Heritage Malta — Ħ'Attard- restawr fuq il-linja tal-ferrovija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Heritage Malta tistax tikkonsidra li tirrestawra l-enbankment u dak li għad fadal mil-linja tal-ferrovija fl-akkwati ta’ wara l-lukanda Corinthia Ħ’Attard? Jidhrilha li dan huwa parti mill-patrimonju Malti u li jeħtieġ li jiġi kkurat għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sit li qiegħda ssir referenza għalih mhux wieħed mis-siti li qed tieħu ħsieb Heritage Malta bħala operatur. Heritage Malta taqbel li dan is-sit jifforma parti integrali mill-patrimonju Malti u l-agenzija tikkonsidra li tagħti stima għax-xogħol meħtieġ lill-Kunsill Lokali jekk dan ikollu responsabbilta’ għal dan il-proġett.
Public Broadcasting Services — suq tar-reklami - riċessjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux qed jiġi kkonsidrat tibdil fil-finanzjament tal-Public Broadcasting Services fid-dawl ta’ possibbiltà ta’ riċessjoni li taffetwa b’mod immedjat is-suq tar-reklami u li jista’ jagħmilha diffiċli ħafna għall-istazzjon pubbliku biex jopera b’mod li ma jitlifx mill-kwalità u l-livelli li għandu jkollu stazzjon pubbliku?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-effetti tar-riċessjoni fuq l-operat u l-iskeda tiegħu, il-Public Broadcasting Services ressaq ir-rappreżentazzjonijiet tiegħu li se jkunu kkonsidrati mill-Ministeru.
Tista’ l-Ministru tgħid x’appoġġ finanzjarju se jingħata l-Public Broadcasting Services fid-dawl tal-preparamenti li jridu jsiru biex l-istazzjon jaqleb għal sistema diġitali sas-sena d-dieħla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar appoġġ finanzjarju il-Public Broadcasting Services fil-preżent qiegħdha fi trattativi mal-Gvern.
Tista' l-Ministru tgħid:
F'liema sena ngħata l-permess biex tiftaħ ic-Chiswick House School fil-Kappara u x'kienu l-kondizzjonijiet marbuta ma' dan il-permess?
Kemm kellhom permess għal school population dak iż-żmien?
Kemm kienet l-ischool population għal kull sena skolastika minn dak iż-żmien sal-lum?
Kemm kien in-numru ta' għalliema full time u part-time meta nħareġ il-permess biex tiftaħ ic-Chiswick House School u kemm huwa llum?
Kemm-il darba nħarġu permessi ġodda u meta kienu dawn id-drabi, għal tkabbir strutturali f'din l-iskola u minn liema awtorita' nħarġu dawn il-permessi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Iċ-Chiswick House School (Liċenzja 51) ingħatalha l-permess biex tiftaħ fil-Kappara f’Ottubru 1991 biex topera bħala skola fis-settur pre-primarju, primarju u sekondarju.
Il-kundizzjonijiet marbuta ma’ l-istess permess kienu:
(a) Li l-iskola msemmija tosserva li Kondizzjonijiet Minimi Nazzjonali u l-Kurrikulum Minimu Nazzjonali skond l-Att tal-1998 tal-Edukazzjoni.
(b) Li ma jsirux alterazzjonijiet mingħajr l-approvazzjoni tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u tas-Saħħa.
(c) Li l-permess ikun konformi mal-liġijiet u r-regolamanti tas-saħħa u mal-pulizija.
Dak iż-żmien il-permess kien għal popolazzjoni ta’ 512-il student.
Bejn is-snin 1995 u 2002 Chiswick House School u St Martin’s College operaw mill-postijiet li ġejjin:
Chiswick House School –Kappara 1991 (Liċenzja ġdida) – liċenzja oħra li tkopri is-Sekondarja –sal-llum.
Svedala –Kappara 1995-2002 (liċenzja maħruġa minn Karmenu Mifsud Bonnici).
Mrabat –Ex Devonshire House School (liċenzjata) 95/96 u 97/98.
Gzira –Ex Language School (liċenzjata) 96/97
St Martin’s College Swatar (liċcenzjata) 1997 sal-llum.
Il-management taċ-Chiswick House School kien kera postijiet ġodda tal-apposta sabiex jilqa’ għat-tkabbir fil-populazzjoni .
