Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li għandha l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, bħala Chief Office Enforcement ma’ Trasport Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nqisx li hu xieraq li npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt tal-impjieg mitlub.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — tnaqqis mill-budget
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li tnaqqas mid-dekasteru tiegħu bħala parti miż-0.59% mnaqqsa mill-budget għas-sena 2012? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-ammonti u liema huma l-line items?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-parteċipazzjoni fl-istrateġija roadmap to a simple European transport area - towards a competitive and resource efficient transport system?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-“Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti" ġie preżentat lill-Kunsill tal-Ministri tat-Trasport mill-Kummissjoni Ewropea fis-16 ta’ Marzu 2011.
Fid-29 t’April 2011, saret preżentazzjoni lill-"MEUSAC Core Group" mill-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni. Il-Core Group kien mistieden biex jipprovdi feedback sabiex tiġi stabbilita il-pożizzjoni nazzjonali ta’ Malta rigward il-pjan tal-Kummissjoni Ewropea. F’Mejju 2011, Malta ssottomettiet formalment il-pożizzjoni tagħha fuq din l-istrateġija lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
Fuq livell Ewropew, Malta pparteċipat fid-diskuzzjoni kemm fil-Grupp ta’Ħidma kif ukoll fid-dibattitu li seħħ waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ta’Ġunju 2011.
Jista' l-Ministru jgħid jekk iċ-ċentru ta' Bormla minn fejn se jgħaddu l-purċissjonijiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa, hux se jkunu lesti u dan kif suppost kien imwiegħed li jkun lest anke sal-festa tal-Immakulata fit-8 ta' Diċembru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li qed isiru diskussjonijiet mal-organiżżaturi kkonċernati sabiex ikun assigurat li jsir ix-xogħol meħtieġ fit-toroq li minnhom jgħaddu l-purċissjonijet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir it-tarmac fi Triq Ġistakor f'Ħal Għaxaq peress li l-aħħar parti tat-triq tinsab fi stat perikoluż ħafna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fl-imsemmija triq mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — flus f'konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'konsulenzi mid-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2011, maqsuma b'mod separat għal dawk li jaqbżu l-€10,000 u lil min ingħataw? Jista' jgħid ukoll b'liema mod ingħatat kull konsulenza?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għal Transport Malta l-mooring charges li qed jiġu imposti minn Sandy Yacht Marina Ltd (Ta' Xbiex Moorings) humiex aċċettabbli jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tariffi miġbura minn Sandy Yacht Marina Ltd għall-użu tal-irmiġġi f’Tax-Xbiex huma kif stabbilit fi ftehim li ntlaħaq bejn Sandy Yacht Marina Ltd u Transport Malta. Dan il-ftehim, li ntlaħaq wara sejħa pubblika għall-offerti, jistabilixxi li Sandy Yacht Marina Ltd hi obligata li tinvesti f’irmiġġi ġodda u b’mod organizzat.
Jista' l-Ministru jikkonferma li se joħroġ permessi għall-ġarr ta' turisti f'Wied iż-Żurrieq u dan in linea mad-direttiva tal-Unjoni Ewropea? Jekk f'affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk dawk il-persuni li ġie deċiż li saret inġustizzja magħhom meta ma ngħatawx il-permess wara l-1987 hux se jingħataw il-permess?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jindirizza l-problema ta' Triq il-Pluvieri ġewwa Ħal Far limiti taż-Żurrieq stante li ta' kull darba li tinżel ix-xita, din issir inaċċessibli minħabba li tinbidel f'reservoir b'detriment kbir għar-raħħala u residenti li jiġu sprovisti mill-aċċess għall-proprjetajiet tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti lista lokalità b’lokalità tal-pjazez u l-ġonna pubbliċi kollha li fihom hemm servizz b’xejn ta’ wi-fi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm servizz ta’ free wi-fi f’kull binja ta’ kunisll lokali. B’eċċezzjoni tal-Kunsilli ta’ Marsaskala, Paola u San Lawrenz, il-Kunsilli kollha qedin fi skema li qed titħaddem bejn l-Awtorita` Maltija Dwar il-komunikazzjoni u D-Dipartiment Għall-Gvern Lokali.
Barra minn din l-iskema l-MCA ikkolaborat ma’ bosta entitatjiet pubbliċi oħra u waqfet bosta servizzi ta’ Wi-Fi madwar Malta u Għawdex. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ Wi-Fi points li nstallat l-MCA li b'kollox huma sebgħa u disghin (97). Din il-lista ma tinkludiex is-servizzi li jinsabu fil-bini tal-Kunsilli Lokali.
Il-Gvern ma jżommx rekord tas-servizzi ta’ wi-fi b’xejn offruti mill-privat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix servizz ta’ wi-fi b’xejn fil-bus stops? Jekk iva, jista' jgħid kemm huwa n-numru ta’ dawn il-bus stops u f’liema lokalità jinsabu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma jeżistix servizz ta’ Wi-Fi b’xejn fil-bus stops.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix servizz b’xejn ta’ wi-fi fit-terminal taċ-Ċikewwa?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi peress li bħalissa m’hemmx terminal permanenti ċ-Ċirkewwa , huwa ppjanat li dan is-servizz jingħata f’kollaborazzjoni ma’ Transport Malta meta jinfetaħ it-terminal il-ġdid.
infiq ta' flus fil-kostruzzjoni u manutenzjoni tat-toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fil-kostruzzjoni u manutenzjoni tat-toroq mill-1987 'l hawn, f'Malta u f'Għawdex? Jista' jagħti dawn il-figuri sena b’sena sal-2011?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li Triq iż-Żagħrun f’Ħaż-Żabbar hemm bżonn ta’ manutenzjoni, jista’ l-Ministru jara li jittieħdu passi biex jitneħħa l-periklu? Jista’ l-Ministru jara li jitneħħa l-periklu li jinħoloq kull meta tagħmel ix-xita billi jsiru spralli fin-naħa ta’ fuq tat-Triq il-Kapuċċini l-Kalkara sabiex ma jibqax jinżel ammont kbir ta’ ilma tax-xita fi Pjazza Arcisqof Gonzi l-Kalkara?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.31658.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interrpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati e-IDs fil-perjodu ta' bejn Jannar u Ġunju, bejn Lulju u Diċembru 2010, bejn Jannar u Ġunju u bejn Lulju u Diċembru 2011 u minn Jannar 2012 sal-lum?
Jista’ l-Ministru jindika meta Transport Malta se tibda x-xogħol fuq Triq Palma, Triq Birżebbuġa u Triq Żejtun, lkoll f’Ħal Tarxien u li kienu mwiegħda li se jsiru fil-programm li kien tħabbar mill-Gvern Nazzjonalista għall-perjodu 2006-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dawn it-toroq ma jagħmlux parti mil-programm tax-xogħlijiet għal din is-sena.
*Ara PL 9302 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta, 28 ta' Frar 2012 f'Seduta 451
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Grand Harbour Vision?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument u ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument sħiħ kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fil-Leġislatura preċedenti.
Mosta — talba mill-kunsill lokali dwar toroq one-way
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-talba miktuba li saret mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li permezz tagħha talbet lill-Ministru biex numru ta' toroq fil-Mosta li jinkludu Triq il-Pont, Triq Baskal Buhagiar u toroq oħra fil-madwar isiru one-way?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal lill-ommijiet ta' sittax-il sena u taħt dik l-età fis-sena 2011? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin l-ommijiet f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.