Ħal Lija — Villa Francia - użu tal-bini għal laqgħat
Question
Tenut kont li fil-ftuħ tal-Villa Francia f'Ħal Lija intqal mill-Prim Ministru li din il-villa - ai termini, daltronde, tat-testment tal-awtur tal-villa de quo - se tkun użata għall-ħidma tal-Prim Ministru ta' Malta u ġie indikat speċifikatament lid-deputati preżenti li din il-villa kienet se tintuża biex tospita temporanjament id-dinjitarji barranin li jkunu qegħdin Malta fuq żjara uffiċjali. Jista' l-Prim Ministru jispjega kif li nhar l-10 ta' Ottubru, 2009 din il-villa ġiet użata biex jitlaqqa' fiha l-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista? Għalfejn il-Grupp Parlamentari tlaqqa' fil-Villa Francia u mhux f'fond proprjetà jew fil-pussess tal-Partit Nazzjonalista?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jirriżultali li l-Onorevoli Interpellant huwa infurmat ħażin għaliex fiċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni ta’ Villa Francia jiena m’għidtx id-diskors li huwa msemmi fil-mistoqsija tiegħu.
Id-diskors sħiħ jinsab fuq
http://www.doi.gov.mt/EN/press_releases/2009/09/prl507.asp
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10887, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-proġetti l-oħra, minbarra dak ta' ħdejn l-iskola li semma' fir-risposta, u b'mod partikolari l-bidliet li għandhom isiru fl-inħawi ta' Fra Ben, kif ukoll dwar il-bajja li għandha titlesta fl-inħawi tal-ponta tal-Qawra?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10867 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta waqaf li jsir użu tal-kumpless White Rocks? Fiex wasal il-proġett tal-White Rocks li kien ilu jiġi mwiegħed u minħabba fi prospetti ta’ żvilupp kien ingħalaq dan il-kumpless?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ħaddiema (i) tal-Gvern u (ii) ta’ entitajiet oħra tas-Settur Pubbliku ġew trasferiti għal Għawdex kull xahar minn Jannar tal-2007 sa l-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena? Jista’ jgħid minn fejn ġew trasferiti u għal fejn ġew trasferiti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għall-perjodu bejn Jannar 2007 sa Awwissu 2008 nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4430.
Ninsab infurmat li matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2008 sa l-aħħar ta’ Awwissu ta’ din is-sena, kien hemm 4 uffiċjali pubbliċi u 3 impjegati f’entitajiet pubbliċi li ġew trasferiti għal Għawdex kif jidher fid-dettal f’kull każ fit-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Persuna li mhix perit
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11321 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10383, jista' jgħid jekk qatt saru xi investigazzjonijiet mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jaraw kemm kien hemm compliance certificates mill-periti li ma kenux in order u korretti? Jekk iva, kemm-il każ irriżulta lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u x'passi ttieħdu dwar dan? Rigward il-każ involut, jista' jgħid jekk kienx hemm eżitu ta' xi investigazzjonijiet mill-pulizija billi huwa allegat li din il-persuna tiffrekwenta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar b'ċertu awtorità u prepotenza anki fuq il-ħaddiema konċernati? Kemm kien hemm compliance certificate applications fis-snin 2007-2008 u din is-sena sal-lum? Kemm minnhom ġew rifjutati bil-konsegwenza li l-complaince certificate ġie miċħud?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li tiġi analizzata talba għall-Compliance Certificate, li bilfors trid issir minn perit, l-Awtorità tista`, jew:
taċċetta t-talba, jew
tirritorna t-talba u tagħti ftit ġimgħat ċans biex dak li jkun ikun jista' jagħti xi informazzjoni jew rikjesti oħra li jkunu nieqsa, jew
tirrifjuta t-talba.
Jekk it-talba tiġi rritornata u l-affarijiet li jintalbu ma jingħatawx fiż-żmien, it-talba awtomatikament taqa'.
Għadd ta' talbiet għall-
Compliance Certificates
ma jkunux f'pożizzjoni li jiġu aċċettati.
Skont is-sistema diġitali tal-MEPA, bejn l-2007 u l-14 t'Ottubru 2009, ġew sottomessi medja ta' kważi 750 talba għall-
Compliance Certificates
fix-xahar, li tammonta għal total ta' 24,851 talba.
Minn dawn, 20,774 (jew kważi 84% tat-talbiet kollha) ġew aċċettati jew mill-ewwel jew wara li jittranġaw affarijiet fl-applikazzjoni jew jinġibu iktar rekwiżiti.
