Jista’ l-Ministru jgħid kemm miż-żwiġijiet bejn is-sena 2010 u 2023:
i. kienu bi żwieġ bil-Knisja?
ii. kienu koppji Maltin?
iii. kienu barranin it-tnejn?
iv. kienu mħalltin?
Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kien żwieġ ċivili biss u kemm minnhom;
i. kienu koppji Maltin?
ii. kienu barranin it-tnejn?
iii. kienu mħalltin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi — Bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet – Membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-Rapport Annwali u l-Financial Statements tal-Fond Nazzjonali u Soċjali ta' Żvilupp (NSDF) għas-sena 2021, jista’ l-Ministru jagħti l-isem tal-kumpanija involuta fit-Transferable Loan Note Instrument (‘TLNI’) ta’ USD25 miljun, hekk kif hemm miktub f’paġna 49 tal-istess Rapport Annwali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi — - Advisory Cost Limit għal ġbir ta’ informazzjoni
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15432, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-advisory cost biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'dik il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għall-Finanzi — Mobile jew Telephone Line Allowances
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-koordinatur tal-komunikazzjoni fil-Ministeru tiegħu għandux/għandhiex mobile jew telephone line mħallas minn fondi pubbliċi?
Kumpaniji reġistrati f’Malta li m'għandhomx kont bankarju f'Malta
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17364, jista' l-Ministru jgħid kemm mit-58% tal-kumpaniji reġistrati f'Malta li m'għandhomx IBAN Malti għandhom sidien benefiċjarji aħħarin (Ultimate Beneficial Owners) barranin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17366, jista’ l-Ministru jgħid kemm mis-17,481 kumpanija fis-sena bażi 2021 u l-24,511 fis-sena bażi 2022 tal-kumpaniji reġistrati f’Malta li ma resqux dikjarazzjoni tat-taxxa għas-snin relatati għandhom sidien benefiċjarji aħħarin (Ultimate Beneficial Owners) barranin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-aħħar informazzjoni disponibbli għall-Amministrazzjoni tat-Taxxa u Dwana, liema informazzjoni hi bbażata fuq sottomissjonijiet tal-kumpaniji rispettivi lill-istess Amministrazzjoni, in-numru ta' kumpaniji li ma ressqux dikjarazzjoni tat-taxxa, u li jidhru li għandhom sidien benefiċjarji aħħarin barranin huwa indikat hawn taħt:
Sena bażi
Numru ta’ kumpaniji li ma bagħtux il-formola tat-taxxa
Numru ta’ kumpaniji li għandhom sidien benefiċjarji aħħarin barranin
2021
17,481
5,160
2022
24,511
8,241
Jista' l-Ministru jippreżenta l-Programm Nazzjonali ta' Riforma 2024 ippreżentat lill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Programm Nazzjonali ta’ Riforma 2024 għadu qed jiġi konkluż. Dan ir-rapport ser ikun ippublikat wara li jiġi preżentat lill-Kummissjoni Ewropea.
Sentenzi tal-Qorti kontra penali maħruġa mill-FIAU
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9950, fl-eventwalità li l-Qorti Kostituzzjonali tikkonferma d-diversi deċiżjonijiet tal-Qorti ta’ prima stanza (sede Kostituzzjonali) fejn fis-sustanza ripetutament il-Qrati preseduti minn Imħallfin differenti b’mod konstanti qed jgħidu li l-penalitajiet imposti mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) huma bi ksur tal-Kostituzzjoni, jista’ l-Ministru jispjega x’miżuri hemm maħsuba biex tiġi evitata sitwazzjoni fejn l-FIAU ma tkunx f’qagħda li timponi penalitajiet jew titlob l-impożizzjoni ta’ penalitajiet sa kemm tiġi emendata l-liġi bil-periklu li għal ċertu żmien l-FIAU tkun f’qagħda li ma tistax taġixxi jekk ikun hemm ksur tal-liġijiet li hi tinforza?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif zgur huwa magħruf sew, l-Avukat tal-Istat flimkien mal-FIAU appellaw dawn d-deċizjonijiet quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, u ġià la darba hemm appell, dan ifisser li l-ebda deċizjoni ma hija waħda finali. Il-Gvern jieħu kull deċizjoni opportuna biex jassigura amministrazzjoni effiċjenti u b’konformità Kostituzzjonali
Għawdex – Dipartiment tat-Taxxa — Direttur jew Assistent Direttur
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx Direttur jew Assistent Direttur ġewwa d-Dipartiment tat-Taxxa f'Għawdex? Jekk le, jista’ jgħid jekk inħarġitx sejħa għall-applikazzjoni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm Assistent Direttur fi ħdan l-uffiċċju tal-MTCA f’Għawdex.
