Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — restrizzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10690 u jgħid x'restrizzjonijiet tagħmel l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq kuntratturi li jwaqqgħu bini fl-urban fir-rigward ta' trabijiet fl-arja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-Mistoqsija Parlamentari Numbru 10690.
trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10739 u jgħid jekk f’dawn l-aħħar tliet snin sarux xi talbiet jew rappreżentazzjonijiet mill-Gvern Malti lill-Unjoni Ewropea fejn jidħol it-trasport bil-baħar bejn Malta u destinazzjonijiet oħra? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienu dawn u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza li kien hemm?
Fgura — Triq Kampanella - xogħlijiet ta' drenaġġ - generator
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10200 u jgħid għaliex fi Triq Kampanella, l-Fgura bħala parti mix-xogħlijiet tad-drenaġġ li qed isiru fl-inħawi ta' Smart City qed jitħalla generator jaħdem lejl u nhar bi tniġġiż kontinwu u rwejjaħ ta' diesel b'dannu ghar-residenti ta' din it-triq? Jista' jgħid jekk dan il-generator għandux jitħalla jniġġes bil-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u jekk l-ufficjali tal-awtorità marrux jinvestigaw l-ilmenti tal-familji li hemm fl-inħawi?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Għawdex - reklamar għal turiżmu domestiku
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti breakdown tal-valur tan-nefqa tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta kull sena mill-1999 sal-lum fir-reklamar ta’ Għawdex b’riżq it-turiżmu domestiku? Fuqiex sar l-investiment?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm każi quddiem il-Kummissjoni għas-Servizzi Pubbliċi llum? Xi grad għandhom? Minn liema dipartiment huma? Għaliex tressqu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed nassumi illi b’każijiet quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għal każijiet ta’ dixxiplina.
Ninsab infurmat illi sakemm spiċċa t-terminu tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku f’Ġunju 2009 kien hemm dsatax-il każ ta’ dixxiplina pendenti quddiemha.
L-informazzjoni l-oħra mitluba mill-Onorevoli Interpellant tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk kien in-numru ta' impjegati tal-Gvern li tkeċċew miċ-Ċivil is-sena l-oħra u din is-sena? X'tip ta' grad kellhom? Għaliex tkeċċew u minn liema dipartiment kienu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi s-sena l-oħra u din is-sena kien hemm għaxar uffiċjali pubbliċi li tkeċċew mis-Servizz Pubbliku.
It-tagħrif l-ieħor mitlub mill-Onorevoli Interpellant jinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — restrizzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'restrizzjonijiet tagħmel l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq kuntratturi li jwaqqgħu bini fl-urban fir-rigward ta' trabijiet fl-arja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kien inħareġ Avviż Legali u regolamenti apposta bl-iskop li jillimitaw id-degradazzjoni ambjentali li tiġġenera l-industrija ta' kostruzzjoni (ara AL 295/07). Dawn l-inkonvenjenti jinkludu fost affarijiet oħra emmissjonijet ta' trab fl-arja kemm waqt ix-xogħol ta' kostruzzjoni kif ukoll waqt demolizzjoni.
Għaldaqstant dawn ir-regolamenti jispeċifikaw miżuri f'dan ir-rigward. Dawn jinkludu l-obbligu fuq il-proprjetarju li jibni stekkat jew ilqugh mgħotti b'materjal sabiex jinbarra l-ħruġ ta' trab minn ġos-sit. Barra minn hekk, dan għandu wkoll jiżgura li jittieħdu miżuri oħra neċessarji, bħal per eżempju jitferrex ilma u/jew stabillizzant ta' trab kimiku, sabiex kemm jista' jkun jiġi kkontrollat il-ħruġ ta' trab. Il-proprjetarju għandu wkoll l-obbligu li jnaddaf il-passaġġ pubbliku ta' quddiem is-sit minn kull materjal li seta' jkun waqa' matul ix-xogħol.
Fuq skart u ħmieġ li jiġi ġġenerat anke minn siti ta' kostruzzjoni japplika wkoll AL 344/05. Dan ta' l-aħħar japplikaw għall-lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex.