Hemm 692 (jew kważi 3% mit-talbiet kollha) li jew ġew irtirati mill-applikanti jew għadhom qed jiġu pproċessati.
Id-differenza, jiġifieri 3,385 (jew 14% mit-talbiet kollha) ġew jew rifjutati, jew irritornati u awtomatikament irrifjutati wara li ma kienux sodisfatti r-rekwiżiti biex jinħareġ il-
Compliance Certificate
.
L-Awtorità ma investigatx il-periti ta' dawn it-3,385 talba għal
Compliance Certificate
li ma kienux aċċettati. Però ttieħdu diversi miżuri amministrattivi biex jitnaqqas il-possibiltà t'abbuż mis-sistema.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11348 u ċioe: mingħajr ma nidħol fil-merti tal-proġett ta’ Renzo Piano, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk il-ġurnalisti u membri tal-NGOs jew NGO partikulari, li xi ftit xhur ilu ġew mistiedna biex imorru Pariġi sabiex jiltaqgħu ma’ Renzo Piano?
Għalkemm il-Gvern qed jirrifjuta li jippubblika l-kuntratt konċernat ma’ Renzo Piano minħabba dawk li qed jissejħu raġunijiet ta’ natura kummerċjali, ma jħossx li f’ġieħ it-trasparenza dan għandu jiġi ppubblikat minnufih, aktar u aktar billi kull kuntratt kummerċjali suppost li huwa suġġett għar-regolamenti tal-
public procurement?
Fil-fehma tiegħi dan kollu għandu jsir pubbliku minnufih mingħajr ma fl-ebda mod jippreġudika l-proġett jew jidħol fil-merti tiegħu.
B'referenza għat-tweġieba tal-misoqsija parlamentari 11427, jista' l-Prim Ministru jgħid jek sarux xi feasibility study simili fil-kuntest tal-kunsilli lokali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment għall-Gvern Lokali m’għamel l-ebda feasibility study dwar parking meters fil-kuntest tal-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11428 u jagħti r-raġuni vera għaliex intilfu fondi tal-Unjoni Ewropea marbutin mal-kuntratt miljunarju ma' Media Consulta fil-qasam turistiku? Jista' dan kollu b'xi mod ikun marbut mal-fatt li dawn il-fondi setgħu intilfu minħabba li l-prestazzjoni tal-kumpanija internazzjonali ma kenitx hekk kif stipulata fil-kuntratt?
Jista' jikkonferma jekk sarx
due diligence
xieraq u adegwat min-naħa tal-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni strateġika li tintgħażel Media Consulta meta kien hemm dubju dwar l-operat tagħha internazzjonali sa minn qabel ma ttieħed il-kuntratt?
Hemm xi kumpaniji u/jew individwi Maltin li ġew identifikati bħala rappreżentanti ta' Media Consulta? Jista' l-Gvern iserraħ ras iċ-ċittadini Maltin li ma kien hemm l-ebda għamla ta'
undue pressures
biex tintgħażel din il-kumpanija kif oriġinarjament sar? Kemm effettivament tħallset Media Consulta indipendement mill-fondi li ma waslux mill-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Malta ma tilfet l-ebda fondi mit-800 miljun Ewro miksuba mill-Unjoni Ewropea la minħabba l-Media Consulta u lanqas minħabba xi raġuni oħra.
Sa fejn ninsab infurmat, fl-ebda ħin ma kienu espressi dubji dwar l-operat internazzjonali tal-Media Consulta qabel ma ngħata l-kuntratt, speċjalment minħabba l-fatt illi l-għażla aħħarija ta’ din il-kumpanija kienet żvelata biss ftit jiem qabel ma kellu jidħol fis-seħħ l-istess kuntratt. Mhux talli sar due diligence minn qabel, iżda l-proċess kollu ta’ għażla ta’ kumpanija internazzjonali tar-reklamar saret b’reqqa kbira, fejn f’kull stadju tal-proċess ġew miflija b’dettal kbir il-kumpaniji kollha ‘short-listed’. Biżżejjed wieħed igħid illi l-proċess kollu dam l-fuq minn 16-il xahar biex ikun konkluż.