Kumpaniji reġistrati f’Malta li m'għandhomx kont bankarju f'Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-kumpaniji reġistrati f'Malta m'għandhomx kont bankarju f'Malta, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ kumpaniji Maltin li għandhom kont bankarju ma’ istituzzjonijiet liċenzjati Malta ġew analżżati waqt ezerċizzju li sar sabiex jiġu assessjati ir-riskji nazzjonali ta’ ħasil ta’ flus u l-iffinanzjar tat-terrorizmu, liema rapport ġie ppublikat fl-2023 (National Risk Assessment).
L-informazzjoni li ġiet analizzata waqt dan l-ezerċizzju hija bbazata fuq informazzjoni li nġabret sa’ Awwissu 2022, fuq kumpaniji Maltin mill-Malta Business Registry, u fuq informazzjoni dwar il-kontijiet bankarji li jinsabu fis-Centralised Bank Account Register li jiġi amministrat mill-FIAU.
Dan l-ezerċizzju jindika li bejn wiehed u ieħor, 42% tal-kumpaniji Maltin għandhom kont bankarju bl-IBAN Malti.
Jista’ l-Ministru jgħid:
a. kemm kienu reġistrati kumpaniji f'Malta sal-aħħar tal-2023 u kemm minn dawn il-kumpaniji ma resqux dikjarazzjoni tat-taxxa għas-sena ta’ stima 2023 (sena bażi 2022);
b. kemm kienu reġistrati kumpaniji f'Malta sal-aħħar tal-2022 u kemm minn dawn il-kumpaniji ma resqux dikjarazzjoni tat-taxxa għas-sena ta’ stima 2022 (sena bażi 2021)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt :
Sena bażi
Numru totali ta’ kumpaniji
Numru ta’ kumpaniji li ma bagħtux il-formola tat-taxxa
2021
45,767
17,481
2022
48,843
24,511
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ħaddiema li kienu jaħdmu fil-lukanda Verdala fir-Rabat, Malta, humiex sejrin jingħataw il-ħlas dovut lilhom bi dritt għax-xogħol li għamlu u li qatt ma tħallsu għalih?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Airtime u Programmi - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti ta' flus li ntefqu fuq programmi tat-televixin mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħt l-istess Ministeru, x'kienu d-dati li fihom ixxandru dawn il-programmi, kif ukoll jipprovdi l-isem tal-programmi u l-istazzjon tat-televixin li l-Ministeru xtara airtime? Jista' jindika ukoll liema minn dawn kienu intervisti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inklu¿ l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2024?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15432.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il liċenzja ġdida ta' "burdnar" skont id-definizzjoni f'Kapitlu 203 tal-Liġijiet ta' Malta, artiklu 2 u artiklu 3(1), ħarġet mid-Dwana sena b'sena mill-1990 sal-lum (eskluż dawk imġedda skont artiklu 3(2))? Jista' jgħid ukoll kemm-il waħda tħassret fl-istess żmien, sena b'sena, skont l-istess artiklu?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti fuq akkużi ta’ ħasil ta’ flus, sena b’sena, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam l-informazzjoni skont il-predicate offence li fuqhom tressqu?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Finanzi — Entitajiet li għandhom CEO
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx entitajiet, aġenziji jew awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li għandhom CEO? Jekk iva, jista’ jgħid liema huma u min hu/hi s-CEO? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ meta ħa/ħadet il-pożizzjoni u jgħid jekk jagħmlux xi xogħol ieħor bħala negozju jew jipprattikaw professjoni privatament waqt li qed jokkupaw il-pożizzjoni ta’ CEO?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid skont l-istatistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) kemm kien hemm żwiġijiet permezz ta’ Unjoni Ċivili fis-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm żwiġijiet permezz tal-Knisja fis-sena 2023?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni se tkun disponibbli għand l-NSO iktar tard matul din is-sena.