Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #11864 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Interim From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili — vakanza fil-grad ta' direttur

Question

Ladarba se tinħoloq vakanza fil-grad ta' direttur fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili minħabba li l-persuna llum inkarigata waslet biex tispiċċa bl-età, jista' l-Prim Ministru jgħid: a) kemm kien hemm applikazzjonijiet għal tali post wara s-sejħa riċenti li saret? b) meta hu mistenni li jsiru l-interviews biex jimtela dan il-post, anke fid-dawl li tilħaq issir hand over adegwata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11870 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xogħlijiet fuq upgrading ta' Hay Wharf

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11723 u 11478 u jirrispondi l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 11241, jiġifieri jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal blokk ta' tliet sulari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11478.
Leg 11 PQ #11883 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Interim From: GEORGE VELLA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħolqien ta' Commissioner for Standards

Question

Fl-isfond tal-każ tal-Onor. Tonio Fenech u l-mistoqsijiet kollha li qamu dwaru; fl-isfond tal-fatt li l-kodiċi ta' etikà ta' Ministru tipprojbixxi l-aċċettazzjoni ta' rigali jew servizzi; fl-isfond ukoll tal-fatt li għandu jiġi kkontestat jekk il-Prim Ministru bħalu primum inter pares huwiex il-persuna jew aħjar l-uffiċjal idoneju biex jieħu passi dixxiplinarji fuq sħabu tal-kabinett li jkunu kisru l-kodiċi ta' etika għal raġunijiet ovvji li għandhom x'jaqsmu ma' konsiderazzjonijet ta' natura politika partiġġjana; jista' l-Prim Ministru jgħid jekk iħossx li tali dixxiplina tkun amministrata aħjar jekk jinħoloq uffiċċju ta' Commissioner for Standards kif hemm f''parlamenti oħra, fosthom dak ta' Westminister? Jaħseb il-Prim Ministru li din il-kariga għandha tiġi diskussa mill-aktar fis possibbli biex naslu għall-ħolqien ta' dan l-uffiċċju ta' Commissioner for Standards?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11897 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Proġett ta' Renzo Piano — pubblikar tal-kuntratt

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 11611 u 11348 u ċioe: mingħajr ma nidħol fil-merti tal-proġett ta’ Renzo Piano, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawk il-ġurnalisti u membri tal-NGOs jew NGO partikulari, li xi ftit xhur ilu ġew mistiedna biex imorru Pariġi sabiex jiltaqgħu ma’ Renzo Piano? Għalkemm il-Gvern qed jirrifjuta li jippubblika l-kuntratt konċernat ma’ Renzo Piano minħabba dawk li qed jissejħu raġunijiet ta’ natura kummerċjali, ma jħossx li f’ġieħ it-trasparenza dan għandu jiġi ppubblikat minnufih, aktar u aktar billi kull kuntratt kummerċjali suppost li huwa suġġett għar-regolamenti tal- public procurement? Fil-fehma tiegħi dan kollu għandu jsir pubbliku minnufih mingħajr ma fl-ebda mod jippreġudika l-proġett jew jidħol fil-merti tiegħu.

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11928 Sitting 153 2009-11-02 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Ismijiet tat-Toroq — waħħil ta' isem

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11704 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jordna lid-Dipartiment tal-Ismijiet tat-Toroq biex jitwaħħal l-isem ta' sqaq li ġie approvat bl-isem Sqaq Nru 1, Triq Atlone, Paola?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10574 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Workshops

