proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali matul is-sena 2008? F'liema lokalitajiet saru dawn il-proġetti u kemm ġew jiswew proġett proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija waħda vasta wisq u titlob ħafna ħin u riżorsi sabiex tinġabar.
proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7440 u jgħid kemm saru proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali matul is-sena 2008? F'liema lokalitajiet saru dawn il-proġetti u kemm ġew jiswew proġett proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7440.
proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8231 u 7440 u jgħid kemm saru proġetti bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali matul is-sena 2008? F'liema lokalitajiet saru dawn il-proġetti u kemm ġew jiswew proġett proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 7440.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' mobile phones li juża' l-ministeru tiegħu u d-dekasteri kollha li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-ispiża tas-servizz u tat-telefonati fl-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Kemm tħallset minn din l-ispiża fil-mument?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Bord maħtur minnu dan l-aħħar dwar l-operat tal-Armata temmx ix-xogħol tiegħu? Jekk fl-affermattiv x'kienu l-konklużjonijiet u/jew ir-rakkomdazzjonijiet tiegħu u x'passi ttieħdu dwarhom mill-istess Armata u/jew minn oħrajn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Bord ta’ Inkjesta Indipendenti maħtur mill-Prim Ministru biex jeżamina l-operat tas-C (Special Duties) Company tal-Forzi Armati temm ix-xogħol tiegħu u r-rapport ġie ppublikat b’mod sħiħ permezz ta’ stqarrija uffiċjali mid-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni fit-3 ta’ Lulju 2009.
Id-Direttorat tad-Difiża ġie mqabbad mill-Prim Ministru sabiex jissottometti pjan għall-implimentazzjoni ibbażat fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord ta’ Inkjesta Indipendenti.
Dan ir-rapport tlesta, u wara li ġie approvat mill-Prim Ministru, ġie mgħoddi lill-armata biex jiġi implimentat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-dekasteru tiegħu, d-dipartimenti, l-entitatjiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu għamlux użu minn kumpanniji privati jew soċjetajiet kummerċjali sabiex jinbnew websites matul din l-aħħar sena? Min kienu l-magħżula? X'kienet l-ispiża? Inħarġet sejħa għall-offerti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Kemm jiswa l-operat ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm qed jiġi jiswa lill-Gvern u allura lill-poplu Malti u Għawdxi l-operat tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f'pagi u salarji? Kemm hija l-kera tal-post fejn qed topera? Kemm qed jonfoq flus oħrajn il-poplu biex lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar iżommha tiffunzjona?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, fl-ewwel 5 xhur ta' din is-sena tammonta għal €6,368,152 u tinkludi l-ammont ta' €4,186,221 f'pagi u salarji u €39,446 kera.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-kera annwali tal-postijiet minn fejn l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar taqdi l-funzjonijiet tagħha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn kunsilli lokali li għandhom djun jew liabiltiesoħra llum? Liema huma? Min-naħa l-oħra, liema huma dawk li għandhom surplus mis-snin li għaddew?
Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili — public service contract
Question
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 8537 u 8710 fejn staqsejt għaliex il-Gvern ma fetaħx sejħa għal public service contract għat-tħaddim ta' servizz bl-ajru bejn Għawdex u Malta u fejn il-Prim Ministru weġibni li l-qasam tas-servizz tal-arju huwa liberalizzat u l-Gvern lest jikkonsidra kull talba mill-privat sabiex wieħed jipprovdi dan is-servizz sakemm din tkun ġiet proċessata u approvata mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili, jista' jgħid jekk il-Gvern ikunx lest li jagħti sussidju lil min japplika biex iħaddem dan is-servizz?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet rifjutati
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet għand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li ġew rifjutati, jew rakkmandati biex jiġu rifjutati minħabba li ma kellhomx "internal height" li jaqbeż 2.75 m fl-għoli? Billi bosta bini msaqqaf fuq għaxar filati fil-fatt għandu problema b'din il-kondizzjoni, jista' l-Prim Ministru jara li ma tibqax tiġi applikata din ir-regola?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA ma żżommx statistika rigward applikazzjonijiet li ġew rifjutati minħabba li ma kellhomx "internal height" li jaqbeż 2.75 m fl-għoli.