Il-popolazzjoni għal kull sena skolastika mill-1991 sa l-2008 kienet hekk:
Sena
Popolazzjoni
Sena
Popolazzjoni
1991
512
2000
958
1992
440
2001
918
1993
477
2002
894
1994
888
2003
852
1995
920
2004
842
1996
974
2005
766
1997
925
2006
719
1998
977
2007
700
1999
929
2008
783
1
In-numru ta’ għalliema wara li nħareġ il-permess imsemmi kien:
Full-Time
Part-Time
Għalliema 21 3
Kindergarten Assistants
NIL 18
Total 21 21
In-numru ta’ għalliema fil-preżent, jiġifieri għas-sena skolastika 2008/2009 huwa hekk:
Full-Time
Part-Time
Għalliema 32 2
Kindergarten Assistants
NIL 12
Total 32 14
Dwar permess għal tkabbir strutturali, kien inħareġ wieħed fl-1995 (PA 0423/94) mill-MEPA bil-kundizzjoni li n-numru ta’ studenti ma jaqbizx in- numru ta’ tfal registrati fl-iskola f’Ottubru 1994, jigifieri 888 student.
MCAST : BTEC Higher National Diploma in Electrical/Electronic Engineering
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex unit 2 (analytical methods for engineers) beda tard f’Ottubru, (madwar tliet gimghat tard) u issa l-istudenti se jitilfu 20 siegħa mill-kors? Tista’ tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni biex l-istudenti jifhmu dan il-unit peress li qed isir bil-għaġġla biex ilaħħqu mal-materjal kollu u wasluli ħafna lmenti mingħand studenti differenti li ma fehmu kważi xejn minn dan il-unit, tant li qed isibu diffikultajiet kbar biex jagħmlu l-assignments mogħtija għax fil-klassi ma laħqux għamlu l-problemi li jridu jsolvu ta’ applied engineering u fuq dan il-unit se jinbnew units oħra u għalhekk jekk se jibqgħu ma jifhmux dan il-unit mhux se jkunu f'pożizzjoni tajba li jifhmu l-units li gejjin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-Unit 2 (Analytical Methods for Engineers) huwa parti minn kors ta’ filgħaxija. Dan il-kors beda tlett ġimgħat tard peress li fil-bidu tas-sena ma kienx għad hemm in-numru minimu ta’ persuni biex jagħmel dan il-kors ekonomikament vijabbli.
Għal dan il-Unit hemm allokat massimu ta’ sittin siegħa (kif speċifikat mill-istess BTEC) u dawn ser jiġu offruti kollha. Għaldaqstant ma jirriżultax li dan il-Unit qiegħed isir bil-għaġġla biex jiġi kopert il-materjal kollhu.
Biex jgħin lil xi studenti li jista’ jkollhom xi diffikulta’, qed tingħatalhom l-opportunita’ li jiddiskutu bosta eżempji flimkien fil-klassi. Il-lecturer huwa dejjem disponibbli biex jirrispondi problemi li jiltaqgħu magħhom l-istudenti fl-assignments li jingħatawlhom. L-istudenti għandhom saħansitra l-faċilita’ ta’ kuntatt bl-e-mail mal-lecturer.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk id-ditta ta’ konsulenza Ingliża li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ingħatatx xi kuntratt mill-Ministeru tal-Edukazzjoni f'dawn l-aħħar sitt snin? Jekk fl-affermattiv, meta ngħatat il-kuntratt, meta tlesta x-xogħol u kemm tħallset għal dan ix-xogħol?
Ġie ppubblikat ir-rapport ta’ din il-konsulenza? Tista' tqiegħed dan ir-rapport/rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Ministeru m’għandu ebda rekord li sar xi ħlas lill-kumpanija msemmija tul dawn l-aħħar sitt snin.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża globali tal-Malta Professional and Vocational Qualifications Awards Council u tal-Malta Qualifications Council mis-sena 2002 sal-2008?
Tista’ tgħid kemm-il
standard
vokazzjonali dawn iż-żewġ istituzzjonijiet ifformulaw bejniethom fis-sitt snin li għaddew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ispiża globali tal-Malta Professional and Vocational Qualifications Awards Council u tal-Malta Qualifications Council mis-sena 2002 sal-2008 kienet ta’ €518,509.
