Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20758 kollha kemm hi u jgħid x' bajjiet hemm ippjanati li jsirilhom sand renourishment qabel u matul is-Sajf 2021 ġewwa Għawdex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sajf 2020 ma sar l-ebda sand renourishment u ma jeskludix li jsir sand renourishment fil-futur.
Jista’ l-Ministru jispjega fiex tikkonsisti l-applikazzjoni li saret f'dawn l-aħħar ġranet mill-Ministeru għal Għawdex quddiem il-PA: DS/00126/21 Location of development: Site at, tal-Ġordan, Triq il-Lanterna, Għasri Description of works: Consolidation works of dangerous rock faces? Jista’ l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar ġranet inbdewx jew sarux xi xogħlijiet f'dawn l-akkwati (area) li hemm imsemmija f'din l-applikazzjoni (site plan) u jekk iva kif inbdew u saru xogħlijiet u għad m’hemmx il-permessi meħtieġa?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex — żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm xi żieda fl-ammont ta’ persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa taħtu fl-2020 u 2021? Jekk iva ta’ kemm kienet din iż-żieda?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 20989.
Fond konsolidat f’Għawdex – nefqa kapitali tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20190 u jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Gvern mill-Fond Konsolidat f'Għawdex kull sena mill-2013 sal-lum? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont in-natura tal-investiment, pereżempju investiment produttiv, infrastrutturali u soċjal? Jista' jagħti dan l-investiment bħala persentaġġ tan-nefqa kollha f'Malta mill-Fond Konsolidat għall-istess oqsma ta’ investiment?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għal Għawdex -ħaddiema self employed li jaħdmu b’kuntratt
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema Għawdxin 'Self Employed' u li qed jaħdmu b'kuntratt mal-Ministeru għal Għawdex u dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt sabiex l-informazzjoni mitluba tinġabar.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20818, jista’ l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-'Comino Steering Committee' (isem u kunjom l-individwu u lil min jirrappreżenta)? Jista’ jgħid minn Jannar 2020 sal-lum, kemm-il darba ltaqa’ dan il-kumitat u fejn saru l-laqgħat? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aġenda u tal-minuti ta' kull laqgħa li saret?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Miniteru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'Supply, delivery, installation, testing, commissioning of M and E services and finishes incl. the use of environmentally friendly painting material at MGOZ offices at G.B. Olivier st. Victoria, Gozo' (CfT CA Unique ID: MGOZ/MPU T 21/2021) u jgħid x'inhuma r-raġunijiet għala din l-imsemmija tender ġiet ikkanċellata, u jgħid x'ser jiġri issa rigward din it-tender?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda offerta ma kienet konformi amministrattivament, teknikament jew finanzjarjament mar-rekwiżit tat-tender.
Electric buses mingħajr passiġġiera u mingħajr numri ta’ reġistrazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20945 intera (kollha kemm hi) u jgħid:
X'inhuma r-raġunijiet għaliex f'dawn l-aħħar ġimgħat qed jinstaqu l-
Electric Buses
tal-Ministeru għal Għawdex fit-toroq prinċipali ta' Għawdex mingħajr passiġġiera u mingħajr numri ta' reġistrazzjoni?
Minn min qed jinstaqu dawn l-Electric Buses u jekk min qed isuqhom hux ħaddiema tas-Servizz Pubbliku jew inkella tal-kuntrattur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant u nagħmel ukoll referenza għat-tweġiba li ngħatat għal-mistoqsija parlamentari 20945, li dawn l-Electric Buses qegħdin jinstaqu fuq trial runs. Dan ifisser li qegħdin jinstaqu b’numru ta’ reġistrazzjoni tat-trial run u biex il-kapaċitajiet tagħhom ikunu stabbiliti u ppruvati għal meta jidħlu fis-servizz. Qegħdin jinstaqu mill-kuntrattur.
Ta’ Sannat/Ir-Rabat – Triq ta’ Qasam San Ġorġ — xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ser titlesta l-kumplament tat-triq ta' Qasam San Ġorġ li taqsam ir-raħal Ta' Sannat mir-Rabat?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq ta’ Qasam San Ġorġ tinsab fil-limiti ta’ Santa Lucija. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jiċċara l-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq ir-riabilitazzjoni u l-pavimentar tal-Pjazza Ta' Sannat u meta suppost dan il-proġett għandu jiġi konkluż?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet hemm sabiex tingħata kisja ta' tarmak ġdida lill-parkeġġ ta' Marsalforn?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex se jibqa’ jinvesti fl-infrastruttura ġewwa il-gżira Għawdxija, bħalma qed jagħmel diġa’, b’investiment rekord fiż-żona ta’ Marsalforn.
Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza – dokumenti distrutti
Question
Jista' l-Ministru jgħid, f'kull Direttorat u entità li jaqa' fid-dekasteru tiegħu, kemm kien hemm files jew dokumenti li ġew distrutti abbażi tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data minn Jannar 2019 sal-lum, maqsuma sena b'sena? X'tip ta' files jew dokumenti kienu u ta' liema uffiċċju jew taqsimiet kienu jappartjenu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dak li għandu x’jaqsam mad-distruzzjoni ta’ dokumenti, dan il-Ministeru jagħmel dan l-eżerċizzju billi jimxi skont ir-Retention Policy rispettiva.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra fuq il-varji Master Plans li qed iħejji u jagħmel il-Ministeru għal Għawdex bħalissa? Fiex jikkonsistu u għalxiex qed isiru dawn il-Master Plans u minn min qed isiru? Meta huma ppjanati li ser jiġu konklużi dawn il-Master Plans? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Master Plans li ġew konklużi minn Jannar 2020 sal-lum?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema Master Plan qed jirreferi.
Ministeru għal Għawdex – Promozzjonijiet ta’ supervisors
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet ta' Supervisors fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex xahar b'xahar minn Lulju 2019 sal-lum? Kif ukoll jista’ jgħid għal kull wieħed u waħda minn dawn is-supervisors, kemm kien ilhom jaħdmu mas-Servizz Pubbliku u kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa u x' kien il-grad li kellhom qabel ħadu l-promozzjoni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 21169 Ministeru għal Għawdex – Promozzjonijiet ta’ supervisors.pdf
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu u ġew assenjati kuntratti pubbliċi minn kull dipartiment u entità li jaqa’ taħt id-dekasteru tieghu mit-3 ta’ Ġunju 2017 sad data meta tigi mwiegba din il-mistoqsija Parlamentari? Jista’ f’kull każ jgħid (i) min rebaħ il-kuntratt; (ii) l-ammont totali tal-kuntratt; (iii) jekk il-kuntratt kienx kompetittiv jew b’direct order; u (iv) l-oġġett tal-kuntratt (x’tip ta’ xogħol jew servizz ieħor qed jinxtara)?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tiġi ppubblikata fuq il-Gazzetta tal-Gvern skont l-Artikolu 111(2) tar-Regolamenti tal-2016 dwar l-Akkwist Pubbliku.
Ministeru għal Għawdex — lista ta' proġetti kapitali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18747 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ proġetti kapitali lil jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħtu li huma għaddejjin bħalissa jew se jibdew fit-12-il xahar li ġejjin?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Konsulenzi u pariri mogħtija minn konsulenti u avukati — nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17154 u jgħid sena b'sena x'inhu l-ammont minfuq fuq konsulenza u pariri mogħtija minn konsulenti jew avukati għar-rigward xogħol u pariri legali mill-bidu tas-sena 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Lil min tħallsu dawn l-ammonti sena b'sena?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li diġà ngħataw għall-PQs 4314, 1094, 7107, 23799, 23566, 27453, 24923, 17745, 9315, 4601, 4389, 2341 u 2498 għall-perjodu sal-2018, ngħarrfu li tlabt biex jinġabar il-bqija tat-tagħrif. Appena dan ikun disponibbli, ikun jista’ jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19158 u jgħid liema huma dawk il-proġetti kapitali li saru jew qed isiru jew se jsiru, permezz ta' ħruġ ta' tenders din is-sena li għalihom il-letters of acceptance lill-kuntratturi rispettivi nħarġu matul is-sena 2020 jew din is-sena? Jista' jgħid kemm hu l-valur f'ċifri ta' euro ta' kull proġett imsemmi u minn liema vot/i kapitali se jittieħdu l-flus?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex ikun iżjed speċifiku fit-talba tiegħu
'NEGOTIATED PROCEDURE FOR THE PROVISION OF ACCOMODATION FOR ELDERLY PERSONS IN GOZO' MG 316/2017/pt1
Question
Jista’ l-Ministru jispjega u jgħid fiex tikkonsisti u kemm hi stmata li ħa tiġi tiswa globalment in-'NEGOTIATED PROCEDURE FOR THE PROVISION OF ACCOMODATION FOR ELDERLY PERSONS IN GOZO' MG 316/2017/pt1? Jista’ jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex ma ħarġitx tender biex jiġi offrut dan is-servizz ta’ akkomodazzjoni għall-anzjani ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid kemm-il sena ilu jiġi awarded dan is-servizz permezz ta' Negotiated Procedure u kemm kienet is-somma globali sa issa li l-Ministeru għal Għawdex ħallas u lil min ħallas?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba.