Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11194 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

approvazzjoni dwar l-iskemi tal-bini ta' artijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'jonqos li jsir biex l-iskemi tal-bini ta' l-artijiet li kellhom jiġu approvati kollettivament bil-permessi kollha meħtieġa jkunu inklużi u approvati u l-bini tal-iżvilupp li jkun diġà applika għalih ikun jista' jibda jinbena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11196 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Interim From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

applikazzjonijiet għal permessi ta' żvilupp minn irziezet fis-Siggiewi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal permessi ta' żvilupp mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn rziezet li kienu qed japplikaw biex jkunu rilokati f'żoni fl-inħawi tas-Siġġiewi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11208 Sitting 146 2009-10-12 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Salarji tal-Membri tal-Bord tad-DCC

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se jkun il-pakkett finanzjarju jew salarju tal-ħatra tal-Membri tal-Bord tad-DCC (Development Control Commission) bis-sejħa pubblika li saret dan l-aħħar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #2259 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liċenzja ta' ħanut

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk teżistix liċenzja għall-bar li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja ta' dawn il-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra , ċioe it-trade licence li kienu joħorġu oriġinarjament u jgħid meta ħarġu dawn il-permessi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bar, li d-dettalji tiegħu intbagħtu separatament, għandu liċenzja valida għal Bar Second Class u din qegħda tiġi mġedda kull sena mill-Awtorità tat-Turiżmu. Il-liċenzja ħarġet mill-Kummissarju tal-Pulizija qabel is-sena 2002, is-sena li fiha ġew trasferiti l-liċenzji tal-bars mingħand il-Pulizija għal għand l-Awtorità. Ma naħsibx li huwa l-każ li kopja tal-liċenzja li fiha informazzjoni personali ta’ l-applikant għandha titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #10208 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — skeda

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-inħawi li bħalissa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed tikkunsidra li tiskeda, madwar Malta u Ghawdex? F'liema stadju wasal il-proċess ta' l-iskedar ta' kull wieħed minn dawn is-siti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għal din is-sena hemm diversi tipi ta' binjiet ta' valur storiku, arkitettoniku, kulturali jew kuntestwali madwar Malta u Għawdex proposti għall-iskedar kif ukoll numru ta' siti ta' valur arkeoloġiku u ekoloġiku. Il-lista ta' proprjetajiet proposti għall-iskedar bħalissa tinkudi kważi 1,000 sit/proprjeta' jew feature. L-Awtorità qegħda fil-proċess li tiskeda l-proprjetajiet li ġejjin tul din is-sena: Knejjes (Parroċċi) - 85 Arkeoloġija ( Antiquities (Protection) List ) - 52 Bini ( Antiquities (Protection) List ) - 26 Proprjetajiet oħra - 59 Bħalissa hemm tlett proposti għall-iskedar tal-wirt naturali li ġew ippreparati mid-Direttorat ta' l-Ippjanar li huma: Wied tal-Miżieb Ta' Ċenċ Wied ta' Għajn Żejtuna Minbarra dawn, hemm proposti oħra għall-iskedar tal-wirt naturali li għadhom fi stadju inqas avvanzat: l-għerien ta' Bengħisa id-Dwejra il-kumplament tal-kosta t'Għawdex u żoni oħra f'Malta li huma ta' importanza ekoloġika u/jew xjentifika skond il-provviżjoni tal-Artikolu 46 tal-Att Dwar l-Ippjanar ta' l-Iżvilupp. L-iskedar tal-wirt naturali jinvolvi surveys li jwasslu sabiex il-linja tal-iskedar timxi mal-periferiji eżistenti tal-post kif ukoll evalwazzjoni ta' letteratura u informazzjoni oħra relevanti dwar l-ekosistemi, l-ġeoloġija u l-ġeomorfoloġija tal-post, kif ukoll tal-pajsaġġ ( landscape ). (Minħabba nuqqas ta' riżorsi umani x-xogħol kollu fuq il-proposti ta' l-iskedar tal-wirt naturali isir kollu minn persuna waħda biss!) Kull skedar li jiġi approvat jiġi ppubblikat fil-gazzetta tal-gvern u gazzetti lokali. Is-sidien ta' l-art skedata jiġu nnotifikati u għandhom dritt għal rikonsiderazzjoni sa tletin ġurnata mid-data ta' l-ittra reġistrata. Ir-rikonsiderazzjonijiet jitressqu quddiem il-Bord tal-MEPA għal deċiżjoni. Wara dan il-proċess is-sidien għandhom dritt għall-appell li jrid jiġi sottomess lill-Bord ta' l-Appelli fi żmien tletin ġurnata mid-data ta' l-ittra reġistrata tar-risposta dwar ir-rikonsiderazzjoni.
Leg 11 PQ #10263 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Rilokazzjoni tad-dipartiment