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti in-numru ta' workshops interattivi u hands-on għall-kunsilli lokali u għaqdiet mhux governattivi li ġew organizzati fost oħrajn maċ-Ċentru tal-Kreattività?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi St James Cavalier u l-Malta EU Steering and Action Committee (MEUSAC) organizzaw sett ta’ workshops interattivi u hands-on għall-Kunsilli Lokali u Organizzazzjonijiet mhux Governattivi (NGOs) fl-isfers tal-kultura, l-arti u artisti lokali. Dawn il-workshops li kienu mifruxa fuq jumejn, kellhom l-għan li jinkoraġixxu l-użu tal-innovazzjoni soċjali bħala għodda għal sostenibbilità kulturali. Matul is-sessjonijiet, il-partijiet kollha nteressati ltaqgħu flimkien sabiex joħorġu b’ideat ħalli jdawwru r-riżorsi eżistenti f’ideat kreattivi u oriġinali li jwasslu għal innovitajiet kulturali. Il-kunċett bażiku f’dan kollu hu li l-arti u l-kultura għandhom rwol importanti ħafna f’sistema integrali li tista’ ssaħħaħ l-iżvillup soċjali u ekonomiku. Il-workshops kienu opportunità unika sabiex il-Kunsilli Lokali jaħdmu mill-qrib mal-artistiċi fil-komunitajiet.
Leg 11 PQ #10575 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fondi għall-indafa lill-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għal din is-sena 2009 il-Gvern Ċentrali kemm se jagħti fondi lill-kunsilli lokali biex jintużaw speċifikament għall-indafa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi għas-sena finanzjarja tal-Kunsilli Lokali 2009-10, il-Gvern Ċentrali alloka dawn il-fondi fil-formula tal-finanzjament biex jintużaw għall-indafa: Funzjoni Ammont allokat (€) Knis ta’ toroq 2,901,071 Ġbir ta’ skart 6,174,967 Ġbir ta’ skart goff 204, 568 Bring In Sites 237,596 Bins on wheels 198,462 Tindif ta’ toroq mhux urbani 1,037,640 Tindif ta’ bajjiet 446,545 Total: 11,200,849 (€ 11,2 miljun)
Leg 11 PQ #10576 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Interim From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEUSAC — proġetti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħarġu ideat kreattivi u oriġinali li faċilment jistgħu jiġu żviluppati fi proġetti u bil-possibilità li dawn l-istess proġetti jkunu ffinanzjati minn programmi varji ta' fond tal-Unjoni Ewropea, bl-għajnuna tal-MEUSAC, fis-seminar li ġie organizzat ftit xhur ilu flimkien maċ-Ċentru tal-Kreattività Kavallier ta' San Ġakbu lill-kunsilli lokali? Liema kunsilli lokali attendew? Liema kunsilli ħarġu b'xi inizjattiva ta' din ix-xorta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10577 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

inċentivi lill-kunsilli lokali dwar l-indafa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif qed jinċentiva l-kunsilli lokali biex jieħdu ħsieb l-indafa fil-lokalità tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Gvern għadu kemm nieda inizzjattiva għall-Kunsilli Lokali imsejħa ‘Premju Lokalitajiet Indaf’. Permezz ta’ din l-inizzjattiva l-Kunsilli parteċipanti ser jiġu assessjati fuq 10 kriterji speċifiċi li għal kull waħda hemm numru ta’ marki assenjati. Qiegħed inpoġġi fuq il-Meja tal-Kamra kopja tal-Memo 47/2009 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li tinkludi informazzjoni fuq din l-iskema.
Leg 11 PQ #10578 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Policies — oqsma artistiċi u kreattività

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li s'issa żviluppaw policies li jsostnu u jiffaċilitaw l-oqsma kollha artistiċi u l-kreattività li tippermetti n-novità biex b'hekk jinħolqu lokalitajiet sostenibbli u ħajja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi skont il-funzjoni l-ġdida li se tidħol permezz ta’ l-Att li jemeda l-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap 363), qabel kull Kunsill jagħti l-għajnuna lill-artisti, mużiċisti u sportivi mil-lokal tagħhom sabiex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw it-talenti tagħhom, iridu jsiru regolamenti mill-Ministru responsabbli għall-Gvern Lokali, wara konsultazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, li jistabbilixxu ‘policy’ ġenerali.
Leg 11 PQ #11122 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn — żvilupp ta' camping sites

Question

Jista' l-Prim Ministru jiddikjara x'se jagħmel fuq it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn biex l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tieqaf tipproċessa applikazzjoni tal-Gvern għall-iżvilupp ta' camping site stante li l-kunsill ma ġiex ikkonsultat u l-applikazzjoni twaħħlet fuq ħajt tas-sejjieħ fl-abbandun?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-MEPA tinforma lill-Kunsilli Lokali b'kull applikazzjoni li tiġi sottomessa li taqa' fil-lokalita' rispettiva. Dan isir fil-bidu tal-proċess ta' l-applikazzjoni għalkemm il-MEPA mhix obligata bil-liġi li tagħmel dan. Infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali ta' Marsascala diġà ssottometta rapreżżentazzjoni fl-applikazzjoni inkwisjoni li qegħda tiġi ikkunsidrata fil-proċess. Ġie ukoll verifikat li s-Site Notice twaħlet f'diversi postijiet fejn qiegħed jiġi propost l-iżvilupp kif inhu meħtieġ bil-liġi.
Leg 11 PQ #11321 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Persuna li mhix perit

