Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex u Kemmuna — Proġetti infrastrutturali marittimi ppjanati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti infrastrutturali marittimi hemm ippjanati li jsiru mill-Ministeru tiegħu fil-gżira ta' Għawdex u Kemmuna matul is-sena 2024, fiex jikkonsistu u kemm huma ppjanati li jiġu jiswew kull wieħed minn dawn il-proġetti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn naħa tad-Direttorat EkoGhawdex m’hemmx pjanati proġetti infrastrutturali marrittimi f’Kemmuna. F’Għawdex qed ikompli l-proċess tal-Environmental Impact Assessment fuq il-breakwater ta’ Marsalforn.

OHSA — Impjegat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki kellu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għall-pożizzjoni ta’ ‘Site Surveying’ mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Mosta – Proġett tal-Pjazza – Project Supervisor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-Occupational Health and Safety (OHS) Project Supervisor tal-proġett tal-Pjazza tal-Mosta?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Nadur, Għawdex – Triq ir-Rabat – bdil ta’ railings

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta (xahar u sena) ser jinbidlu r-railings taċ-ċint tal-bankina ta' Triq ir-Rabat, fin-Nadur Għawdex, li jinsabu eżatt qabel id-daħla tar-raħal tan-Nadur, peress li huma kollha sadid u ta' periklu kbir?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lil Onor. Interpellant li dawn ir-railings ser jinbidlu fix-xhur li ġejjin.

Gozo Channel – Manutenzjoni tal-vapuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena u ġurnata bdew joperaw it-tliet vapuri tal-Gozo Channel: Ta’ Pinu, Malita u Gaudos? Kemm-il darba ddaħħlu għall-manutenzjoni regolari dawn il-vapuri minn meta bdew joperaw sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f’liema sena sar dan għal kull wieħed minnhom? Jista’ jgħid fejn sar dan ix-xogħol kull darba u jekk jinżammux rekords ta’ dawn ix-xogħlijiet? Meta kienet l-aħħar darba li kull wieħed minn dawn it-tliet vapuri ddaħħal għall-manutenzjoni regolari? Jista’ jgħid ukoll hemmx regoli li jistipulaw kull kemm żmien irid isir dan it-tip ta’ xogħol fuq dawn il-vapuri?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-vapuri MV Ta’ Pinu, MV Gaudos u MV Malita bdew joperaw fis-sena 2000, 2001 u 2002 rispettivament. Sal-2014 il-manutenzjoni kienet issir il-Malta Drydocks. Madankollu minn l-2014 ‘l hawn it-tiswijiet bdew isiru fix-Shipyard ta’ Palumbo. Ir-rekord tal-ispezzjonijiet li jsiru jinzammu kollha. Darbtejn kull ħames snin issir spezzjoni fid-drydocks. Kull ħames snin issir il-proċedura ta’ propellor withdrawal filwaqt li kull għaxar snin ikun hemm żmantellar komplet tal-propulsion system. Intant, fuq il-Mejda tal-Kamra qed inpoġġi lista tal-manutenzjoni li ssir b’mod regolari u lista oħra ta’ meta saru xogħlijiet oħrajn fuq il-vapuri. (Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 3482 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 229 tal-10 ta’ April 2024)

Gozo Channel – Tiswijiet tal-vapuri — Spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża f’tiswijiet fuq il-vapuri tal-Gozo Channel, minn Marzu 2013 sal-ġurnata li iha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? F'kull każ jista’ jgħid liema kien il-vapur li fuqu saret it-tiswija? Jista’ jgħid ukoll fiex kienet tikkonsisti t-tiswija, lil min kienet ikkummissjonata t-tiswija u kemm kienet l-ispiża għal kull tiswija li saret?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Każ ta’ individwu

