Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn pensjonanti tas-servizz li ma laħqux l-età pensjonabbli li jieħdu biss il-pensjoni tat-teżor u mhux okkupati b’impjieg, sa Awwissu 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali — kalkolu tal-pensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm każ fejn il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali għall-kalkolu tal-pensjoni inkludietx ukoll is-snin taħt it-18-il sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ talbiet ta’ refund ta’ application fees jew simili li mil-lum sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza daħlu fl-MFSA minn kull applikant li ried iwaqqaf f’Malta entità li hija irregolata mill-MFSA? Jistax jagħti elenku tal-kategoriji rispettivi ta’ x’tip ta’ entità kienet ser titwaqqaf?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mil-25 ta’ Ġunju sat- 8 ta’ Lulju, kien hemm kaz wieħed biss għal talba ta ‘refund ta’ application fees’.
Din kienet fil-kategorija ta’
Company Service Provider
.
Ma kien hemm l ebda raġuni mogħtija mill-individwu l ‘għaliex l-applikazzjoni ġiet ‘
withdrawn’
.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed tieħu l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) biex tħares l-interessi tal-anzjani fid-dawl ta’ aktar enfasi tal-banek kummerċjali fuq użu ta’ mezzi elettroniċi meta wieħed iqis li ħafna anzjani mhumiex daqstant familjari u mħarġa fl-użu ta’ tali mezzi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tiddiskuti b’mod regolari mal-Banek u ssegwi mill-qrib is-servizzi li jkunu qed jiġu offruti lill-klijenti.
Għalkemm minn mindu bdiet il-pandemija tal-Covid 19, il-Banek ziedu s-servizzi diġitali, l-Awtorita’ tara li l-istess servizzi jiġu offruti wkoll mill-fergħat tagħhom. Għal ammonti inqas minn €500, il-Banek jinkoraġġixxu lill- klijenti biex jiġbdu dawn il-flus mill-kont tagħhom permezz tal-ATM.
Madankollu, l-Awtorità tassigura li l-anzjani xorta jkollhom il-faċilita’ li jagħmlu użu mis-servizz tal-kaxxiera fil-fergħat. Fil-kaz fejn il-klijenti jagħżlu li juzaw mezzi diġitali, l-Awtorità ddiskutiet u rat li l-Banek joffru l-assistenza meħtieġa lill-klijenti.
Bħalissa l-Awtorità nediet kampanja edukattiva biex toħloq għarfien mall- konsumatur dwar is-servizzi diġitali bankarji. Din il-kampanja tinkludi wkoll intervisti/diskussjonijiet fuq programmi televizivi lokali li fihom qegħdin jipparteċipaw uffiċjali tal-Awtorita’.
Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta – Kumitat Eżekuttiv – laqgħat
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta kienu d-dati fl-2020 u 2021, li fihom iltaqa' l-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta? Min kien preżenti għal dawn il-laqgħat, laqgħa, b'laqgħa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumitat E¿ekuttiv iltaqa ’wieħed u ħamsin (51) darba fl-2020, u tnejn u għerbin (42) darba fl-2021.
Madankollu, minħabba obbligi ta’ protezzjoni tad-dejta u kunfidenzjalità, l-MFSA hija pprojbita milli tizvela kwalunkwe dejta personali tal-parteċipanti fir-rigward ta’ laqgħat bħal dawn.
Id-dati meta ltaqa' l-Kumitat Ezekuttiv qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward min huma l-membri tal- Kumitat Ezekuttiv għall-perjodu in kwistjoni, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija f’PQ 18647.
Jista' l-Ministru jgħid min kien preżenti fil-laqgħat tas-Central Monitoring Committee tal- Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) laqgħa b'laqgħa għas-sena 2020 u għas-sena 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-CMC huwa kumitat intern tal-FIAU stabbilit sabiex jassisti lil tali Korp fir-responsabbiltajiet tiegħu ta’ AML/CFT relatati mal-infurzar amministrattiv. Il-Compliance Monitoring Committee (u mhux Central Monitoring Committee) huwa kkostitwit kif gej:
I) Direttur li għandu jaġixxi bħala president tas-CMC;
II) Deputat Direttur li għandu jaġixxi bħala president tas-CMC fl-assenza tad-Direttur;
III) Kap tat-Taqsima għall-Infurzar (
Enforcement Section
);
IV) Wieħed mill-uffiċjali tat-Taqsima Legali (
Legal Affairs Section
) li ma huwiex taħt il-grad ta’ uffiċjal anzjan (
Senior Officer
);
V) Wieħed mill-uffiċjali tat-Taqsima għall-Infurzar (
Enforcement Section
) li ma huwiex taħt il-grad ta’ uffiċjal tal-infurzar anzjan (
Senior Enforcement Officer
); u
VI) Wieħed mill-uffiċjali mit-Taqsima għall-Infurzar (
Enforcement Section
), li għandu jaġixxi bħala segretarju tas-CMC.
