Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Konsulenti Maltin u barranin
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, għamel użu minnhom minn 2020 sal-aħħar ta' Ottubru 2023? Jista' jgħid ukoll jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm-il term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu l-fees u spejjeż oħra relatati li tħallsu? Jekk il-każ fuq it-terminu ta' żmien li matulu kienu qed jipprovdu dan is-servizz, kemm tħalsu globalment fuq medda ta' żmien min mindu ġew appuntati l-ewwel darba? Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12494.
Liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi — Offender Assessment Board - Rapporti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew diskussi u ppreparati rapporti mill-Offender Assessment Board ai termini tal-Liġi dwar il-Ġustizzja Riparatriċi matul is-sena 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Bord iddiskuta b'mod ġenerali 31 każ matul is-sena. Għal kull każ, ġie preparat rapport dettaljat li ġie mgħoddi lill-Parole Board.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23823, jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti f'kull għassa tal-pulizija matul is-sena 2024 (minn Jannar sa Diċembru) separatament għal kull għassa?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li r-rapporti li jiġu reġistrati ġewwa l-għases, jinġabru bħala distrett fis-sistema elettronika tal-Pulizija u ma jistgħux jiġu estratti f’ammonti separatament għal kull għassa, mill-istess sistema, kif mitlub. Dan japplika għas-snin kollha. Bħal kull sena ikun publikat il-crime report li jkun jista jagħti stampa ċara anke ta' kull lokalità u crimes speċifiċi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23823, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar rapporti li saru f'taqsimiet oħra tal-korp tal-pulizija matul is-sena 2024? Kemm-il rapport sar f'kull taqsima oħra li mhux imsemmija fit-tweġiba tal-istess mistoqsija parlamentari, liema mistoqsija kienet tirreferi għall-għases?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ rapporti li ġew irreġistrati fis-sistema elettronika tal-pulizija minn taqsimiet tal-Korp tal-Pulizija matul is-sena 2024, kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt, li ma tinkludix l-għases.
Taqsimiet
Nru. ta’ rapporti proċessati f’Taqsimiet tal-Pulizija
Anti-Money Laundering
78
Control Room
4
Major Crime
27
K9
5
Economic Crime Unit
67
Cyber Crime Unit
9
Env. Protection Unit
576
GBDV
3587
Homicide
10
Mounted
8
MT
9
Staffing and Major Events
2
RIU
71
Traffic
283
Border Control Airport
39
Border Control Seaport
10
Immigration Field
93
Vice Squad
101
Drug Squad
99
Int, Relations
20
Professional Standards
1
Custody
3
5,102
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' rapporti li daħlu fit-taqsimiet kollha tal-pulizija (inkluż għases) matul is-sena 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li matul is-sena li għaddiet sal-aħħar ta' Novembru, fis-sistema elettronika tal-pulizija ġew irreġistrati 92,075 rapport fit-taqsimiet kollha tal-pulizija, inklużi l-għases.
Jista' l-Ministru jgħid liema għases kienu jaqgħu taħt kull wieħed mit-12-il distrett tal-pulizija fis-sena 2024? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm tibdil f'dawn id-distretti mis-sena 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, x'tibdil kien hemm?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bħalissa l-għases li jaqgħu taħt it-12-il distrett tal-pulizija huma kif jidher fl-aħħar tabella hawn taħt. Fis-sena 2020 kien hemm għaxar distretti u żewġ sotto-distretti tal-Pulizija. kuntrarju għat tnax kif huma preżentement.