L-istandards vokazzjonali f’disgħa setturi vokazzjonali se jkunu żviluppati bejn l-2009 u l-2011 permezz ta’ proġett iffinanzjat mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni Ewropeja. Kemm l-MPVQAC kif ukoll l-MQC ma twaqfux biex jifformulaw biss l-istandards vokazzjonali.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 3600.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandhom karozzi u vetturi oħra impressed il-Ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtha u tgħid fid-dettal f' liema sezzjonijiet huma mferrxin dawn il-vetturi, u tispjega xi rwol għandhom dawn il-vetturi impressed? Kemm kienet in-nefqa ta' dawn il-vetturi impressed matul dawn l-aħħar ħames snin? Tista' tgħid jekk kienx hemm min inqabad jabbuża fost is-sidien ta' dawn il-vetturi impressed u itteħdux xi passi legali kontrihom? Jekk kien hemm, min kienu dawn il-persuni u jekk kien hemm xi abbużi, il-kuntratt tagħhom ġie terminat? Jekk ma ġiex terminat, x'passi oħra ttieħdu minflok ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sistema tal-impressed ġiet xolta b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2000 skond iċ-ċirkolari tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru MPO/74/1999/II. Mix-xufiera li għażlu li jikru l-vettura tagħhom lill-Gvern, fadal ħdax.
Ħamsa minn dawn qegħdin it-
Technical Services Branch
, tlieta l-
Gardening Section
, wieħed fis-sezzjoni tat-trasport, ieħor l-
Information Technology
, u ieħor fid-Dipartiment ta’ l-
iStudent Services
. Dawn kollha jagħmlu xogħol ta’ trasport ta’ persuni u/jew ta’ materjal.
In-nefqa ta’ dawn il-vetturi impressed matul dawn l-aħħar ħames snin kienet hekk:
2004 - €39,632.34
2005 - €38,531.36
2006 - €38,498.15
2007 - €34,322.80
2008 - €27,424.85
Rigward l-aħħar tlett partijiet tal-Mistoqsija, ma’ kienx hemm min inqabad jabbuża.
Malta Qualifications Recogntion Information Centre
Question
Tista l-Ministru tgħid kemm saru talbiet għal evalwazzjoni ta’ kwalifiki lill-Malta Qualifications Recogntion Information Centre f'dawn l-aħħar tliet snin? Min huma l-membri preżenti tal-Academic Credentials Evaluation Board u tal-Vocational Credentials Evaluation Board fi ħdan il-Qualifications Recogntion Information Centre?
X’inhuma t-
terms of reference
u r-
remuneration
ta’ dawn iż-żewġ bordijiet? Tista’ tgħid jekk il-mira tan-
National Reform Programme
2005-2008 inlaħqitx?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li f’dawn l-aħħar tlett snin saru 4578 talba għal evalwazzjoni ta’ kwalifiki lill-Malta Qualifications Recogntion Information Centre.
Il-membri preżenti tal-Academic Credentials Evaluation Board (ACEB) u tal-Vocational Credentials Evaluation Board (VCEB) fi ħdan il-Qualifications Recogntion Information Centre huma:
Għal ACEB: Dr James Calleja, Dr Stephen Zammit u s-sur Patrick Galea; għal VCEB: is-Sur Charles Mizzi, Dr Stephen Zammit u s-sur Patrick Galea.
It-terms of reference ta’ dawn iż-żewġ Bordijiet huma dawk stabbiliti fl-AL 196 ta’ l-2004. Ma hemm l-ebda remunerazzjoni għal membri ta’ dawn il-Bordijiet.
Ma hemm l-ebda referenza speċifika fin-National Reform Programme 2005-2008 li tikkonċerna l-operat tal-Malta Qualifications Recogntion Information Centre. Madankollu, il-proċess ta’ Rikonoxximent ta’ Kwalifiki qed jiffaċilita’ l-impjegabilita’ tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin u jħajjar aktar nies ikomplu jew jibqgħu fil-proċess ta’ tagħlim tul il-ħajja.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Overtime
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena 2008 f'kull dipartiment u entità fid-dekasteru tagħha, maqsuma xahar b'xahar? Tista' tgħid ukoll x'allowances ingħataw fl-istess entitajiet matul l-istess perijodu maqsuma ukoll xaħar b'xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ma nħossx li għandi naħli r-riżorsi tal-Gvern b’dan il-mod sakemm l-Onor. Interpellant ma jgħatix raġuni valida għall-ħtieġa ta’ din l-informazzjoni.