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji dwar in-nefqa fil-Ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2008 u 2009 sal-lum dwar : i) rilokazzjoni tad-dipartiment mill-post eżistenti għall-ieħor jekk tkun avverrat ii) nefqa dwar xiri ta' għamara ġdida biex tirrimpjazza dik eżistenti u/jew iżżid ma' dik eżistenti iii) nefqa dwar redecoration fl-uffiċini u fiex kienet tikkonsisti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #10449 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Toroq li ġew resurfaced mill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm u liema toroq ġew resurfaced s'issa f'Malta mill-kunsilli lokali matul l-2009 u liema toroq huma ippjanati li jiġu resurfaced sal-aħħar tal-2009 mill-kunsilli lokali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tax-xogħlijiet li saru mill-bidu ta’ din is-sena s’issa u dawk proġettati sal-aħħar tas-sena.
Leg 11 PQ #10460 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Talba għal xi devoluzzjoni mill-Gvern Ċentrali għall-Gvern Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm, u liema huma l-lokalitajiet li għandhom talba għal xi devoluzzjoni mill-Gvern Ċentrali għall-Gvern Lokali ? Għal liema raġuni hi it-talba tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom talba għal xi devoluzzjoni ta’ proprejtà.
Leg 11 PQ #10537 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Enforcement Notices pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm enforcement notices pendenti mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid kemm minnhom jmorru lura għal tliet snin jew aktar? Jista' jindika f'liema akwati qegħdin, raħal b'raħal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11068.
Leg 11 PQ #10675 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — taxxi, tariffi jew miżati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu bejn Jannar u Settembru 2009? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel m'għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma daħlet l-ebda taxxa, tariffa jew miżata ġdida bejn Jannar u Settembru. Lanqas ma saret reviżjoni fit-taxxi, tariffi jew miżati fl-istess perjodu mid-dipartimenti jew awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tal-Ministeru mmexxija minni. Irrid nispeċifika li dan ma jfissirx li ma sarx xi ċaqliq fil-prezzijiet ta’ prodotti u servizzi offruti mid-dipartimenti u entitajiet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 11 PQ #10690 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Interim From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — restrizzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'restrizzjonijiet tagħmel l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq kuntratturi li jwaqqgħu bini fl-urban fir-rigward ta' trabijiet fl-arja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

skola Mariam Al Batool — estensjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-Iskola Mariam Al Batool f'Raħal il-Ġdid għall-estensjoni tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni għada qed tiġi pproċessata u diskussa minħabba li għad trid issir talba għal bidla fil-pjanti għax dak li kien sottomess mhux skond il-Pjan Lokali approvat.
Leg 11 PQ #10739 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk f’dawn l-aħħar tliet snin sarux xi talbiet jew rappreżentazzjonijiet mill-Gvern Malti lill-Unjoni Ewropea fejn jidħol it-trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienu dawn u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-korrispondenza li kien hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10739 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk f’dawn l-aħħar tliet snin sarux xi talbiet jew rappreżentazzjonijiet mill-Gvern Malti lill-Unjoni Ewropea fejn jidħol it-trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienu dawn u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li kien hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11494.
Leg 11 PQ #10887 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