2020
District 1
Valletta
Floriana
New Port
District 2
Qormi
Żebbuġ
Siġġiewi
Lapsi
District 3
Paola
Fgura
St. Lucija
Tarxien
Luqa
District 4
Bormla
Birgu
Isla
Kalkara
Xgħajra
Żabbar
M’Scala
District 5
Żejtun
Birżebbuġa
M’Xlokk
Gudja
Għaxaq
Mqabba
Kirkop
Safi
Żurrieq
Qrendi
MIA
District 6
Sliema
Gzira
Msida
District 6A
St. Julians
San Ġwann
Swieqi
District 7
Ħamrun
St. Venera
Pieta’
Marsa
Rabat
Dingli
Mdina
Mtarfa
District 8
Birkirkara
Balzan
Għarghur
Attard
Naxxar
District 9
Mosta
Mġarr
District 9A
St. Paul's Bay
Mellieħa
Qawra
District 10
Gozo - Rabat
Xewkija
Xlendi
Xagħra
Nadur
M’Forn
Ta’ Pinu
Għarb
Għasri
Għ’Sielem
Kerċem
Mġarr
Żebbuġ
Qala
Sannat
S’ Lawrenz
Comino
2025
District 1
Valletta
Floriana
Pinto
District 2
Ħamrun
St. Venera
Pieta’
Marsa
District 3
Paola
Fgura
St. Lucija
Tarxien
Luqa
District 4
Bormla
Birgu
Isla
M’ Scala
Xgħajra
Żabbar
District 5
Żejtun
Birżebbuġa
M’Xlokk
Gudja
Għaxaq
Mqabba
Kirkop
Safi
Żurrieq
Qrendi
MIA
District 6
Qormi
Siġġiewi
Lapsi
District 7
Sliema
Gzira
Msida
District 8
St. Julians
San Gwann
Swieqi
District 9
Birkirkara
Balzan
Naxxar
Attard
District 10
Mosta
Mġarr
Rabat
Dingli
Mdina
Mtarfa
District 11
Mellieħa
Qawra
Ċirkewwa
Għadira
District 12
Gozo - Rabat
Xewkija
Xlendi
Xagħra
Nadur
M’Forn
Ta’ Pinu
Għarb
Għasri
Għ’Sielem
Kerċem
Mġarr
Żebbuġ
Qala
Sannat
S’ Lawrenz
Comino
Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-Training Allowance li jingħata lill-Kummissarju tal-Pulizija hux marbut ma’ xi training jew tagħlim speċifiku li jirċievi jew jagħti l-Kummissarju tal-Pulizija matul is-sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22946. Differenti minn ta' qabilha din l-amministrazzjoni investiet fid-drittijiet u kundizzjonijiet tal-ħaddiema kollha tal-Korpi Dixxiplinati, b'kuntrast ma' amministrazzjoni li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat.
Kummissarju tal Pulizija — Communication allowance
Question
Fid-dawl li fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22942 ingħad li fis-snin 2021, 2022, u 2023 il-Communication Allowance kienet ta’ €1,600.04 u fis-sena 2024 saret €1,560.32, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Communication Allowance tal-Kummissarju tal-Pulizija issa tnaqqsitx?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22943. Differenti minn ta' qabilha din l-amministrazzjoni investiet fid-drittijiet u kundizzjonijiet tal-ħaddiema kollha tal-Korpi Dixxiplinati, b'kuntrast ma’ amministrazzjoni li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat.
Kummissarju tal Pulizija — Communication Allowance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-Communication Allowance tal-Kummissarju tal-Pulizija, għaliex tingħata u jekk il-Kummissarju għandux dmirijiet barra mix-xogħol regolari biex jingħata din il-Communication Allowance?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22943. Differenti minn ta' qabilha din l-amministrazzjoni investiet fid-drittijiet u kundizzjonijiet tal-ħaddiema kollha tal-Korpi Dixxiplinati, b'kuntrast ma’ amministrazzjoni li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Expense Allowance li jingħata lill-Kummissarju tal-Pulizija huwiex marbut ma’ xi spejjeż jew nefqiet speċifiċi magħmula mill-Kummissarju tal-Pulizija matul is-sena, jew inkella jingħatawx irrispettivament mill-infiq personali tiegħu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22937. Differenti minn ta' qabilha din l-amministrazzjoni investiet fid-drittijiet u kundizzjonijiet tal-ħaddiema kollha tal-Korpi Dixxiplinati, b'kuntrast ma’ amministrazzjoni li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat.