L-Awtorità, permezz ta' Spetturi apposta tinforza dawn ir-regolamenti u fejn jirriżulta nuqqas jittieħdu dawk il-passi meħtieġa skond kif stabbilit fl-istess Avviż Legali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-parental leave f'din l-aħħar sena, kemm jekk saru minn nisa u kemm jekk saru minn irġiel, fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn it-talbiet intlaqgħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Awtorità ta' Maltas dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-bini u/jew alterazzjonijiet ta' skejjel tal-istat, tal-knisja u privati? Fiex tikkonsisti kull applikazzjoni u fiex wasal dan il-proċess?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha ħamsa u għoxrin (25) applikazzjoni pendenti għall-bini u/jew alterazzjonijiet ta' skejjel. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji ta' dawn l-applikazzjonijiet.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u ġew mfittxija applikazzjonijiet li fihom il-kliem "
school
", "skola", "skejjel", "
class room"
,
"classroom"
jew "klassi" fil-proposta tagħhom.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk saritx evalwazzjoni tal-proċeduri u tal-proċessi kollha relatati mas-servizzi mogħtija mill-Kunsilli Lokali? Jekk saret, x'inhu r-riżultat ta' din l-evalwazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċess tat-tiġdid tal-Kunsilli Lokali (Riforma 2009), kien wieħed li permezz ta’ konsultazzjoni wiesa’, evalwa kemm il-proċess intern kif ukoll l-impatt tagħhom fuq is-servizz mogħti lir-residenti. B’mod ġenerali, l-oqsma dwar l-ambjent, toroq, edukazzjoni, kultura, finanzi, riżorsi umani, opportunitajiet indaqs u l-parteċipazzjoni miċ-ċittadin huma l-qofol tal-miżuri ġodda proposti fit-tiġdid tal-Kunsilli Lokali.
Dawn l-oqsma ser ikunu evalwati permezz ta’ Indikaturi dwar
‘Performance’
sabiex ikun assigurat li ċ-ċittadini ingħataw l-aqwa servizz. Biex dan iseħħ qed isiru emendi leġislattivi, ta’
policies
u ta’ formulazzjoni ta’ proċeduri ġodda, fosthom it-twaqqif ta’
Performance Indicators
u l-mod kif ser ikunu assessjati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bdiet tiskeda l-proprjetà?
Minn dakinhar 'il hawn xi proprjetà ġiet skedata f'kull lokalità? Xi proprjetà hi u f'liema grad ġiet skedata kull proprjetà? Xi tfisser kull skeda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9987.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'użu għandhom it-tliet karozzi, tnejn BMW u oħra Peugeot mitluqin għat-trab fil-bini tal-istamperija tal-Gvern, fil-Marsa? Jista' jindika wkoll liema ministeru jew dipartiment għamel użu minn dawn il-vetturi l-aħħar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-każ tal-BMW’s għaddej il-proċess biex dawn il-vetturi jinbiegħu bl-offerti. Il-Peugeot qed tintuża minn Diviżjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Il-BMW’s kienu jintużaw mis-Segretarji Parlamentari f’dan l-Uffiċċju waqt li l-Peugeot kienet tintuża mill-MEUSAC.
Issa li t-Trattat ta' Lisbona jinsab dejjem iktar qrib li jiġi approvat - salv l-assenza tar-Repubblika Ċeka b'mod partikolari - x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-persuni li għandhom jokkupaw il-kariga ta' President tal-Kunsill Ewropew u Rappreżentant Għoli ta' l-Affarijiet Barranin? X'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar l-isem ta' Tony Blair?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-indikazzjonijiet mingħand il-Presidenza Svediża huma li wieħed mill-punti prinċipali l-Kunsill Ewropew tad-29 u 30 ta’ Ottubru se jittratta l-affarijiet istituzzjonali. Sa dak inhar għad jonqos ir-ratifika tar-Repubblika Ċeka. Il-Prim Ministru Svediż ħabbar nhar l-Erbgħa 7 ta’ Ottubru li huwa se jibda l-konsultazzjonijiet dwar il-karigi tal-President tal-Kunsill Ewropew u tar-Rappreżentant Għoli ta’ l-Affarijiet Barranin biss meta jkun jaf biċ-ċert id-data ta’ meta t-Trattat ta’ Lisbona se jidħol fis-seħħ.
