B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25825 dwar studenti fl-iskola primarja u kindergarten tal-Imġarr, Malta, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid minn liema pajjiżi Ewropej u pajjiżi terzi ġej kull student?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għall-fini ta’ privatezza u sigurtà tali informazzjoni mhux ser tiġi ppubblikata.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25824 dwar studenti fl-iskola primarja u kindergarten tal-Mellieħa, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid minn liema pajjiżi Ewropej u pajjiżi terzi ġej kull student?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għall-fini ta’ privatezza u sigurtà tali informazzjoni mhux ser tiġi ppubblikata.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Ħaddiema Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26154 fl-intier tagħha u b’referenza għal dawn il-561 ħaddiem Għawdxi li qed jaħdmu Malta fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, jista’ jgħid:
i. xi gradi huma dawn il-ħaddiema Għawdxin;
ii. f’liema direttorat jaħdmu;
iii. x’tip ta’ xogħol jagħmlu; u
iv. kemm-il sena ilhom jaħdmu mal-Ministeru tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali informazzjoni hi ta’ natura privata u sensittiva u għalhekk mhux ser tiġi ppubblikata.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-art kollha li hemm bżonn biex fuqha ssir it-Trakka l-Kbira f'Ħal Far hijiex għand il-Gvern u jekk le, x'fadal xi jsir biex il-Gvern ikollu t-titolu tagħha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema art tinsab għand il-Gvern u liema art jonqos li tiġi akkwistata biex il-Gvern ikollu t-titolu tagħha biex tgħaddi għand SportMalta u jkun jista’ jsir il-proġett tal-grawnd tal-futbol fl-Imsida? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-perit tal-proġett biex jispjega dan kollu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-art mgħoddija lill-Gvern hija delineata f’ PD 2021_0504 maħruġa mill- Lands Authority u li din qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat ukoll li għalkemm l-art delineata f’PD 2020_0792 ġiet mgħoddija lil-SportMalta mill-Lands Authority, mill-form E searches jirriżulta li għad fadal xi titli fuq terzi u b’hekk l-art ma tistax tiġi mgħoddija lill-klabb qabel l-espropju jiġi ffinalizzat min-naħa tal-Lands Authority.
Ta’ Qali — Titolu ta’ art biex tingħata lil SportMalta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid permezz ta’ pjanta tal-area, liema art hi tal-Gvern u liema art għad trid issir tal-Gvern biex il-Gvern ikollu t-titolu tagħha biex din l-art tkun tista’ tingħata lil SportMalta u li fuqha hemm diġà proġetti sportivi f'Ta Qali jew biex fuqha jsiru proġetti sportivi kif mitluba mill-Malta Football Association jew assoċjazzjonijiet sportivi oħra f'Ta’ Qali?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun iżjed speċifiku għal-liema art qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu jew fiex wasal il-proċess biex fl-Awtorità dwar l-Integrità fl-Isport Malta (AIMS) jinħatar CEO wara r-riżenja tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll min qed jagħmel ix-xogħol ta’ CEO sakemm jinħatar CEO ġdid?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-servizz tal-Wellness Hub fl-MCAST joffrix servizz ta' social work? Jekk iva, x'inhi r-raġuni li s-servizz tas-social work ma jidhirx fuq il-website tal-Wellness Hub (il-websajt l-aħħar aċċessata fl-4 ta’ Diċembru 2024) u jekk le, għaliex le?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li għaddej il-proċess sabiex jiġu ngaġġati żewġ ħaddiema fil-kariga msemmija.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-lista ta’ stennija tas-servizzi msemmija hawn taħt fi ħdan il-Wellness Hub fl-MCAST:
a) Therapy;
b) Addiction-related issues;
ċ) Mental Health Services;
d) Educational Psychology;
e) Nutrition;
f) Sexual Health Clinic; u
g) Tobacco Cessation Support?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-iktar data antika ta' referral jew self-referral li għadhom pendenti għas-servizzi msemmija hawn taħt fi ħdan il-Wellness Hub fl-MCAST:
a) Therapy
b) Addiction-related issues;
ċ) Mental Health Services;
d) Educational Psychology;
e) Nutrition;
f) Sexual Health Clinic; u
g) Tobacco Cessation Support?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-2024 li talbu l-għajnuna tal-Wellness Hub (MCAST) u kellhom ħsibijiet ta' suwiċidju? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm professjonisti jaħdmu fil-Wellness Hub - MCAST?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li kien hemm 19-il student li fl-2024 talbu l-għajnuna tal-Wellbeing Hub tal-MCAST. Infurmat ukoll li hemm 12-il professjonist li jaħdmu fil-Wellbeing Hub tal-MCAST.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-professjonisti li jaħdmu fil-Wellness Hub fl-MCAST? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm minn kull professjoni u jekk humiex full-time jew part-time?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
· 3 full-time Counsellors
· 2 full-time Psychotherapists
· 1 full-time Educational Psychologist
· 1 part-time Counsellor għall-Gozo Centre
· 1 visiting Psychiatrist
· 1 visiting Nutritionist
· 1 visiting Sexual Health Nurse
· 1 visiting Prevention Coordinator
· 1 visiting Smoking Cessation Nurse
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema ingaġġati fis-segretarjat tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni u l-organigramma ta' kif inhu strutturat s-Segretarjat Ministerjali, inkluż dawk tas-Segretarji Parlamentari, huma stabbiliti fil-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm xufiera impjegati miegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni u l-organigramma ta' kif inhu strutturat s-Segretarjat Ministerjali, inkluż dawk tas-Segretarji Parlamentari, huma stabbiliti fil-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema ingaġġati fis-segretarjat tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni u l-organigramma ta' kif inhu strutturat s-Segretarjat Ministerjali, inkluż dawk tas-Segretarji Parlamentari, huma stabbiliti fil-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm xufiera impjegati mas-Segretarju Parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni u l-organigramma ta' kif inhu strutturat s-Segretarjat Ministerjali, inkluż dawk tas-Segretarji Parlamentari, huma stabbiliti fil-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid f’kemm-il sessjoni ta' tweġibiet orali għall-mistoqsijiet parlamentari kellu jirrispondi hu personalment mill-bidu ta' din il-Leġiżlatura sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Naħseb li l-Onor. Interpellant jifhem li dan il-Parlament huwa gwidat bi proċedura Parlamentari stabbilita mill-Ordnijiet Permanenti tal-Kamra. Għaldaqstant, jifhem li l-ordni tal-Interpellanza għal tweġiba orali u l-mod kif jiġu magħmula interpellanzi huma regolati mill-istess Ordnijiet Permanenti. L-informazzjoni kif mitluba ma tinżammx.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25942, 26330 u 26479 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha li b'xi mod jew ieħor huma relatati mat-Trakka l-Kbira, mat-Trakka tal-Kwart ta’ Mil u mat-Trakka tal-Carting?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.