Il-kumpanija Media Consulta għandha fergħa hawn Malta, fost l-oħrajn, u din naturalment tirrapreżenta s-sede prinċipali tal-Media Consulta f’pajjiżna. Nista’ nassigura lill-Onorevoli nterpellant illi fl-ebda ħin u bl-ebda mod u manjiera ma saret pressjoni ta’ ebda xorta fuq il-bord tal-għażla sabiex tintgħażel la din u la ebda kumpanija oħra waqt il-proċess tal-għażla.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi sena b’sena l-flus li rċeviet Media Consulta mingħand l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta. Dawn huma pagamenti għax-xogħol li għamlet Media Consulta għall-MTA.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ħaddiema abbażi ta’ kuntratt
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm huwa numru ta' ħaddiema u/jew uffiċjali li fil-preżent jaħdmu abbażi ta’ kuntratt fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11529 u jispjega għalfejn il-ħaddiema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġewwa Hexagon House għadhom qed ikunu suġġetti għall-irwejjaħ kontinwament? X'tip ta' moniteraġġ qegħda tagħmel l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-madwar u ġewwa Hexagon House? X'kienu r-riżultati uffiċjali li nġabru s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-inħawi ta' Hexagon House (Spencer Hill) qed jkun taħt moniteraġġ kontinwu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, kif isir f'numru ta' lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
Ir-riżultati li qed jiġu ppreżentati juru ċar u konsistentament li l-livelli ta' tniġġiż huma sew taħt il-limiti preskritti mill-liġi għal komposti tossiċi, sew ġewwa u anki barra l-bini ta' Hexagon House.
Il-każijiet li ġew msemmija kienu sporadiċi u x'aktarx assoċjati ma' ħatt ta' fuel fil-Menqa. Is-sitwazzjoni ser tinżamm taħt monitoraġġ regolari mill-MEPA.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew maħfura ċitazzjonijiet mis-citations review board din is-sena? Kemm ġew rifjutati? Minn liema lokalitajiet kienu dawk milqugħa u dawk rifjutati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għandi nifhem li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-Bord tal-Petizzjonijiet.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni b’mod ġenerali. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sabiex jiġu elenkati l-lokalitajiet kollha, dan hu eżerċizzju li jieħu fit-tul u ma naħsibx li r-riżorsi tal-Gvern għandhom jinħlew b’dan il-mod.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — EIPP
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inġabru fondi mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Environmental Initiatives Partnership Programme (EIPP)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fondi li nġabru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Environmental Initiatives Partnership Programme sal-31 ta' Lulju 2009, jammontaw għall-€2,952,901.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — CPPS
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inġabru fondi mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn Commuted Parking Payment Scheme (CPPS)?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fondi li nġabru mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-Commuted Parking Payment Scheme sal-31 ta' Lulju 2009, jammontaw għall-€11,688,245.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-programmi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea li fil-preżent qed jibbenefikaw minnhom l-kunsilli lokali? X'inhu l-baġit ta' kull programm? X'inhu l-iskop ta' kull programm? Liema huma l-kunsilli lokali li qed jagħmlu użu minn kull programm? X'inhu l-perjodu ta' użu għal kull programm?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ibbenefikaw kunsilli lokali mill-għajnuna li toffri l-MEUSAC fl-applikazjonijiet ta' programmi tal-Unjoni Ewropea? Liema huma l-kunsilli lokali? Liema kunsilli lokali għamlu t-talba fl-applikazzjoni tagħhom biex jibbenefikaw minn xi programm tal-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn mindu twaqqaf fi ħdan il-MEUSAC twaqqaf il-funding unit f’Novembru 2008, saru 63 laqgħa ma’ Kunsilli Lokali differenti skont kif jidher fit-tabella A li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Matul dan l-istess perjodu, ġew sottomessi 72 applikazzjoni minn Kunsilli Lokali bl-assistenza tal-MEUSAC. Qed inpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella B li turi min kienu l-Kunsilli Lokali nvoluti, l-applikazzjoni tagħhom kif ukoll id-data ta’ meta saret.
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea liema huma l-kunsilli lokali li bbenefikaw minn xi programm tal-Unjoni Ewropea? Liema hu l-programm? Kemm kien l-ammont fi flus li ibbenefika minnhom kull kunsill? Kemm kien intitolat li jista' jibbenefika minn dan il-programm?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — family friendly measures
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'family friendly measures qed jitħadmu fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid hemmx faċilità ta' childcare fl-istess dipartimenti għat-tfal tal-ħaddiema?
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' lukandi li mistennija jagħlqu għax-xhur tax-xitwa ta' din is-sena fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Qawra u Buġibba? Kemm hu n-numru ta' sodod li hemm f'dawn il-lukandi?
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu dawk il-kunsilli lokali li wettqu proġett ta' bini ta' xi faċilità sportiv matul l-aħħar sentejn? X'kien l-impenn finanzjarju ta' kull kunsill lokali għal kull proġett?