Bormla — Sana Margerita - zebra crossing u ftuħ tal-gate l-antik
Question
Peress li l-iskola Santa Margerita Verdala hija lesta, tista' l-Ministru tikkunsidra li l-gate l-antik jerġa' jinfetaħ u ssir zebra crossing għan-naħa ta' Verdala Housing Estate u dan peress li hemm numru konsiderevoli ta' tfal minn Bormla li jitilgħu bil-mixi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-grada l-antika imsemmija diġa hija aċċessibli għall-pubbliku, u saret talba lid-dipartiment konċernat jekk tistax issir zebra crossing fil-post imsemmi.
Tista’ l-Ministru tgħid x’sorvelja għamlet u qed tagħmel is-Sovritendenza fis-sit fejn ser jinbena sptar privat ġdid f'Bulebel? X’instab meta s-Sovritendenza għamlu l-analiżi tagħhom fuq dan is-sit li għandu jew jista’ jkollu relevanza storika kbira?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ sptar privat f’Bulebel, limiti taż-Żejtun, kien sorveljat mill-bidu minn arkeologu ikkwalifikat u approvat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Din is-sorveljanza saret skond il-kundizzjonijiet tal-permess maħrug mill-MEPA għall-dan l-iżvilupp.
Kien waqt din is-sorveljanza li ħarġu l-fdalijiet ta’ żewġ oqbra antiki. Is-Sovrintendenza intervejniet minnhufih u ssospendiet dan l-iżvilupp sabiex dawn il-fdalijiet setgħu jigu spezzjonati u evalwati. Minnhufih ordant li jisiru skavi aktar estensivi tas-sit kollu. Dan ix-xogħol għadu u ser ikompli għaddej u qed isir taħt is-sorveljanza tas-Sovrintendenza.
Kien b’riżultat ta’ dawn l-iskavi tas-Sovrintendenza li s’issa nstabu b’kollox fdalijiet ta’ tlettax-il qabar maqtugħ fil-blat. Dawn l-oqbra huma tal-perjodu Puniku u dak Ruman. L-istat ta’ konservazzjoni ta’ dawn il-qobra ivarja minn wieħed għall-ieħor.
Tista’ l-Ministru tgħid xi fdalijiet instabu fis-sit li qed isir xi xogħol fih li jinsab fi Triq Santa Rita, fir-Rabat Malta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-2008 instabu fdalijiet arkeoloġici fi Triq Santa Rita fir-Rabat waqt xogħol ta’ kostruzzjoni approvat mill-Awtorita Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar. Dawn ix-xogħolijiet kienu qed ikunu sorveljati minn arkeologu approvat mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, u skond il-kundizzjonijiet tal-permess tal-iżvilupp.
Dawn ix-xogħolijiet ta’ kostruzzjoni kienu mwaqqfa mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali sabiex issir spezzjoni u evalwazzjoni ta’ dawn il-fdalijiet.
Mill-ispezzjoni ta’ dan is-sit ġie stabbilit li kienu nstabu fdalijiet ta’ qtugħ fond fil-blat. Dan il-qtugħ jista’ jkun parti minn foss tad-difiża ta’ mas-swar tal-belt antika ta’ Melita.
Dawn il-fdalijiet ġew protetti skond il-liġi tal-Patrimonju Kulturali u skond il-liġi tal-Ippjanar għall-Izvilupp. L-iżviluppatur ġie mġiegħel ibiddel id-disinn tal-kostruzzjoni minn kif kien oriġinarjament approvat mill-MEPA, sabiex dawn il-fdalijiet ikunu ippreservati.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu mas-Sovritendenza u x’inhu x-xogħol tagħhom? Hemm xi ħsieb li jiżdiedu aktar nies ma’ din l-entita`?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hemm 6 persuni jaħdmu fis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.
Ix-xogħol tas-Sovrintendenza huwa deskritt f’KAP 445 tal-liġijiet ta’ Malta.
Apparti dawn id-doveri, s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali hija wkoll responsabbli biex tesegwixxi l-Poteri Speċjali tal-Istat fil-qasam tal-wirt kulturali.
Bħalissa qed isir xogħol ta’
capacity building
fis-Sovrintendenza, li fost diversi obbjettivi hemm ukoll l-impjieg ta’ uffiċjali ġodda.