Għaldaqstant, il-Gvern Malti beħsiebu jieħu deċiżjoni dwar dawn il-karigi meta jkun hemm deċiżjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. Sa dak iż-żmien ikun hemm ukoll idea iżjed ċara tal-kandidati għal dawn il-karigi li deċiżjoni dwarhom trid tittieħed mill-Kunsill Ewropew, kandidati li jistgħu ukoll jinkludu lil Tony Blair.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma rapporti li dehru fil-media li d-dokument tal-dikjarazzjoni ta' l-Indipendenza ma jistax jinstab? F'każ li jiċħad dawn ir-rapporti, jista' jgħid fejn jinstab dan id-dokument? F'każ li jikkonferma dawn ir-rapporti jista' jgħid x'passi ħa l-Gvern biex dan id-dokument jinstab?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'jonqos li jsir biex l-iskemi tal-bini ta' l-artijiet li kellhom jiġu approvati kollettivament bil-permessi kollha meħtieġa jkunu inklużi u approvati u l-bini tal-iżvilupp li jkun diġà applika għalih ikun jista' jibda jinbena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm diversi skemi ta' ippjanar kollettiv u għalhekk tajjeb li l-mistoqsija tkun waħda speċifika għas-sit in kwestjoni biex ir-risposta tkun waħda speċifika.
applikazzjonijiet għal permessi ta' żvilupp minn irziezet fis-Siggiewi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal permessi ta' żvilupp mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn rziezet li kienu qed japplikaw biex jkunu rilokati f'żoni fl-inħawi tas-Siġġiewi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm tlett applikazzjonijiet li qed jiġu proċessati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u li jikkonċernaw bini ta’ rziezet ġodda biex jkunu rilokati f'żoni fl-inħawi tas-Siġġiewi.
L-applikazzjoni ewlenija qed tipproponi l-kostruzzjoni ta’ tnax-il razzett ġdid biex rziezet tal-ħalib li bħalissa qed joperaw fl-iskema tal-bini jiġu rilokati fl-inħawi tal-Qampiena, limiti tas-Siġġiewi. Din l-applikazzjoni tinkludi wkoll il-kostruzzjoni ta’
Centralised Dairy Waste Digester
u
Waste Conversion Facility
.
Fl-inħawi tal-Qampiena, limiti tas-Siġġiewi, hemm ukoll żewġ applikazzjonijiet oħra għal kostruzzjoni ta’ żewġ irziezet ġodda tal-ħalib.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm se jkun il-pakkett finanzjarju jew salarju tal-ħatra tal-Membri tal-Bord tad-DCC (Development Control Commission) bis-sejħa pubblika li saret dan l-aħħar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pakkett finanzjarju tal-Membri tal-Bord tad-DCC għadu ma ġiex determinat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet rappurtati lill-Pulizija mill-Ministeru/dipartimenti/ korporazzjonijiet/awtoritajiet eċċ. li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul din is-sena? Kemm huwa kalkulat il-valur misruq u x'natura ta' oġġetti eċċ. insterqu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ serqiet rappurtati lill-Pulizija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru matul din is-sena kien stereo ta’ karozza li kienet tintuża mill-MEUSAC u li huwa kkalkulat li kien jiswa’ €129.
Jista' l-Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex matul ix-xhur li ġejjin, u qabel naslu għall-istaġun tas-sajf li ġej, numru ta' toroq li jeħtieġu li jiġu asfaltati għall-ewwel darba, isiru, u dan biex jitnaqqsu l-ilmenti tal-operaturi turistiċi u tar-residenti?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Persuna li mhix perit
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10383, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk qatt saru xi investigazzjonijiet mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jaraw kemm kien hemm compliance certificates mill-periti li ma kenux in order u korretti? Jekk iva, kemm-il każ irriżulta lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u x'passi ttieħdu dwar dan? Rigward il-każ involut, jista' jgħid jekk kienx hemm eżitu ta' xi investigazzjonijiet mill-pulizija billi huwa allegat li din il-persuna tiffrekwenta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar b'ċertu awtorità u prepotenza anki fuq il-ħaddiema konċernati? Kemm kien hemm compliance certificate applications fis-snin 2007-2008 u din is-sena sal-lum? Kemm minnhom ġew rifjutati bil-konsegwenza li l-complaince certificate ġie miċħud?