Rigward min huma l-membri tac-CMC ghall-perjodu in kwistjoni, din l-informazzjoni ma tistax tinghata skond l-artiklu 34 ta’ l-Att kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terrorizmu.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Kariga jew konsulenza ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandux xi kariga jew konsulenza mal-Malta Enterprise jew xi entità oħra li taqa' taħtu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament m’għandux kariga jew konsulenza ma’ xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru. Rigward xi kariga jew konsulenza mal-Malta Enterprise, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jindika s-servizzi mogħtija mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ u fejn qegħdin jingħataw dawn is-servizzi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li servizzi mogħtija bħala parti mill-Garanzija għaz-zgħazagħ huma:
Ø NEET Activation Scheme II – 80 siegħa ta’ taħrig (onlajn jew fil-klassi skont l-għazla tal-parteċipant) flimkien ma’ 240 siegħa ta’ esperjenza ta’ xogħol jew kontinwazzjoni ta’ studju. L-parteċipanti jingħataw ukoll għajnuna ta’ mentoring u job coaching matul l-iskema. Wara l-esperjenza ta’ xogħol parteċipant jista wkoll jipparteċipa fl-iskema ta’
Traineeship
u wara jipparteċipa fl-iskema t’Aċċess għall-Impjiegi (A2E).
Ø ICT Courses – 60 siegħa ta’ taħrig fuq l-informatika fl-livelli differenti (onlajn jew fil-klassi skont l-għazla tal-parteċipant).
Ø SEC Revision Classes (fis-sajf biss) – parteċipanti li japplikaw jingħataw 5 gimgħat ta’ klassijiet ta’ revizjoni bi preparazzjoni għar-
resits
(onlajn jew fil-klassi skont l-għazla tal-parteċipant).
Ø MCAST Preventive Classes (fis-sajf biss) - student li japplikaw jingħataw 5 gimgħat ta’ klassijiet ta’ revizjoni bi preparazzjoni għar-resits marbutin mal-kors li jkunu qed jattendu fl-MCAST (onlajn jew fil-klassi skont l-għazla tal-istudent).
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumentazzjoni sħiħa tal-korrispondenza li għaddiet mill-Financial Action Task Force (FATF) u l-Gvern Malti u li magħha għandha tinkludi wkoll ir-rapport dettaljat tal-istess FATF bl-action plan irrakkomandat minnha fil-konfront ta’ pajjiżna?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, kemm skont ir-regoli tal-FATF kif ukoll il-liġijiet tagħna, id-dokumentazzjoni mitluba hija ta’ natura sensittiva u kunfidenzjali ħafna u ma tistax tiġi zvelata.
Izda, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi l-
action plan
imsemmi ġie ppubblikat mill-FATF fil-25 ta’ Gunju 2021 u qiegħed fuq is-sit elettroniku tagħhom.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2395 għas-snin minn Marzu 2013 sa April 2018. Filwaqt, minn Mejju 2018 sa Ġunju 2021, l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20190 u jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-gvern mill-Fond Konsolidat f'Għawdex kull sena mill-2013 sal-lum? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont in-natura tal-investiment, pereżempju investiment produttiv, infrastrutturali u soċjal? Jista' jagħti dan l-investiment bħala persentaġġ tan-nefqa kollha f'Malta mill-Fond Konsolidat għall-istess oqsma ta’ investiment?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19462 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm tħallsu flus mill-Maternity Fund mill-2015 sal-lum?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19463 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid f’kemm fondi jikkonsisti l-Maternity Fund bħalissa?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-Tender for the provision of health and safety services for road reconstruction works around Gozo. (CfT CA Unique ID: MGOZ/MPU T 73/2020) li għalqet iktar minn seba’ xhur ilu, jiġifieri fit-3 ta' Novembru 2020? Jista’ jgħid fiex wasal il-proċess ta' evalwazzjoni ta’ din l-imsemmija tender?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jindika l-aħħar statistika li għandu f’idejh ta’ kemm hawn tfal li huma f’riskju tal-faqar f’Malta u Għawdex u fejn qegħdin jgħixu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, skont statistika dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għixien (EU-SILC) tal-2019, minn popolazzjoni f’dik is-sena ta’ 112,833 persuna taħt it-18-il sena, l-istima rigward in-numru ta’ dawk fl-istess faxxa t’età u huma f’riskju ta’ faqar kien ta’ 16,857 jew ftit inqas minn 15%. Din iċ-ċifra tirreferi biss għall-faqar monetarju meqjus relattiv, jiġifieri dawk il-persuni li jaqgħu taħt il-linja tas-60% tad-Dħul Medjan Ekwavilizzat Nazzjonali.