San Pawl il-Baħar — Xogħol ta' tisbiħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal il-proċess ta' tendering għax-xogħol infrastrutturali (li jinkludi xogħol ta' tisbiħ ta' diversi proġetti) li suppost jibda wara s-sajf u li mistenni isir bejn l-iskola primarja tal-Gvern, San Pawl il-Baħar u l-parti tal-Qawra? Meta mistenni jibda x-xogħol fuq dawn il-proġetti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proġett li huwa ko-finanzjat mill-UE taħt il-programm ta’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jkopri l-promenade li jibda mill-iskola primarja tal-Gvern, San Pawl il-Baħar, tul ta’ kważi kilometru. Ix-xogħol li mistenni jsir jinkludi; cantilevered promenade ta’ 80 metru, istallazjoni ta’ sistema ta’ dawl ġdid u għamara fuq il-promenade, tisbieħ tal-promenade eżistenti, kif ukoll titjib tat-toroq ta’ madwar il-promenade. L-offerti għall-pubbliku ħarġu fis-7 ta’ Settembru 2009 u jgħalqu fl-20 ta’ Ottubru 2009. Wara jibda l-proċess ta’ aġġudikazzjoni ta’ l-offerti li jkunu ntefgħu. Ix-xogħol ikun jista’ jibda hekk kif dan il-proċess ikun konkluż u l-kuntratt iffirmat. Il-permessi ta’ dan il-proġett ġew approvati mill-MEPA.
Leg 11 PQ #10889 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif il-Gvern qed jaħseb biex il-kunsilli ta' lokalitajiet f'Malta/Għawdex li fix-xhur tas-sajf ikollhom il-popolazzjoni tagħhom li tikber ferm, fil-fatt ikollhom kontribuzzjonijiet miżjuda minħabba l-fatt li qed isibu diffikultà biex ilaħħqu mad-doveri tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern hu konxju minn ċerti ċirkostanzi li mhux maħsub għalihom fil-formula ta’ finanzjament lill-Kunsilli Lokali, fosthom iċ-ċirkostanza msemmija mill-Onorevoli Membru. Din is-sena, il-Gvern nieda żewġ skemi biex jindirizzaw dawn iċ-ċirkostanzi, u ċioe’: Skema Fondi Speċjali għal Lokalitajiet bi Bżonnijiet Speċjali u Skema Fondi Speċjali. Ta’ l-ewwel (b’fond ta’ € 565,000) hi maħsuba speċifikament għal ċirkostanzi simili għal dawk imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. It-tieni Skema (b’fond ta’ € 250,000) hi mmirata sabiex b’mod ġenerali Kunsill li jipprova li jkollu underfunding taħt xi funzjoni, ikun jista’ jingħata għajnuna finanzjarja supplimentari.
Leg 11 PQ #10891 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proprjetajiet devoluti lill-kunsilli lokali

Question

B'referenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 7162, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi proprjetajiet partikolari li ma jistgħux jiġu devoluti lill-kunsilli lokali, fis-sens li dawn bilfors iridu jibqgħu taħt l-amministrazzjoni tal-Gvern Ċentrali? Liema proprjetajiet ġew devoluti lill-kunsilli lokali f'dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-‘policy’ dwar Devoluzzjoni ta’ Proprjetà Pubblika tispeċifika illi sabiex Kunsill jieħu d-delega tal-amministrazzjoni, tali proprejtà trid tkun: 1) mitluqa; jew 2) mhux żviluppata; jew 3) użata ħażin; jew 4) tista’ tiġi żviluppata aħjar; jew 5) l-użu propost hu relatat ma’ funzjoni legali tal-Kunsill. Huma biss f’ċirkostanzi partikolari meta l-Gvern Ċentrali jkollu l-ħsieb li juża jew jiżviluppa tali proprjetà, jew jekk ikun hemm ostakoli legali (per eżempju konċessjoni mhix skaduta jew diffikultajiet legali oħra) fejn tali talbiet għad-devoluzzjoni ma jiġux milqugħa. Il-propretajiet li ġew devoluti lill-Kunsilli Lokali matul dawn l-aħħar tnax il-xahar (i.e. minn Settembru 2008 sa Settembru 2009) huma kif ġej: Proprjetà Data ta’ Devoluzzjoni Skop Għaxaq Sit f’Dawret Ħal Għaxaq k/m Triq Napuljun Caruana Dingli 16 ta’ Diċembru 2008 Ċentru ta’ l-Isports Għarb Parti milli iskola fi Triq il-Viżitazzjoni, 8 ta’ Jannar 2009 Uffiċini Amministrattivi San Ġiljan 2 siti f’Ta’ Ġiorni 8 ta’ Jannar 2009 Ċentru ta’ Rekreazzjoni u pitch tal-football (5-a-side) Munxar Estensjoni ta’ sit fi triq Profs Guże Aquilina /Triq Santa Domenica 8 ta’ Jannar 2009 Estensjoni ta’ sit diġa devolut biex jiġu żviluppat fi playing field Rabat (Għawdex) Playing Field fi Triq Putirjal 1 ta’ Ġunju 2009 Ċentru ta’ Rekreażżjoni Kirkop Sit fi Triq Dun Karlo Taliana 11 ta’ Ġunju 2009 Ċentru tal-Kura Primarja, Sala tal-konferenzi għall-NGOs, Arkivji u Annex għad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Żurrieq Sit fi Triq iż-Żurrieq (Triq Sant Andrija) 24 ta’ Ġunju 2009 Użu ta’ funzjoni legali, soċjali u turistika. Dan il-proġett kien estenzjoni tal-Mitħna tax-Xarolla. Mellieħa Defence Post fi Ġnien Ingraw 10 ta’ Settembru 2009 Bħala post storiku u biex jiġi irrestawrat
Leg 11 PQ #10898 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għaqdiet volontarji — impjegati taċ-ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm u liema huma l-għaqdiet volontarji li għandhom impjegati taċ-ċivil sekondati magħhom u li rċevew għajnuna finanzjarja mill-Gvern matul l-2008 u din is-sena? Kemm kienet l-għajnuna li dawn irċevew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet ta’ dawk l-għaqdiet volontarji li kellhom uffiċjali pubbliċi rilaxxati magħhom fis-snin 2008 u 2009, u l-ismijiet ta’ dawk l-għaqdiet volontarji li rċevew għajnuna finanzjarja mill-Gvern matul 2008 u din is-sena, bl-ammonti li rċevew rispettivament.
Leg 11 PQ #11081 Sitting 145 2009-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rwejjaħ ta' gass fil-Marsa