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17339, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern fejn jissemma l-procurement fil-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu huma imsemmija fl-istess mistoqsija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Qiegħed inpoġġi kopja tal-gazzetta tal-Gvern tat-22 ta’ Diċembru 2023 fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ir-Rabat, Għawdex — Pjazza San Ġorġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: i. X’passi ħa fl-aħħar sena biex Pjazza San Ġorġ, ir-Rabat, Għawdex tkun fi stat aċċettabbli u kulhadd jirrispetta r-regoli kollha? ii. Jekk hemmx pjan ċar dwar l-immaniġġjar ta’ Pjazza San Ġorġ ħalli ma jibqax jirrenja l-kaos?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Awtorità tal-Ippjanar — Applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17644 fl-intier tagħha u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minuri, maġġuri u dawk illi jinħtiegu Environmental Impact Assessment għand l-Awtorità tal-Ippjanar fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar, fit-8 ta’ April 2024 kellha quddiema 5,504 applikazzjoni pendenti. Minn dawn, 297 huma każijiet maġġuri (li jistgħu ukoll jinkludu tibdil zgħir għal proġetti kbar), 490 applikazzjoni li qed issegwi l-proċess Sommarju u 4,717 applikazzjoni oħra. L-Awtorità tal-Ippjanar ma żżomx fis-sistema elettronika tagħha liema huma dawk il-każijiet li jinħtieġu studju tal-impatt ambjentali, minħabba li dan huwa regolat mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi. Għalhekk tali każijiet huma inklużi fil-figura ta’ 297 applikazzjoni maġġuri imsemmija aktar kmieni.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2024?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16400.

Applikazzjoni — PC 00039/21

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma ħariġx il-permess tal-applikazzjoni PC 00039/21?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta din l-applikazzjoni ġiet sottomessa nhar il-15 ta’ Ġunju 2021 ma kinitx konformi mar-rewkwiżiti tal-liġi sussidjarja S.L. 552.07, biex l-applikazzjoni tkun tista tiġi validata u jinbeda l-proċess. Minn dak in-nhar, il-case-officer bagħat numru ta’ ittri fejn talab l-informazzjoni meħtiega. L-aħħar ittra intbagħtet nhar it-30 ta’ Jannar 2024. Madankollu l-informazzjoni kompluta baqgħet ma waslitx għand l-Awtorità.

Gozo Channel – Priority Pass

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il priority pass inħareġ mill-Gozo Channel kull sena f’dawn l-aħħar tliet snin?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li matul it-tliet snin li għaddew il-kumpanija Gozo Channel ħarġet dawn il-priority passes: 2021 2022 2023 5 12 12 It-total ma jinkludix; Membri Parlamentari, Membri tal-Parlament Ewropew, Ambaxxaturi, Presidenti Emeritus, eks-Prim Ministri, Isqfijiet, il-pazjenti li jattendu għal-kura tal-kimoterapija f’Malta, il-passiġġiera bi bżonnijiet specjali, u talbiet li jsiru mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-tobba, professuri u speċjalisti li jagħtu s-servizz fl-istess Sptar.

Ix-Xagħra, Għawdex – Triq Marsalforn — Xogħlijiet

Question

B'referenza għall-finanzjament li madwar erba’ snin ilu l-Ministeru ta lill-Kunsill Lokali tax-Xagħra għall-bini mill-ġdid tal-aħħar parti ta' Triq Marsalforn, jista’ l-Ministru jgħid x'fadal isir f'din it-triq u meta hu ppjanat (xahar u sena) li tingħata l-aħħar kisja asphalt f'din il-parti tat-triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru ikkonċernat.

L-Għarb, Għawdex – Triq Franġisk Portelli — tarmak

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 22443 u 22762 fejn ġie mwieġeb li 'fir-rigward ta’ Triq Franġisk Portelli ġewwa l-Għarb hemm kunsiderazzjonijiet legali li fuqhom il-Ministeru qed jistenna li jiġu ċċarati' jista' l-Ministru jgħid x'inhuma dawn il-kunsiderazzjonijiet legali li fuqhom il-Ministeru qed jistenna li jiġu ċċarati'? Jista’ jgħid jekk it-tieni kisja asphalt ta' din l-imsemmija triq hux ser tingħata qabel jibda s-sajf 2024 u jekk le meta ser tingħata t-tieni kisja asphalt?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum il-każ għadu pendenti kif ingħad diġa fil-mistoqsijiet parlamentari 22443 u 22762 tal-Leġiżlatura XIII.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Nefqa fuq Overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali fuq overtime f’kull diviżjoni, dipartiment, direttorat, awtorità jew fil-Ministeru stess mill-1 ta' Jannar, 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kerċem, Għawdex – bini mill-ġdid ta’ Triq Kerċem

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li tinbena mill-ġdid Triq Kerċem ġewwa Kerċem peress li tinsab fi stat ħażin ħafna? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx pjanijiet li din issir fis-sena 2024? Jekk le, jista' jgħid jekk sarux rapporti dwar l-istat ta' din it-triq u jekk iva, min għamilhom u jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex huwa konxju tal-stat ta’ din it-triq u qed jara kif jagħmel budgeting għal tali triq.