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10383, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk qatt saru xi investigazzjonijiet mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jaraw kemm kien hemm compliance certificates mill-periti li ma kenux in order u korretti? Jekk iva, kemm-il każ irriżulta lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u x'passi ttieħdu dwar dan? Rigward il-każ involut, jista' jgħid jekk kienx hemm eżitu ta' xi investigazzjonijiet mill-pulizija billi huwa allegat li din il-persuna tiffrekwenta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar b'ċertu awtorità u prepotenza anki fuq il-ħaddiema konċernati? Kemm kien hemm compliance certificate applications fis-snin 2007-2008 u din is-sena sal-lum? Kemm minnhom ġew rifjutati bil-konsegwenza li l-complaince certificate ġie miċħud?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lil Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11610.
Leg 11 PQ #11501 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Interim From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Applikazzjoni għad-dawl u l-ilma — dewmien

Question

Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex ikollha l-permess tgħaddi d-dawl u l-ilma fl-appartament tagħha, però wara tliet xhur għad m'għandhiex dan il-permess? Jista' jgħid x'qed iżomm milli jingħata dan il-permess daqshekk sempliċi? Għalfejn ċittadini bħal din qed jiġu esasperati għal xi ħaġa daqshekk bażika?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #11529 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rwejjaħ qrib Hexagon House

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega għalfejn il-ħaddiema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġewwa Hexagon House għadhom qed ikunu suġġetti għall-irwejjaħ kontinwament? X'tip ta' moniteraġġ qegħda tagħmel l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-madwar u ġewwa Hexagon House? X'kienu r-riżultati uffiċjali li nġabru s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lil Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11799.
Leg 11 PQ #11607 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Investigazzjoni dwar attivitajiet ta' spjunaġġ

Question

Jista’ l-Prim Ministru jirraporta x’sar mill-investigazzjoni li kif kien informa lill-Kamra tar-Rapprezentanti, saret mill-Gvern dwar l-attivitajiet ta’ spjunaġġ li kienet involuta fihom il-persuna li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament? X’passi ttieħdu mill-Gvern tiegħu dwar dan il-każ lampanti ta’ tradiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tad-Deputati r-rapporti tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fuq il-każ. Il-Gvern jaqbel mal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjoni ta’ dan ir-rapport.
Leg 11 PQ #11615 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ombudsman — deċiżjonijiet meħuda

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11430 u jgħid kemm hemm deċiżjonijiet tal-Ombudsman li l-Gvern għadu ma implimentax? Jista' jagħti r-raġunijiet għal dan, każ b'każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta.
Leg 11 PQ #11725 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — emails

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu t-time frame li fih għandha tingħata risposta, imqar b'acknowledgement, lill-emails li jintbagħtu lill-uffiċjali fil-Ministeru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'inhi r-raġuni għaliex xi emails iridu jgħaddu ħafna ġranet sabiex tingħatalhom risposta jew acknowledgement?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #10572 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċitazzjonijiet fuq littering

Question

Jista' l-Prim Ministtru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet kontra dawk li ħammġu barra (littering) din is-sena, sal-lum? F'liema lokalità ħarġet iċ-ċitazzjoni? Kemm kien l-ammont fi flus li ġew mitluba biex jitħallsu u kemm tħallsu s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi b’riferenza għall-Mistoqsija tiegħu qed inpoġġi fuq il-Mejda tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #10573 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Flus lill-Gvern minn ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid miċ-ċitazzjonijiet li weħlu dawk li ħammġu barra, kemm kien intitolat li jieħu fi flus il-Gvern ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi permezz tas-sistema ta’ l-Infurzar Lokali, il-flus li jinġabru miċ-ċitazzjonijiet għal dawk li weħlu talli ħamġu barra jingħataw lill-kunsilli lokali u għaldaqstant il-Gvern ta’ Malta ma jdaħħal xejn. Dan jgħodd ukoll għal dawk iċ-ċitazzjonijiet li jingħataw mill-Pulizija.
Leg 11 PQ #10806 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — riċevimenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru riċevimenti f'dawn l-aħħar ħames xhur organizzati jew kordinati mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? X'kienet l-okkazjoni? Kemm kien hemm persuni mistiedna għal kull riċeviment? Kemm attendew? Kemm swiet l-okkazjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.