Għal rigward tat-tieni mistoqsijja, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-kundizzjoni toħroġ mill-Kapitolu 10, Art 97 (1d) tal-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija u mhux minn xi regola tal-MEPA.
Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta — ħatra ta' konsulenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li ADI Associates inħatru konsulenti tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta? Jekk iva, meta nħatru u meta ħarġet is-sejħa għal offerti? Kemm ħadet konsulenzi l-ADI Associates mill-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta s’issa? Kemm tħallsu fis-snin 2008-2009 (to date) rispettivament? Huwa minnu li bħala konsulenti tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta dawn ġieli attendew laqgħat ma' żviluppaturi u stakeholders oħrajn meta ċerti tenders lanqas biss kienu għadhom ġew aġġudikati?
Jista' jgħid liema ditta ta’ konsulenza hija nvoluta fit-
tender
GF/00153/06 li tikkonċerna
Proposed Upgrading of Coastal Area and Development of a Sandy Beach
? Jista' jikkonferma kemm kien hemm każi fejn ADI Associates apparti milli kienu preżenti fl-istadji kollha tal-proċess tat-
tendering
kif jista' jiġi kkonfermat mill- minuti tal-i
scoping meetings
, dawn saħansitra kienu wkoll responsabbli biex huma stess jagħmlu l-
compilation
tal-PDS għat-
tender
?
Billi ADI Associates kienu preżenti flimkien mal-iżviluppatur, l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar għall-i
scoping meeting
tal-21 ta' Mejju 2008, jista' jgħid jekk ADI Associates humiex xorta waħda eliġibbli biex jiġu kkunsidrati għat-
tender
in kwestjoni u jekk it-
tender
ġietx aġġudikata?
Jidhirlu l-Prim Ministru li dan huwa każ ċar ta’ allegat każ ta’ kunflitt ta’ interess? Jista' jikkonferma jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’xi stadju jew ieħor kienx diġa’ ġie nfurmat dwar dawn l-allegati abbużi? Kif jinkwadra dan kollu mat-trasparenza li hu permezz tas-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu qed jgħid li jixtieq idaħħal fis-sistema tal-
environment impact assessment
consultancies
bħala parti mir-riforma tal-l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm cruise passengers niżlu Għawdex kull sena mill-2003 sal-2008 u minn Jannar sa Awissu ta’ din is-sena? Jista’ jgħid kemm cruise liners żaru Għawdex fl-istess żmien u kemm niżlu passiġġieri kull wieħed? Jista’ jagħti l-isem tal-cruise liner f’kull każ?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'użu għandhom it-tliet karozzi, tnejn BMW u oħra Peugeot mitluqin għat-trab fil-bini tal-istamperija tal-Gvern, fil-Marsa? Jista' jindika wkoll liema ministeru jew dipartiment għamel użu minn dawn il-vetturi l-aħħar?
Servizz Pubbliku — tnaqqis ta' burokrazija u aktar effiċjenza
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed isir sabiex diretturi li jaħdmu mas-Servizz Pubbliku jaraw li jnaqqsu l-burokrazija u jkunu aktar effiċjenti kif titlob il-liġi tas-Servizz Pubbliku?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — laqgħat tal-Users' Committee
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ilu ma jiltaqa' l-Users' Committee tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Kemm-il darba iltaqa' matul din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kumitat ta' l-Utenti din is-sena iltaqa' 4 darbiet, fl-21 ta' Jannar, 11 ta' Marzu, 15 ta' April u 30 ta' Lulju. Matul Awissu, il-kumitat ma jiltaqgħax.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Enforcement Notices pendenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10537 u jgħid kemm hemm enforcement notices pendenti mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid kemm minnhom jmorru lura għal tliet snin jew aktar? Jista' jindika f'liema akwati qegħdin, raħal b'raħal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA għandha 7372 Enforcement Notice li mhumiex magħluqa. Minn dawn, 5400 enforcement notice kienu nħarġu bejn l-1993 u l-2006, fil-waqt li 1972 enforcement notice nħarġu bejn l-2007 u issa. Uħud min dawn għadhom jidhru pendenti għaliex il-kontijiet ta' direct action għadhom ma tħallsux.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tindika kif inhuma mqassma l-
Enforcement Notices
raħal b'raħal.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — policies dwar bini ta' petrol stations ġodda
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hux qed ikunu imħejjija l-policies li jirregolaw il-bini ta' petrol stations ġodda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-MEPA għaddejja bl-laqgħat ma' diversi aġenziji, inklużi l-MRA, sabiex titfassal policy għal dan il-għan. Ta' min isemmi li l-pjan lokali għal Għawdex u Kemmuna diġà għandu policy fuq faċilitajiet ta' ħażna ta' fuel.