Għasafar ibbalzmati – Proċess ta’ tagging

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa fir-rigward tal-proċess tat-tagging tal-għasafar ibbalzmati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Ġunju 2022 sal-lum ġew ivverifikati 161 kollezjoni ta’ 109 persuni differenti. Dan wassal biex ġew ivverfikati u ‘tagged’ 20,383 eżemplar, minn 3,080 applikazzjoni għal transferiment.

Għasafar ibbalzmati — Trasferiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’jinvolvi l-proċess marbut mat-trasferiment skont il-liġi ta’ għasafar ibbalzmati li diġà huma tagged?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta wieħed jitkellem dwar għasafar ibbalzmati li huma mlibbsa apparat ta’ identifikazzjoni i.e., “tag”, wieħed jrid jagħmel distinzjoni bejn: 1. Għasafar mis-seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana u s-serra li ġew identifikati tassonomikament u mmarkati permezz ta’ apparat ta’ identifikazzjoni (tag) permezz ta’ l-ezerċizzju li sar fl-2022 wara l-publikazzjoni tal-gazzetta tal-gvern GN 338/2022; 2. Tajr li ġie maqbud u miġjub b’mod legali minn barra minn Malta u għaldaqstant imlibbes apparat ta’ identifikazzjoni (tag) minn uffiċjali tad-WBRU jew tal-ERA, u; 3. It-tajr li kien ġie dikkjarat permezz ta’ applikazzjoni mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi jew il-predeċessur tagħha sal-31 ta’ Mejju 2003. Fil-każ tal-ewwel kategorija, dawn l-għasafar jistgħu jiġu trasferiti minn persuna għal oħra mingħajr il-bżonn ta’ awtorizzazjoni sakemm tali eżemplari ma jagħmlux parti mit-tajr iddikkjarat permezz ta’ applikazzjoni mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi jew il-predeċessur tagħha sal-31 ta’ Mejju 2003. Tali tajr jista’ jiġi trasferit biss skont kif mitlub minn Regolament 21 hekk kif spejgat aktar ’il quddiem. It-tajr tat-tieni kategorija jista’ jimxi minn persuna għal oħra mingħajr il-bżonn ta’ awtorizzazjoni bil-miktub mit-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU). Fil-każ tat-tielet kategorija, Regolament 21 tar-Regolamenti dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi jispjega b’mod ċar l-obbligi legali marbutin mat-trasferiment ta’ tali tajr. Ebda persuna ma tista’ tittrasferixxi xi għasfur jew għasfur li mhux tat-territorju Ewropew li jkun ġie dikkjarat permezz ta’ applikazzjoni mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi jew il-predeċessur tagħha sal-31 ta’ Mejju 2003, sakemm ma jkunx ġie awtorizzat bil-miktub mit-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi.

Dilettanti tat-Tassidermija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dilettanti tat-tassidermija humiex isibu ostakli biex ikunu jistgħu jżommu mal-liġi meta jitrasferixxu għasafar ibbalzmati li jkunu proprjetà tagħhom? Jista' jgħid ukoll jekk il-Gvern għandux pjanijiet long-term biex id-dilettanti Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jgawdu dan id-delizzju liberament ladarba l-għasafar ikunu rreġistrati skont il-liġi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent id-WBRU qed taħdem qatiegħ sabiex l-għasafar kollha ddikkjarati permezz ta’ applikazzjoni mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi jew il-predeċessur tagħha sal-31 ta’ Mejju 2003 jiġu tassonomikament identifikati, immarkati permezz ta’ apparat ta’ identifikazzjoni, u maħruġa ċertifikat li jindika l-kampjuni ibbalzmati li qegħdin fil-pussess tal-persuna li rreġistrahom, hekk kif titlob l-istess liġi. Dan il-proċess huwa l-bażi tal-pjan long-term li bih il-Gvern se jkun qed jiffaċilita l-proċess tat-trasferiment ta’ tali għasafar. Wieħed irid japprezza li dan il-proċess jitratta tajr protett u għalhekk jinvolvi ħafna xogħol amministrattiv - li jeħtieġ jsir b’responsabbità u preċiżjoni – li jieħu l-ħin. Dan anke fid-dawl tal-fatt tal-ammont sostanzjali ta’ eżemplari li jridu jiġu pproċessati.

COMAH — Regolamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma s-siti illi jaqgħu taħt ir-regolamenti tal-Control of Major Accident Hazards (COMAH) Regulations u kull wieħed minnhom taħt liema klassi jaqa'?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.