Mingħajr ma nidħol fil-merti tal-proġett ta’ Renzo Piano, jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk il-ġurnalisti u membri tal-NGOs jew NGO partikulari, li xi ftit xhur ilu ġew mistiedna biex imorru Pariġi sabiex jiltaqgħu ma’ Renzo Piano?
Għalkemm il-Gvern qed jirrifjuta li jippubblika l-kuntratt konċernat ma’ Renzo Piano minħabba dawk li qed jissejħu raġunijiet ta’ natura kummerċjali, ma jħossx li f’ġieħ it-trasparenza dan għandu jiġi ppubblikat minnufih, aktar u aktar billi kull kuntratt kummerċjali suppost li huwa suġġett għar- regolamenti tal-
public procurement?
Fil-fehma tiegħi dan kollu għandu jsir pubbliku minnufih mingħajr ma fl-ebda mod jippreġudika l-proġett jew jidħol fil-merti tiegħu.
esperti barranin — studju fuq passa tal-gamiem u summien
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-esperti barranin li qed imexxu l-istudju xjentifiku dwar il-passa tal-gamiem u s-summien f'pajjiżna?
Jista' jgħid ukoll kemm dawn tħallsu s'issa?
studju xjentifiku dwar passa tal-gamiem u summien — ħlas lil osservaturi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nies ossia osservaturi li qed jieħdu sehem fl-istudju xjentifiku dwar il-passa tal-gamiem u summien f'pajjiżna u b'liema rata qed jitħallsu? Jista' jgħid ukoll meta se jsiru l-ħlasijiet dovuti lil dawn l-osservaturi u li għandhom jieħdu tal-osservazzjonijiet li saru fir-rebbiegħa 2008, fil-ħarifa 2008 u fir-rebbiegħa 2009?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hemm wieħed u sebgħin (71) osservatur li qed jieħdu sehem fl-istudju imsemmi, u dawn jitħallsu b’rata ta’ Ewro 2.91 fis-siegħa.
Il-ħlasijiet dovuti qed jiġu proċessati.
studju xjentifiku fuq il-passa tal-gamiem u summien — stadju
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar f'liema stadju wasal l-istudju xjentifiku li qed jagħmel il-Gvern dwar il-passa tal-gamiem u s-summien fl-istaġuni tar-rebbiegħa u l-ħarifa? Jista' jgħid kemm ilu għaddej dan l-istadju u meta hu mistenni li dan jispiċċa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-istudju fir-Rebbiegħa tal-2007 u hu mistenni li jispiċċa fil-Ħarifa tal-2009. F’din il-fażi finali jonqos biss li tiġi proċessata data tal-istaġun tal-Ħarifa 2009. Din l-informazzjoni tibda tiġi proċessata mal-egħluq ta’ l-istaġun u wara jkun jista’ jitħejja r-rapport finali. Ta’ min igħid li diġà ġew sottomessi rapporti preliminari li ntużaw fil-każ li kellha Malta dwar il-kaċċa fir-Rebbiegħa quddiem il-Qorti Ewropea.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — żvilupp illegali
Question
ln vista tat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 8549, jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9238 u jgħid x'żamm u għalfejn s'issa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma ħadhet l-ebda passi fil-konfront tal-iżvilupp illegali li twettaq mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika f 'Kordin , erba' snin ilu, liema żvilupp kien inħariġlu enforcement notice 223/05 fis-sena 2005? Jaħseb il-Prim Ministru li l-fatt li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f'Lulju 2006 kienet irrifjutat l-applikazzjoni li għamel id-dipartiment biex jirregolarizza ruħu wara din it-twissija, iżda s 'issa d-Dipartiment tal-lndafa Pubblika għadu jippersisti f 'din l-illegalità u minn naħa tagħha l-Awtorità baqgħet kompjaċenti u m'għamlet xejn, hijiex konferma ta' kemm il-awtorità tuża s-saħħa ma' minn huwa żgħir iżda tibqa' ċassa biex taġixxi fil-konfront ta' min huwa b'saħħtu, inkluż Dipartimenti tal-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ fil-fatt jinsab riferut sabiex tittieħed Azzjoni Diretta, u l-MEPA tagħmel dan fil-waqt propens, bħal f'kwalunkwe każ ieħor pendenti għal Azzjoni Diretta. L-iskadenzi legali japplikaw għad-Dipartimenti Pubbliċi daqs u kif japplikaw għal individwi privati.