Inżid ninforma li fl-2013, minn popolazzjoni ta’ 80,834 persuna taħt it-18-il sena, in-numru kien ta’ 18,233 persuna taħt l-istess faxxa t’età li kienu f’riskju ta’ faqar. Dan ifisser li fl-2013 kien hemm 1,376 tifel u tifla jew 9% aktar f’riskju ta’ faqar milli kien hemm fl-2019 minkejja popolazzjoni iżgħar ta’ nies fl-2013.
Meta wieħed imbagħad iħares lejn iċ-ċifri tar-Riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali li jikkunsidraw il-komponenti kollha tal-istima tal-faqar u li huwa allura l-indikatur ewlieni f’dan ir-rigward, wieħed isib li waqt li fl-2013 kien hemm 24,300 persuna taħt it-18-il sena jew 32% li kienu f’Riskju ta’ Faqar jew Esklużjoni Soċjali, dawn niżlu għal 19,300 jew 23.6% fl-2019. Dan ifisser tnaqqis ta’ 5,000 tifel u tifla jew 8.4%.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill Onor Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għat-tender CT2108/2021 jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet ta' dawk il-kumpaniji, individwi jew soċjetajiet li jiffurmaw parti miż-żewġ konsorzja li tefgħu l-offerta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 21620.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin fuq telework/remote working fil-Jobsplus? Kemm hemm sigħat ta’ telework/remote working?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-21 ta’ Ġunju 2021, Jobsplus għandha 145 impjegat li qegħdin jibbenifikaw mill-facilità tat-telework. L-ammont ta’ sigħat fil- ġimgħa ta’ telework jammonta għall-2,220.56.
Jobsplus – Inizjattiva Jobsplus Work Exposure Scheme – persuni li nqatgħu minn fuq ir-reġistru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li persuni li qed jirreġistraw, intalbu biex attivament jippromwovu l-inizjattiva tal-Jobs Plus Work Exposure Scheme jew inkella jinqatgħu mir-reġistru ta’ dawk li qed ifittxu xogħol? Kemm inqatgħu persuni minn fuq ir-reġistru?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-għan tal-iskema tal-Work Exposure huwa li tiffaċilità t-transizzjoni għall-impjieg billi tipprovdi lil min qiegħed ifittex xogħol b’esperjenza u taħriġ prattiku fuq post tax-xogħol. Dan it-taħriġ jgħin biex l-individwi jakkwistaw tagħrif, kapaċitajiet u kompetenzi li huma bżonnjużi biex jinstab u jinżamm impjieg. Persuni li qed jirreġistraw huma obbligati li jipparteċipaw b’mod attiv fit-tfittxija għax-xogħol u attivitajiet relatati.
Meta persuna tirreġistra għax-xogħol tiġi nfurmata u mfakkra li hi għandha l-obbligu li tfittex xogħol b’mod attiv u li minn żmien għal żmien, ser tiġi offruta diversi miżuri ta’ taħriġ, skemi jew intervisti għax-xogħol biex ittejjeb il-prospetti tagħha. F’każ li persuna ma tattendix għal xi intervista jew taħriġ/skema jew ma taċċettax xogħol mingħajr ġustifikazzjoni, isimha jitneħħa mir-reġistru tal-qgħad.
F’dan il-każ, il-persuni li qed jirreġistraw ġew infurmati li bħala parti mill-Pjan t’Azzjoni Personali, hu mistenni minnhom li b’mod attiv jippromwovu din l-iskema ma’ min iħaddem biex jakkwistaw esperjenza ta’ xogħol, li finalment tista’ tiżviluppa f’opportunita ta’ impjieg. Ġew mitluba juru l-interess tagħhom billi jimlew l-applikazzjoni tal-iskema, anke jekk ma jsibux opportunità huma. Ir-reġistranti ġew infurmati li jekk jirrifjutaw li jipparteċipaw f’din l-attività, isimhom jista’ jitneħħa mir-reġistru tal-qgħad.
Sa llum l-ebda isem ma tneħħa mir-registru tal-qgħad b’konsegwenza ta’ dan l-eżerċizzju.