valletta €28,609.10 HM24/11/2022 - Provision of services of a Project Manager on the Grandmaster's Palace Project, Valletta €47,200.00 HM24/53/2022 - Supply Direct Order for 3D modelling and manufacturing of busts and helmets from Silvercraft Ltd for the Grand Master's Palace in Valletta €57,171.00 HM06/238/2023 - Printing, supply and delivery of Grandmaster's Palace Project boo for Heritage Malta part-financed by the European Regional Development Fund (ERDF) €6,300.00 HM24/48/2023 - Supplies Direct Order with SR Services for the purchase of an aerial work platform for the Palace Armoury at the Grand Master's Palace in Valletta. €37,760.00 HM24/63/2023 - Works Direct Order with de Valier Company Ltd. for the restoration of the four brass statues above the Clock Tower at the Grand Master's Palace in Valletta €41,300.00 HM24/64/2023 - Supplies Direct Order with Elite Innovations Ltd for the purchase, installation and commissioning of 2 (two) turnstiles and 1 (one) swing gate for the Grand Master's Palace in Valletta €23,653.10 HM24/105/2023 - Supplies Direct Order with Mediterranean Protection Solutions for the procurement, installation and commissioning of an X-ray Inspection System for the Grand Master's Palace in Valletta €33,841.22 HM24/121/2023 - Works Direct Order with Noel Pisani for the restoration, including parts of 3 (three) 18th century tent and bag chandeliers at the Grand Master's Palace in Valletta €65,704.91 HM24/122/2023 - Works Direct Order with L.I.C.C Ltd for works to be carried out next to Nettuno Courtyard at the Grand Master's Palace in Valletta €48,416.58 Various Acquisitions of artefacts €539,416.00 Restoration of Soffits - Currently under procurement €2,006,000.00 The fit-out of the display in the Mint and Treasury €500,000.00 Lightning Protection €65,000.00

Il-Belt Valletta — sistema ta' dawl fuq is-swar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14563 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-Gvern se jinstalla sistema ta' dawl fuq is-swar tal-Belt Valletta, li ħafna minnhom jinsabu fid-dlam u ma jistgħux jitgawdew fil-milja tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ser isiru d-diskussjonijiet meħtieġa bil-għan li tiġi ndirizzata din is-sitwazzjoni.

Malta — Ħaż-Żebbuġ - Triq Vassalli - Bozza maqtugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-bozza maqtugħa fl-isqaq fejn 44 Triq Vassalli, Ħaż-Żebbuġ Malta, li qegħda ma’ ħajt qed tieħu daqshekk fit-tul biex tiġi rranġata? Jekk sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari tkun tranġata, jista' jgħid għaliex kien hemm dan id-dewmien?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ illi din il-bozza kienet irraportata li hi bil-hsara lill-Kunsill Lokali u gie identifikat li fiha xi hsarat li jridu jkunu msewwija mill-entita kkoncernata, tant li f’dan is-sens sar rapport lill-istess entità.

Public Broadcasting Services — Organigramma

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-organigramma tat-tmexxija tal-Public Broadcasting Services u jindika ċar min jokkupa kull kariga?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba qed tigi mqieghda fuq il-Mejda tal-Kamra.