Intant fit-tħejjija għal din it-tweġiba, l-Awtorità reġgħet żaret is-sit u rriżultalha li filwaqt li l-Avviż ta' Twettiq 223/05 kien inħareġ fuq pedamenti bla permess, fil-post bħalissa hemm ukoll xi mħażen żgħar u uffiċċji tal-metall u ta' l-injam, tad-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika, u fil-fatt inħareġ Avviż ieħor nru 715/09 fil-5 ta' Ġunju 2009.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fl-allokazzjoni finanzjarja il-kunsilli lokali jingħatawx finanzi apposta għall-bini ta' toroq u għaldaqstant għoti mill-ġdid ta' tarmak lit-toroq fil-lokalitajiet? Jista' jgħid kemm ingħataw finanzji f'dan ir-rigward lil kull kunsill lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsilli Lokali mhumiex responsabbli mill-bini ta’ toroq ġodda iżda għaż-żamma u l-manutenzjoni tagħhom.
Għas-sena finanzjarja 2009/10, il-Kunsilli Lokali b’mod globali ingħataw is-somma ta’
€ 4,798,088 għal din il-funzjoni. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-allokazzjoni lil kull Kunsill Lokali.
Minbarra dan, matul is-sena finanzjarja kurrenti, il-Gvern ħareġ diversi skemi ta’ għajnuna finanzjarja li permezz tagħhom il-Kunsilli Lokali setgħu jingħataw fondi addizzjonali, fosthom:
-
Fondi Spe
ċjali għal lokalitajiet bi bżonnijiet speċjali (€ 565,000); u
Fondi Speċjali (€ 250,000)
Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni vera għaliex intilfu fondi tal-Unjoni Ewropea marbutin mal-kuntratt miljunarju ma' Media Consulta fil-qasam turistiku? Jista' dan kollu b'xi mod ikun marbut mal-fatt li dawn il-fondi setgħu intilfu minħabba li l-prestazzjoni tal-kumpanija internazzjonali ma kenitx hekk kif stipulata fil-kuntratt?
Jista' jikkonferma jekk sarx
due diligence
xieraq u adegwat min-naħa tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni strateġika li tintgħażel Media Consulta meta kien hemm dubju dwar l-operat tagħha internazzjonali sa minn qabel ma ttieħed il-kuntratt?
Hemm xi kumpaniji u/jew individwi Maltin li ġew identifikati bħala rappreżentanti ta' Media Consulta? Jista' l-Gvern iserraħ ras iċ-ċittadini Maltin li ma kien hemm l-ebda għamla ta'
undue pressures
biex tintgħażel din il-kumpanija kif oriġinarjament sar? Kemm effettivament tħallset Media Consulta indipendement mill-fondi li ma waslux mill-Unjoni Ewropea?
Kunsilli lokali f'Għawdex — aċċessibilità għal kulħadd
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema uffiċċji tal-kunsilli lokali f'Għawdex huma aċċessibbli għal kulħadd? Liema minn dawk li mhumiex aċċessibbli qed isir xogħol fihom biex isiru aċċessibbli u sa meta hu maħsub li jkunu aċċessibbli?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kull kunsill lokali llum kemm-il handyman għandu? Kemm huwa n-numru tal-handymen li qed ikunu sussidjati mill-Gvern u kemm huwa n-numru ta' handymen li qed jiġu finanzjati mill-kunsilli lokali stess?