Question

Jista' l-Prim Ministru jinvestiga u jgħid kemm jistgħu jkunu minnhom l-ilmenti li rċevejt dwar irwejjaħ li hemm in-naħa tal-Marsa li uħud isostnu li huma dovuti għal gas hydrogen sulphide li ġej mill-power station? Jista' jgħid kemm ilhom dawn l-irwejjaħ? Jista' jgħid jekk hux qegħdin isiru testijiet fl-inħawi tal-Marsa għal dan it-tip ta' gass perikoluż minħabba li huwa fatt magħruf li l-H2S fl-atmosfera jkabbar ir-riskji għas-saħħa umana?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kienu rrapurtati numru żgħir ta' inċidenti fejn kien hemm riħa ta' H2S (hydrogen sulphide) fil-Marsa però l-probabiltà li l-oriġini ta' dan kien il-power station, hija minima. Ġeneralment il-gass H2S huwa assoċjat mad-dekompożizzjoni batterika ta' materjal non-organiku u mhux mal-kombustjoni ta' fjuwils. Ħafna mill-ilmenti rigward irwejjaħ fil-Marsa għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet ta' fuel handling u possibilment ma' discharges mhux awtorizzat fis-sistema tad-drenaġġ, minn sorsi oħra u mhux mill-power station. Il-MEPA ilha tirċievi lmenti fuq dawn l-irwejjaħ mill-2003. Però ħafna minn dawn l-ilmenti kellhom x'jaqsmu mal-irwejjaħ ġġenerati mill- handling ta' fjuwil u speċifikament minn sustanzi magħrufa bħala mercaptans , li huma assoċjati mal-fjuwil. Dawn is-sustanzi jinxtammu anki f'livelli baxxa ħafna. L-aktar episodju riċenti fejn kien hemm riħa qawwija ta' H2S x'aktarx li kien minħabba problema fis-sistema tad-drenaġġ f'binja partikolari. Il-kwalità tal-arja fil-Marsa tiġi mmonitorjata f'erba' lokalitajiet differenti, permezz ta' passive diffusion tubes . Dan il-programm ta' monitoraġġ ma jinkludix l-H2S, dan għaliex ma jeżistu l-ebda livelli stabbiliti bil-liġi għal din is-sustanza. Tajjeb wieħed ifakkar illi l-H2S huwa ġeneralment problema biss fi spazji magħluqa u għalhekk barra mill-iskop ta' ambient monitoring . Tajjeb li wieħed ikun jaf li l-immonitorjar għall-H2S permezz tal- passive diffusion tubes ma jagħtix riżultati utili, minħabba il-fatt li dawn l-episodji fejn tinxtamm riħa ta' H2S m'humiex daqshekk frekwenti u jdumu għall-perijodu ta' żmien relattivament qasir (ċirca 30 minuta jew anqas) meta mqabbla mal- exposure time tal- passive diffusion tubes li huwa ta’ bejn 2 u 4 ġimgħat (kif rrakommandant mill-manifattur).
Leg 11 PQ #1978 Sitting 144 2009-10-05 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Swieqi — Triq l-Ilqugħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għal żvilupp ta' bini fi Triq l-Ilqugħ, Swieqi? X'tip ta' permessi ħarġu, għal kemm-il sular u jekk ġewx sodisfatti l-kriterji kollha tal-MEPA?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.