Kunsilli lokali — Għajnuna lin-nurseries tal-football
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10415 u jgħid jekk kunsill lokali jistax jagħti għotja fi flus jew fi kwalunkwe forma oħra lil xi nursery tal- football tal-lokal tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhuma l-kriterji ta' din l-għotja u jekk hemmx limitu ta' flus jew ta' żmien? Jekk fin-negattiv, għaliex ma tistax tingħata din l-għajnuna?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi skont l-emendi li għadhom kemm saru fl-Att dwar Kunsilli Lokali, Kunsill Lokali ma jista’ jagħti l-ebda donazzjoni la ta’ flus u lanqas mod ieħor lill-ebda entità. Fil-fatt l-istess liġi li emendat l-imsemmi Att, eliminat dik li qabel kienet it-Tmien Skeda ta’ l-Att li kienet telenka organizzazzjoniet mhux governattivi li setgħu jirċievu donazzjonijiet minn Kunsilli Lokali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni uffiċjali tiegħu għall-allegazzjoni serja tal-kumitat tal-ġurnalisti u ta' l-istitut tal-ġurnalisti Maltin li l-inċident marbut mal-press release dwar l-approvazzjoni tal-proġett Fort Cambridge tefa' dubju serju fuq it-trasparenza u l-integrità tal-laqgħa tal-bord tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u ċ-chairman il-ġdid tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ftit jiem qabel ma kienet ser tkun diskussa din l-applikazzjoni, iċ-Chairman tal-MEPA qal lil PR Executive tal-MEPA sabiex jipprepara żewġ stqarrijiet, waħda li tindika li l-proġett huwa approvat u l-oħra li tindika li ma kienx hemm deċiżjoni, u l-applikazzjoni kienet diferita. Dan sabiex ma jkunx hemm dewmien li tingħata stqarrija lill-ġurnalisti wara l-laqgħa tal-Bord.
Sakemm bdiet il-laqgħa iċ-
Chairman
ma kien ra l-ebda stqarrija minn dawn. Iċ-
Chairman
ikkonferma wkoll li sakemm bdiet il-laqgħa tal-bord l-idea li jiġu preparati dawn l-istqarrijiet ma kienet diskussa ma ħadd u l-ebda membru ieħor tal-Bord ma kien jaf biha. Għaldaqstant l-allegazzjonijiet li d-deċiżjoni kienet ittieħdet minn qabel ma treġiex.
Waqt il-laqgħa ġurnalist preżenti tkellem dwar din l-istqarrija u peress li l-anqas iċ-
Chairman
ma kien ra, kien sorpriż ħafna dwar minn fejn il-ġurnalist preżenti ġab din l-istqarrija. Iċ-
Chairman
informa lill-ġurnalist li hu kien jaf li hu kellhom ikunu preparati żewġ stqarrijiet imma ma setax jikkumenta iktar għax ma kellux f’idejh dawn l-istqarrijiet. Id-diskussjoni fil-pubbliku ħadet aktar minn tlett sigħat u nofs u l-membri ma kienux influwenzati bl-ebda mod għax ma kienu raw l-ebda stqarrija qabel il-laqgħa.
Il-
PR Executive
ikkonferma li kellu l-istqarrija msemmija mal-karti li kien qed jaħdem fuqhom. Kif din ġiet f’idejn il-ġurnalista ħadd ma jistgħa jgħid. Li huwa ċert hu li din l-istqarrija li qed tissemma, kienet mimlija żbalji għax kienet għada qed tiġi magħmula.