Jista' l-Prim Ministru jispjega għalfejn il-ħaddiema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġewwa Hexagon House għadhom qed ikunu suġġetti għall-irwejjaħ kontinwament? X'tip ta' moniteraġġ qegħda tagħmel l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-madwar u ġewwa Hexagon House? X'kienu r-riżultati uffiċjali li nġabru s'issa?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri tal-Forzi Armati ta' Malta li siefru fuq xogħol relatat mal-armata s-sena l-oħra u din is-sena? Għaliex siefru? Fejn marru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li siefru fuq xogħol relatat ma’ l-Armata fis-sena 2008 jammonta għal 361 uffiċjal filwaqt li mil-1 ta’ Jannar sa 30 ta’ Ġunju 2009 jammonta għal 134 uffiċjal. Dan is-safar kien relatat ma’ taħriġ, operazzjonijiet u laqgħat marbuta ma’ l-operat ta’ l-armata. Fit-tabella annessa li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra hemm indikat il-pajjiżi fejn marru l-uffiċjali tal-Forzi ta’ Malta.
Jista' l-Prim Ministru jispjega kif intgħażlu t-toroq lokali li se jsiru xogħlijiet fuqhom matul is-sena 2009, li n-numru tagħhom se jlaħħaq mal-162? Jista' jgħid kif tqassmu dawn it-toroq bejn il-lokalitajiet differenti? Jekk dan it-tqassim ta' toroq huwa parti minn pjan, jista' jgħid f'liema stadju wasal dan il-pjan, meta ser jispiċċa u kemm ilu sejjer? Kemm hemm toroq involuti b'mod globali, fejn jinsabu u liema huma?
Jista' jgħid kemm fadal snin b'dan il-pjan li mexjin fuqu u jekk jeżistix il-ħsieb li l-mod li bih qed jitqassmu t-toroq illum, jiġi mibdul?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-toroq li ġa saru jew ser jsiru xogħlijiet fuqhom matul s-sena 2009 intgħażlu mill-Kunsilli Lokali stess skont il-pjani ta’ ħidma li huma jagħmlu u dan peress li dawn huma xogħlijiet fuq toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali.
Ta’ min isemmi, li għall-ewwel darba, din is-sena il-flus li ġew allokati lill-Kunsilli Lokali għall-manutenzjoni u tindif tat-toroq ġew
‘ring fenced’
jiġifieri dawn il-flus iridu jintużaw biss għal l-iskop li ngħataw sakemm ma jkunx hemm l-awtorizzazzjoni bil-miktub tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali biex jintużaw għal skopijiet oħra. L-awtorizzazzjoni tkun tista’ tingħata wara talba ġustifikata li tkun saret mill-Kunsill.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — teleworking u reduced hours
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal teleworking u reduced hours rispettivament fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'din l-aħħar sena? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Kunsill lokali tal-Mellieħa — BBQs fir-Ramla ta' l-Għadira
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern jaqbilx mad-deċiżjoni tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li dan is-sajf ma ħalliex li jsiru BBQs fir-Ramla ta' l-Għadira?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Latrina pubblika fil-Ġnien Santa Margerita Bormla
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser tinbena l-latrina pubblika li kellha tinbena fl-area ta’ Ġnien Santa Margerita Bormla, mill-Ministeru tat-Turizmu u li l-permessi għaliha ġew approvati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess tal-bini tal-latrina fi Ġnien Santa Margerita huwa f’idejn il-Kunsill Lokali ta’ Bormla.
L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu qed tgħin lill-Kunsill fil-finanzjament tal-proġett.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-proġetti li ġew approvati fl-2008 u fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena biex ikunu finanzjati mill-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba fir-rigward tal-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2007 – 2013 hija ppublikata f’listi fuq is-sit elettroniku tad-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, http://www.ppcd.gov.mt/project_07_13 .
Awtorità ta' Maltas dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-bini u/jew alterazzjonijiet ta' skejjel tal-istat, tal-knisja u privati? Fiex tikkonsisti kull applikazzjoni u fiex wasal dan il-proċess?
Jista' l-Prim Ministru jara li wasal iż-żmien li patrol boat tal-Forzi Armati tiġi stazzjonata l-Imġarr, Għawdex matul is-sena kollha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bl-akkwist ta’ erba’ laneċ ġodda li ser iseħħ sa l-aħħar ta’ din is-sena, il-Gvern ser ikun f’pożizzjoni li jirrevedi t-tqassim tal-laneċ ta’ l-Iskwadra Marittima, liema reviżjoni jista’ jinkludi l-istazzjonar ta’ laneċ f’Għawdex.