Tista' l-Ministru tgħid matul l-aħħar ħames snin kemm-il darba ltaqa' l-bord tal-gvernaturi tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Meta ltaqa' l-aħħar? Minn min hu kompost?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bord tal-Gvernaturi tal-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi ltaqa’ 57 darba matul l-aħħar ħames snin. L-aħħar darba li ltaqa’ dan il-Bord kien fis-7 ta’ Novembru 2008. Il-Bord huwa kompost minn:
Chairman:
Is-Sur Reginald Abela-Chairman
Membri:
Is-Sur Joseph Tanti
Is-Sur Edwin Borg
Is-Sur Walter Cassar
Dr. Nadia Theuma
Is-Sinjura Mary Anne Cauchi
Is-Sinjura Claire Xuereb
Is-Sinjura Marie Louise Mangion
Is-Sur Charles Caruana Carabez
Istitut għall-Istudji Turistiċi — post vakanti ta' direttur ġenerali
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ilu vakanti l-post ta' direttur ġenerali tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Meta ser jimtela' dan il-post?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kuntratt tal-persuna li kienet impjegata fil-kariga ta’ Direttur Ġenerali fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi ntemm fl-aħħar tas-sena akkademika 2003/4. Huwa mahsub li fil-futur qarib l-ITS tingħata personalita’ ġuridika u meta dan iseħħ tkun tista’ tinħadem l-istruttura addattata.
Istitut għall-Istudji Turistiċi — appoġġ biex tgħin persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'riżorsi, strutturi ta' appoġġ u persuni kwalifikati għandu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi biex jiġu mgħejjuna persuni b'diżabilità u żgħażagħ li jaslu fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi b'learning difficulties mill-edukazzjoni sekondarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi għandu persuna mpjegata bħala counsellor li għandha l-kwalifiċi meħtieġa. Barra minn hekk l-ITS ta taħriġ lill-persuni żvantaġġjati u persuni b’diffikultajiet fit-tagħlim fil-programm ESF 80 – proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea li għalih l-ITS ingaġġa l-għalliema u l-facilitators li kienu meħtieġa.
Istitut għall-istudji Turistiċi — relazzjoniji u inizjattivi komuni mal-Università ta' Malta
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'relazzjonijiet jeżistu, inizjattivi komuni u kordinazzjoni bejn l-Università ta' Malta u l-Istitut għall-Istudji Turisitiċi? Xi pjanijiet komuni hemm għall-futur?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-relazzjonijiet bejn l-Institute of Tourism Studies (ITS) u l-Universita’ ta’ Malta jmorru lura għal 1993 meta bdew taħditiet biex jitwaqqaf degree programme fl-Istudji Turistiċi fl-Universita’ ta’ Malta. Il-pjan kien li studenti li jkunu ggradwaw mill-ITS bil-Higher Diploma in Hotel Management ikunu jistgħu jidħlu l-Universita’ fit-tielet sena tal-Management fejn ikunu jistgħu jkomplu speċjalizzazzjoni fl-Istudji Turistiċi. Dan kien l-ewwel eżempju konkret ta’ kif istituzzjoni vokazzjonali bħall-ITS u l-Universita’ jistgħu jikkollaboraw u jaħdmu flimkien biex jinħoloq tagħlim immirat għal settur partikolari.
Fil-fatt l-ewwel grupp ta’ studenti mill-ITS daħal l-Universita’ għad-
Degree B.Com Tourism Management
fl-1995. Il-kors fl-Universita’ (għal studenti li jiġu mill-ITS) huwa bbażat fuq skema ta’
top up
u huwa ta’ sentejn.
Sa mill-1995 kien hemm il-fuq minn 30 gradwat mill-ITS li komplew l-istudji tagħhom fl-Universita’ ta’ Malta.
Fis-sena 2002 twaqqaf id-
degree programme
sħiħ fit-Turiżmu u bħalissa studenti mill-ITS jidħlu fit-tielet sena tal-kors B.A (
Hons
)
Tourism Studies
.
Bħalissa għaddejjin taħditiet bejn id-Dipartiment tal-Istudji Turistiċi fil-Fakulta’ tal-Ekonomija,
Management
u
Accountancy
u l-ITS biex dawn iż-żewġ entitajiet ikomplu jsaħħu l-kollaborazzjoni tagħhom fuq il-programm ta’ taħriġ fit-turiżmu fil-livell ta’
undergraduate
, u jibdew jaħdmu flimkien fuq korsijiet
post-graduate
(MA),
certificate
(
post-graduate certificate
), u proġetti ta’ riċerka (dawn tal-aħħar qed jinħadmu ukoll flimkien mal-
Malta Hotels and Restaurants Association
u l-
Malta Tourism Authority
).
Barra minn hekk bħalissa studenti mill-Fakulta’ ta’ l-Edukazzjoni qed jagħmlu studju flimkien ma’ l-istaff akkademiku u studenti ta’ l-ITS dwar ikel veġetarjan u dak
vegan
.
Qed isiru wkoll taħdidiet biex l-Universita ta’ Malta flimkien ma’ l-ITS ifasslu kors ta’ aġġornament lill-għalliema fl-ITS kif ukoll qed jitfasslu xi korsijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ Gastronomija u
Creative Tourism
li għandhom isiru bejn l-Universita ta’ Malta u l-ITS. Il-koperazzjoni futura bejn l-Universita ta’ Malta u l-ITS tkun diskussa f’laqgħat li jsiru bejn l-ogħla awtoritajiet taż-żewġ istituzzjonijiet minn żmien għal żmien.
Bord tal-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta' Kwalifiki
Question
Tista l-Ministru tgħid min kienu l-membri tat-tliet diviżjonijiet tal-Bord tal-Appell kif stipulat fl-Artiklu 8 tal-Avviż Legali 196 (2004) kull sena mill-2004 sal-2008? Kemm iltaqgħu u raw każi u kemm ħarġu statements kull sena?
Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti ta’ dawn id-diviżjonijiet?
X'kien il-ħlas li ħadu l-membri tad-diviżjonijiet tal-Bord tal-Appell?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-snin 2004 sal-2008, il-membri tad-diviżjonijiet tal-Bord tal-Appell dwar ir-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Kwalifiki kif stipulat f’Regolament 8 tal-Avviż Legali 196 tal-2004 kienu:
Dr Jennifer Casingena Harper
Is-Sur Carmel Galea Scannura
Is-Sinjura Gemma Cachia
Is-Sur Leslie Agius
Is-Sinjura Nathalie Attard
Is-Sur Joseph Attard
Is-Sinjura Joyce Pullicino
Is-Sur Anthony Degiovanni
Skond l-Avviż Legali hawn fuq imsemmi, il-funzjoni ta’dawn id-diviżjonijiet hija dik li jittrattaw dwar appelli dwar għarfien ta’ diplomi għal edukazzjoni ogħla; ta’ korsijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ; u ta’ għarfien ta’ attivitajiet professjonali skond kif stipulat f’dan l-istess Avviż Legali.
Infurmata li ma kienx hemm każijiet li tressqu quddiem dawn id-diviżjonijiet matul dan il-perijodu u ma nħarġux statements.
Il-membri ta’ dawn id-diviżjonijiet tal-Bord tal-Appell ma rċevewx ħlas.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex fl-iskola sekondarja San Frangisk t’Assisi ġiet imnaqqsa skrivana li kienet imħarrġa f’xogħol tal-informatika meta fil-futur qarib din l-iskola se tniedi l-eLearning Platform u hekk din l-iskola mhux se jkollha l-istaff li għandha bżonn biex din l-inizjattiva tirnexxi? Tikkonferma li skond l-Attard Report, l-iskola hija ntitolata għal segretarju u żewġ skrivani part-time? Hemm xi ħsieb li jiġu segwiti r-rakkmandazzjonijiet ta' dan ir-rapport u 'l quddiem meta jiżdiedu l-funzjonijiet tal-eLearning Platform jekk u meta dan ikun il-każ, jigu riveduti n-numru ta' skrivani meħtieġa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-iskola sekondarja San Franġisk t’Assisi ġiet imnaqqsa skrivana minħabba li l-popolazzjoni ta’ l-istudenti f’dik l-iskola tammonta għal 452.
Skond il-formola applikata mid-Direttorat, skola b’din il-popolazzjoni ta’ studenti tirrikjedi staff klerikali magħmul minn Segretarju/a u żewġ p
art-time Clerks
. Fil-fatt f’din l-iskola hemm Segretarju u
Assistant Principal
u b’hekk ma hemmx lok li tiżdied
part-time Clerk
oħra. L-iskrivana li ġiet trasferita minn din l-iskola ġiet utilizzata fl-uffiċċju tal-Prinċipal tal-Kulleġġ li taħtu taqa’ l-iskola San Franġisk t’Assisi.
Meta tidħol l-
eLearning Platform
jista’ jkun li s-sitwazzjoni tiġi riveduta.