Kummissarju tal Pulizija — Project-Based Allowance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Project-Based Allowance mogħti lill-Kummissarju tal-Pulizija u għaliex jingħata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22930. Differenti minn ta' qabilha din l-amministrazzjoni investiet fid-drittijiet u kundizzjonijiet tal-ħaddiema kollha tal-Korpi Dixxiplinati, b'kuntrast ma’ amministrazzjoni li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma dawk il-kriterji, disturbi jew inkonvenjenzi li jwasslu sabiex jitħallas id-Disturbance Allowance dovut fil-każ tal-Kummissarju tal-Pulizija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22902. Differenti minn ta' qabilha din l-amministrazzjoni investiet fid-drittijiet u kundizzjonijiet tal-ħaddiema kollha tal-Korpi Dixxiplinati, b'kuntrast ma’ amministrazzjoni li ħalliethom mhux biss mingħajr kundizzjonijiet bażiċi – li ma titħallasx għas-sigħat li taħdem - iżda mingħajr ftehim settorali adegwat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru breathalyser tests mill-Pulizija fis-sena 2024 u jaqsam din l-informazzjoni xahar b'xahar? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn instabu li eċċedew l-ammont rikjest mil-Liġi bħala konsum tal-alkoħol?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li in-numru ta’ breathalyser tests li saru mill-Pulizija fis-sena 2024, wara suspett raġonevoli skont il-liġi, kif ukoll l-ammont ta’ dawk li nstabu li eċċeda l-ammont rikjest mil-Liġi bħala konsum tal-alkoħol, u allura b’riżultat pożittiv, kien kif indikat fit-tabella hawn taħt.
JannarFrarMarzuAprilMejjuĠunju
Nru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittiv
951561841712139119
LuljuAwwissuSettembruOttubruNovembruDiċembru
Nru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittivNru ta’ testijietTest pożittiv
1351051171481542719
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il breathalyser kit għandu l-Korp tal-Pulizija? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm uffiċjali li huma mħarrġa sabiex jagħmlu użu minn dawn il-kits?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Korp tal-Pulizija għandu tmintax-il kit ta' breathalyser imqassma mad-Distretti u s-sezzjonijiet operattivi.
Infurmat li t-tahrig isir kemm fir-reklutagg fejn kull uffiċjal tal-Pulizija jingħata viżjoni ġenerali tal-apparat u l-proċess ta' teħid tal-nifs, kif ukoll informazzjoni dwar il-proċeduri previsti mill-artikli tal-Kap 65 tal-Liġijiet ta’ Malta, relatati ma’ dan is-suġġett. Barra minn hekk, kull ufficjal gie provdut informazzjoni specifika permezz ta ’ċirkolari tal-Korp tal-Pulizija li ġiet speċifikament maħruġa dwar l-użu tal-breathalyser kits.
Malta u Għawdex – Persuni b’liċenzja valida għal arma tan-nar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f’Malta u f’Għawdex b’liċenzja valida għal arma tan-nar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni f’Malta u f’Għawdex li f’Diċembru 2024 kellhom liċenzja valida għal arma tan-nar, kien ta’ wieħed u għoxrin elf, disa’ mija u wieħed u tletin (21,931).
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet sabiex persuna jkollha liċenzja għal arma tan-nar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-kundizzjonijiet sabiex wieħed jingħata liċenzja ta’ arma tan-nar, jinstabu fit-Taqsima 5 ta’ l-Att dwar l-Armi Kap 480 tal-ligijiet ta’ Malta, kif ukoll taħt ir-regolamenti L.S. 480.02 u L.S. 480.03 dwar Liċenzji għall-Armi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kundizzjonijiet biex ikollok liċenzja għal arma tan-nar inbidlux? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu r-raġunijiet għal dan it-tibdil?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li r-raġunijiet li wieħed taħthom jingħata liċenzja nbidlu, wara li ġew fis-seħħ l-emendi legali li permezz tagħhom ġew trasposti it-tibdiliet mitluba mid-Direttiva Ewropeja dwar l-Armi.
Strateġija Nazzjonali kontra t-Traffikar tal-Bnedmin 2024-2030
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21050 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Fid-dawl li f’Lulju 2024, il-Gvern ħabbar strateġija nazzjonali kontra t-traffikar tal-bnedmin 2024-2030, kofinanzjata minn fondi Ewropej, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm flus allokati għal din l-istrateġija, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kif se jintefqu l-flus skont il-ħames prioritajiet li hija mibnija fuqhom din l-istrateġija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Traffikar ta’ bnedmin — Restituzzjoni u kumpens lill-vittmi
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21055 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u ċjoè: F’Lulju 2024, waqt it-tnedija tal-istrateġija nazzjonali kontra t-traffikar tal-bnedmin, il-Gvern ħabbar li “fl-aħħar ħames snin, ġew identifikati mal-50 vittma ta’ traffikar uman f’pajjiżna”. Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-vittmi ngħataw restituzzjoni u kumpens mill-Gvern? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-ammont tar-restituzzjoni u kemm kien il-kumpens f’kull każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.